Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ħadu trattament barra minn Malta permezz tal-iskema Treatment Abroad fis-snin 2024 u 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2024 kien hemm 537 pazjent u fl-2025 kien hemm 440 pazjent li ħadu trattament barra minn Malta permezz tal-iskema Treatment Abroad,
L-Isptar Mater Dei - Servizz tad-dentistrija - Lista’ ta’ stennija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24299 fejn ġie mwieġeb: "Ninsab infurmat li hemm 364 adult fuq il-lista ta’ stennija għal surgery fis-servizz tad-dentistrija fl-Isptar Mater Dei.
Nassigura lill-Onor. Interpellanta li jsir kull sforz sabiex f’każijiet urġenti ma jkun hemm ebda dewmien biex is-surgery issir. Biex il-perjodu tal-istennija dejjem ikompli jonqos, inbdew sessjonijiet extra filgħaxijiet u qed jiġu kkunsidrati sessjonijiet fil-Ħdud u fil-privat.", jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija bħalissa u jekk bdewx sessjonijiet extra filgħaxijiet u fil-Ħdud, u jekk iva, kemm saru? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li ġew referuti għal dentisti privati fuq spejjeż koperti mill-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mhemmx pazjenti għall-kirurġija fid-dentistrija li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Infurmat ukoll li fil-preżent m’hemmx sessions wara nofsinhar u nhar ta’ Ħadd u lanqas outsourcing.
Inserraħ ras lill-Onor. Interpellanta li kull każ ta’ emerġenza jiġi trattat bi prijorità.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26219, issa li għaddew erba’ xhur minn din it-tweġiba, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitressqu l-emendi li jirregolaw il-proċess ta’ passi dixxiplinarji li l-Kunsill Mediku u bordijiet oħra jsegwu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-imsemmija regolamenti diġa ġew ippublikati (A.L. 140 tal-2025) li kopja tagħhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-mediċini innovattivi Agamree u Duvyzat ser jiddaħħlu fil-formolarju tal-gvern, għal dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni Duchenne muscular dystrophy (DMD) u li sal-lum ma kellhomx mediċini alternattivi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa jinstab fi stadju avvanzat ix-xogħol biex il-kundizzjoni Duchenne Muscular Dystrophy (DMD) titniżżel għall-ewwel darba fl-iskema tas-Schedule V. Meta jkun il-waqt, tingħata l-informazzjoni fuq meta dawn iż-żewġ mediċini jistgħu ikunu fil-formularju tal-gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid x’rimedju se jingħataw il-pazjenti li jgħixu bid-dijabete u li jużaw CGM monitors minħabba li ġew infurmati li s-sensors huma ‘limited/out of stock’?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mhemmx nuqqas ta’ stock għar-rigward tas-CGMs.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31080, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ kanċer tas-sider wassal għall-mastektomija?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi mill-428 każ ġdid ta’ kanċer tas-sider skoperti bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-15 t’Ottubru 2025, kien hemm 51 każ ta’ kanċer tas-sider li wasslu għal mastektomija.
Raħal Ġdid – Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran – Ħaddiema assenjati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema assenjati maċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran, f’Raħal Ġdid, f’liema rwoli (eż. tobba, securities, infermiera, speċjalisti, eċċ.), u jgħid kemm minnhom ikunu hemm f’ħinijiet tal-ġurnata u kemm minnhom b’shifts differenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ ħaddiema assenjati ma’ Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-tobba u l-infermiera li jagħtu sehem f’dan iċ-Ċentru, huma assenjati ma’ Primary Care, jew ta’ Mater Dei jew ma’ tas-Saħħa Mentali (visiting).
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31318, dwar kemm hemm appuntamenti skedati fil-Keratoconus Clinic (Ophthalmic Outpatients), jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawn it-tip ta’ viżti isiru biss darba fil-ġimgħa bil-konsegwenza li pazjent ġdid ikollu jistenna minn tal-anqas 4 xhur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Keratoconus Clinic huwa servizz ġdid li beda jiġi offrut ġo l-isptar Mater Dei minn Ottubru tas-sena l-oħra. Din hi marda kronika u tirrekjedi kura fuq bażi elettiva, mhux urġenti jew ta’ emerġenza.
Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li nibqgħu naħdmu biex noffru s-servizz lil kullħadd fl-iqsar żmien possibbli.
Extended Foundation Year Doctors - Basic Specialist Trainee post – Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31349 u jgħid kemm hemm Extended Foundation Year Doctors li qed jistennew li jingħataw il-Basic Specialist Trainee post u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm minnhom ilhom li għamlu l-interview aktar minn sitt xhur; bejn tliet u sitt xhur; bejn xahrejn u tlieta; bejn xahar u xahrejn u anqas minn xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm biss 11 li ilhom jistennew bejn xahrejn u tlieta. Importanti li wieħed jinnota li l-Foundation Doctors jistgħu japplikaw għal aktar minn speċjalità waħda skont il-preferenza tagħhom.
Snin 2013-2024 - Basic Specialist Trainee Doctors – Ingaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31350 u jgħid kemm tobba li huma ċittadini Maltin, ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea u oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors u kemm ġew irrifjutati, mill-2013 sal-aħħar tal-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Snin 2024 u 2025 – Basic Specialist Trainee Doctors – Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31351 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn ċittadini Maltin, ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, għall-Basic Specialist Trainee Doctors? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati u kemm ġew irrifjutati matul l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li xi wħud mill-ispecialisations għandhom rappreżentazzjonijiet jew petizzjonijiet quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Meta dawn jingħalqu, is-selection process kollu jista’ jiġi konkluż.
Infurmat ukoll li dan minħabba li l-applikanti li applikaw għal aktar minn pożizzjoni waħda huma mitluba jimlew formola ta’ preferenza fejn jiddikjaraw il-preferenza tagħhom. Imbagħad jiġu maħtura fis-speċjalità skont il-preferenza tagħhom u r-rank tagħhom fir-riżultat.
Raħal Ġdid – Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran – Pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irrikorrew pazjenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran, f’Raħal Ġdid, kull ġurnata fl-ewwel ħmistax li dan fetaħ għas-servizzi kollha u waqfet topera l-Polyclinic ta’ Raħal Ġdid?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Imtarfa - Dementia Day Centre - Servizz tat-trasport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tat-trasport lejn u mid-Dementia Day Centre tal-Imtarfa huwiex qed jiġi pprovdut lill-anzjani kollha li jeħtieġuh? Jekk le, jista’ jgħid għaliex mhuwiex qed jiġi pprovdut u jekk huwiex ser jibda jiġi pprovdut lil kull min għandu bżonn dan is-servizz?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li s-servizz tat-trasport għaċ-Ċentru ta’ Matul il-jum għal persuni bid-dimensja ġewwa l- Imtarfa huwa disponibbli. Persuni li jgħixu bid-dimensja jiġu miġbura u mwassla lura f’ħin u f’post miftiehem minn qabel. Huwa meħtieġ li qarib jew persuna li tieħu ħsiebhom tkun preżenti kemm fil-ħin tal-ġbir kif ukoll fil-ħin li l-persuna titwassal lura.
Raħal Ġdid - Problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja ta’ Kristu Re
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30581 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja ta’ Kristu Re Raħal Ġdid peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fis-16 ta’ Ottubru 2025 saret spezzjoni minn uffiċċjal tad-Direttorat għas-Saħħa Ambejntali madwar il-Knisja ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid. Waqt din l-ispezzjoni ma ġiex innutat ħmieġ ta’ ħamiem fit-triq, iżda kien hemm numru ta’ ħamiem fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja u fil-bandli ta’ wara l-knisja. F’certu partijiet tal-faċċata tal-knisja, ġie nnutat xi akkumulu ta’ ħmieġ tal-ħamiem.
Ħal Tarxien - Problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30582 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani f’Ħal Tarxien peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li meta fis-16 ta Ottubru 2025 saret spezzjoni minn uffiċċjal tad-Direttorat għas-Saħħa Ambejntali madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani Ħal Tarxien, ma ġiex innutat ħamiem salvaġġ fl-akkwati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei matul l-2024 u matul l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei fl-2024 saru 15,068,938 test tad-demm, u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru 2025 saru 11,836,413-il test tad-demm.
Gudja - Triq Santa Marija u l-madwar - Problema ta’ indafa u sanità pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30583 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika minħabba l-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar Triq Santa Marija, il-Gudja peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fis-17 ta’ Ottubru 2025 saret spezzjoni minn uffiċċjal tad-Direttorat għas-Saħħa Ambejntali fi Triq Santa Marija, Gudja u l-madwar. Waqt din l-ispezzjoni ma ġie nnutat l-ebda ħmieġ jew ħamiem salvaġġ fl-akkwati.