Lista ta’ stennija għall-operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara
Question
Peress illi t-tweġiba li rreferieni għaliha d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7696 ma tweġibx il-mistoqsija li saritlu għaliex tispeċifika biss in-numru ta’ pazjenti li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara bi żmien ta’ stennija li jaqbeż iż-żmien stipulat fil-Patient Charter, jista’ għalhekk id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jistennew biex jagħmlu operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara, li huwa n-numru totali u allura ma jinkludix biss dawk il-każijiet bi żmien ta’ stennija li jaqbeż iż-żmien stipulat fil-Patient Charter?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Patient Charter huwa d-dokument li minnu joħroġ iż-żmien aċċettabbli ta’ stennija u għalhekk nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5911.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7971, peress li ġejt mitlub nagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni li l-Ministeru għas-Saħħa mhuwiex responsabbli mill-Automated External Defibrillators (AEDs) meta fit-28 ta' Diċembru 2018 kien proprju l-Ministru għas-Saħħa li inawgurahom u wiegħed li ser ikun qed jinstalla aktar minnhom madwar Malta u Għawex kollha? Jista’ jindika lil liema Ministeru ġiet mgħoddija r-responsabbiltà ta' dan l-apparat mediku? Jista' jgħid ukoll jekk komplewx jiġu installati aktar minnhom minn dakinhar 'l hawn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-avveniment li qiegħed jirreferi għalih hu kienet inizjattiva tal-Malta Resuscitation Council u tal-Malta Heart Foundation.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għas-Saħħa hemm 5,307 impjegati biċ-ċertifikazzjoni ta’ Basic and Advanced Life Support u 74 li huma First Aiders.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7695, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mis-sejħiet kollha li saru għas-servizz ta’ ambulanza fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, irrispettivament mill-urġenza tal-każ, kemm hi l-medja ta’ stennija mill-ħin li persuna tagħmel kuntatt mas-servizzi ta’ emerġenza sakemm tasal l-ambulanza, u jgħid ukoll kemm kienet l-itwal stennija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7695.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6786 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' dawn l-impjegati maqsuma skont il-lokalità li ġejjin minnha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabella t'hawn taħt tindika l-lokalità li ġejjin minnha persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.
Attard
B'Kara
Dingli
Fgura
Għaxaq
Iklin
Kalkara
Kirkop
Marsascala
Mdina
Mellieħa
Mġarr, Malta
Mosta
Mqabba
Msida
Mtarfa
Naxxar
Paola
San Ġwann
Sannat
Siġġiewi
Sliema
St Venera
Tarxien
Valletta
Vittoriosa
Xgħajra
Żabbar
Żebbuġ Gozo
Żebbuġ Malta
Żejtun
Żurrieq
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet in-nefqa tad-dipartiment konċernat għall-constant watch fl-Isptar Mount Carmel mill-2018 sal-lum? Fuq liema kriterji u taħt liema kondizzjonijiet jingħata constant watch? Jista' jgħid jekk constant watch isirx minn persuni li jkunu parti mill-full complement tal-istaff jew minn persuni li jkunu off duty?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi constant watch isir minn persuni li jkunu off-duty. It-tabella t'hawn taħt tindika n-nefqa mitluba minnu.
2018
2019
2020
2021
2022
Nurses
€ 748,978
€ 535,525
€ 717,828
€ 116,385
€ 157,043
Carers
€ 988,665
€ 2,287,565
€ 2,781,311
€ 3,814,248
€ 4,451,473
Sptar Mater Dei, ċentri tas-saħħa u bereġ — infermiera
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7912 u jgħid kemm-il infermier huwa ingaġġat f'kull sala fl-Isptar Mater Dei (sala b'sala), ċentri tas-saħħa u bereġ, u jindika f'liema skali jaħdmu u jekk humiex ingaġġati fuq bażi full-time jew part-time?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7973, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jingħatawx servizzi ta' radjoloġija fi sptarijiet privati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8056.
Nurse-to-patient ratio fis-swali tal-Isptar Mater Dei
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7974, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu n-nurse-to-patient ratio ta' dawn is-swali ta' kirurġija u mediċina fl-Isptar Mater Dei: S1, S2, S3, M1, M2, M3, M4, M5, M6, M7, MAU1, MAU2, MAU3, Diabetic Foot Ward, Cardiac Medical Ward u l-Cardiac Surgical Ward?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7974.
Settur tal-Onkoloġija – pazjenti li kellhom bżonn jingħataw trattament barra minn Malta
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7975 dwar pazjenti li ngħataw trattament barra minn Malta fis-settur tal-onkoloġija, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet l-ispiża tal-Gvern għal dawn it-trattamenti barra minn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema kura qiegħed jirreferi.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list biex jieħdu xi servizz minħabba l-kundizzjoni tal-Fibromyalgia?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq il-waiting list imsemmija minnu hemm 42 pazjent li kollha għandhom appuntament skedat sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew posposti day surgeries matul is-sena 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li ma tinżammx data separatament fuq day surgeries li jiġu posposti , tinżamm data tal-operazzjonijiet kollha li jiġu posposti. Matul is-sena 2022 ġew posposti 4.4% mill-operazzjonijiet kollha f’Mater Dei, il-maġġoranza mħabba raġunijiet mediċi. Waqt li saru 55,975 operazzjonijiet.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7985, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema kliniċi jaħdmu dawn l-infermiera speċjalizzati fil-kura tas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 82 infermiera speċjalizzati fil-kura tas-saħħa mentali jaħdmu Mount Carmel, 5 jaħdmu Gozo General Hospital u 37 jaħdmu fil-komunità.
B’referenza għall-istqarrija tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar dwar numru ta’ caravans li qed jokkupaw art pubblika fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq u fis-Salini, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’passi ħa jew se jieħu biex jassigura s-saħħa pubblika fid-dawl li m’hemmx faċilitajiet tad-drenaġġ u sistemi oħra li jħarsu s-saħħa pubblika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8370.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif affettwa l-istrike li sar min-nurses f'April 2023 u kemm tħassru appuntamenti tal-outpatients fl-Isptar Mater Dei, f'bereġ, f'ċentri tas-saħħa u operazzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-MUMN f'April 2023 wassal sabiex 503 operazzjoni ġiet posposta. Ġew imħassra ukoll numru ta’ appuntamenti tal-flebotomija u ta’ kura ta’ feriti fiċ-ċentri tas-saħħa.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma x-xogħlijiet ta' rinovar li qed isiru matul dan ix-xahar ta' April fl-Isptar Mount Carmel u f'liema parti tal-isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet ta' rinnovar li saru matul ix-xahar ta' April fl-Isptar Mount Carmel huma:
Trasformazzjoni ta' FW8 f'sala ta' transitu.
Xogħlijiet għaddejjin f'FW2
Blokk 12 konverżjoni temporanja
Rinnovament tal-bini YPU
Xogħlijiet ta’ disinn li għadhom għaddejjin għar-rinnovament tas-CTC
Xogħlijiet ta’ Blokk 1