Legislature:
Category:
Reset
Active:

proċess ta' tagging tal-klieb

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' tagging tal-klieb f'Malta u f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li min meta daħal fis-seħħ l-Avviż Legali 199 tal-2010 sas-7 ta’ Frar 2012, inħarġu 11,300 ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-klieb wara li ġew istallati b’microchip. Tajjeb li ngħid ukoll li jekk wieħed jinkludi dawk il-klieb tal-PET NET, in-numru jitla’ għal madwar 22,000 kelb microchipped.

Ilma tax-xorb — traċċi ta' bexx

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28817 u jgħid jekk il-bexx li jintuża bħala pestiċida jaffettwax il-water table u jekk hemmx studji li juru traċċi ta' dan il-bexx mal-ilma tax-xorb?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li llum is-sustanzi kollha li huma permessi fuq is-suq iridu qabel xejn jkun approvati fil-livell tal-Unjoni Europea wara li s-sustanza attiva tkun giet evalwata. Barraminhekk isir ukoll moniteraġġ tal-użu ta' dan il-prodotti rigward jekk ikollux xi effetti kemm fuq il-prodott innifsu kif ukoll fuq il-watertable. Din l-awtorizazzjoni biex jitpoġġa fis-suq u l-monitoraġġ fuq il-prodotti agrikoli hija responsabbiltà tal-Awtorità ta’ Malta ghall-Kompetizzjoni u għall-Affarjiet tal-Konsumatur. Jien infurmat li l-analiżi fuq l-ilma tax-xorb isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

regolaturi taċ-ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk skont ir-regolamenti relattivi, r-regolaturi taċ-ċilindri tal-gass li jistgħu jinbiegħu f'Malta għandux ikollhom inkorportat fihom build-in excess-flow valve bħala prekawzjoni? Jekk le, għaliex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur li hu responsabbli mill-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur

spezzjonijiet fuq il-ħalib tal-baqra ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex jiġi żgurat li l-ħalib tal-baqra ta' Malta ma fihx MRSA jew organismi/sustanzi oħra perikolużi għas-saħħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-ħalib tal-baqar li jiġi ikkonsenjat lill-MDP jiġi ttestjat biex jiġu ikkontrollati ċ-ċelloli somatiċi fil-ħalib li huma indikazzjoni ta' taħsir fis-sider tal-baqar. Jekk dawn iċ-ċelloli somatiċi jkunu għoljin, il-ħalib ma jintużax. Isiru wkoll testijiet għar-residwi t'antibiotiċi u mediċi ohra u f'dan il-każ ukoll il-ħalib ma jixtużax. F'dan il-każ ir-razzett jiġi sospiz minn meta jinstab posittiv sakemm ir-residwi ma jibqawx jinstabu. L-irziezet jiġu mmultati jekk jinstabu posittivi għal dawn ir-residwi. Barra minn dawn it-testijiet, isiru testijiet oħra għal dawk ir-residwi kull tant żmien fuq numru ta' kampjuni meħuda skont il-MANCP (Multi Annual National Control Plan) li jservu bħala sorveljanza biex jikkonfermaw illi t-testijiet regolari imsemmija aktar il-fuq ikunu qed isiru. Barra minn hekk il-baqar kollha li huma wżati għall-ħalib huma ttestjati darbtejn kull sena għad-Deni Rqieq (Brucellosi) u Tuberkolozi. Dan il-mard ilu ma jidher numru kbir ta' snin iżda t-testijiet għadhom isiru.

Ħlas ta' xogħol li jsir fl-irziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta' €5.41 kull siegħa, li hija rata stabbilita mill-Unjoni Ewropea xi ħames snin ilu għall-ħlas tax-xogħol li jsir mill-proprjetarji tal-irziezet fl-istess irziezet tagħhom li jirrikorru għall-għajnuna, hijiex adegwata għaż-żminijiet tal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Mard fil-biedja, raba', tjur u bhejjem

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kien dak il-mard eċċ. fis-settur tal-biedja rrappurtat u/jew stabbilit mill-uffiċjali tad-Dipartiment matul l-2011 fl-oqsma varji tal-ortikultura, uċuħ ta' raba', trobbija tat-tjur u bhejjem eċċ.?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat għar-Regolamentazzjoni tal-Biedja u Sajd permezz tad-Dipartiment Veterinarju u tad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjant, b’mod kontinwu u sistematiku jagħmlu spezzjonijiet u testijiet biex tkun żġurata l-għola standard tal-prodott agrikolu. Matul is-sean 2011, fuq bażi regolari saru spezzjonijiet u testijiet meħtieġa u għalkemm numru ta’ każijiet identifikati ta’ mard, dan bl-ebda mod jindika problemi allarmanti u jeskludu li hemm xi riskju partikolari għas-saħħa tal-konsumatur. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba,

Spezzjonijeit fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-baqar — quality control

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31442 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30986, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet saru minn quality controls privati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31443.

spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-għoġġiela

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30987, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ispezzjonijiet saru minn entitajiet privati u min kienu l-entitajiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31443.

spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-għoġġiela

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31439 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30986, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li kienu ma' normi tal-istandards stabbiliti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31529.

għajnuna lill-bdiewa u raħħala wara l-maltemp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet, fiex u lil min ingħatat l-għajnuna lill-bdiewa u raħħala wara l-maltemp li laqat lil pajjiżna fl-ewwel ta' Diċembru, 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30926.

użu tas-safeguard clause biex tipproteġi l-bidwi u r-raħħal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kemm ilna li dħalna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea, intużat is-safeguard clause biex tipproteġi l-bidwi u r-raħħal Malti? Jista' jgħid f'liema settur intużat u kemm-il darba?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 549, ninfurmaħ li din il-klawsola qatt ma ġiet applikata grazzi għall-għaqal u l-kapaċità ta’ dan il-gvern li jħares 'il quddiem, il-kundizzjonijiet gravi li jwasslu għall-applikazzjoni tas-safeguard clause ma seħħewx.

spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-għoġġiela

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31440 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30987, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li kienu ma' normi tal-istandards stabbiliti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispezzjonijiet kollha li jsiru ikunu fuq bażi ta’ liġijiet nazzjonali u regolamenti tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-obbligi u l-istandards neċessarji fl-oqsma konċernati.

Dipartiment tal-Agrikultura — talbiet pendenti mill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa li bħalissa għandhom talbiet pendenti mad-Dipartiment tal-Agrikultura għal dawk li huma għajnuniet biex jinbnew ġibjuni għall-ħażna tal-ilma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li l-informazzjoni mitluba f’din it-talba hija parti minn numru ta’talbiet f’applikazzjonijiet aktar wiesgħa u għalhekk trid tinġabar permezz ta’ analiżi tal-applikazzjonijiet individwali, biex din l-informazzjoni tinġabar huwa meħtieġ aktar żmien u għaldaqstant tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ordnijiet ta' qtil ta' annimali morda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ordnijiet biex jinqatlu annimali mill-farms tagħna minħabba xi tip ta' mard fuq l-istess farms matul l-2011? Jekk iva, kemm inqatlu u fejn jinsabu l-farms konċernati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Impjegat mad-dipartiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, huwiex impjegat ma' xi dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, kif inhu impjegat u x'qiegħed jitħallas ta' xogħlu? Jekk bil-kuntratt, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Lista ta' impjegati ma' xi dipartiment/awtorità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-persuni li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, humiex impjegati ma' xi dipartiment/awtorità fid-dekasteru tiegħu u jekk fl-affermattiv b'liema kundizzjonijiet ta' impjieg? Jekk b'kuntratt, jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni indikati huma kollha impjegati ma’ dan il-Ministeru b’kuntratt u li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument b’kopja tal-kuntratti ta’ impjieg tagħhom..

proġetti ta' kontra l-għargħar — informazzjoni

Question

In vista tal-proġett li l-gvern ħabbar kontra l-għargħar f'diversi inħawi ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod dan il-proġett se jolqot lil Ħal Qormi? Jista' jgħid jekk il-pont fi Triq il-Wied, Ħal Qormi li kien jintuża biex fix-xita n-nies jaqsmu l-wied minn fuqu, iżda wara li ġġarraf mill-għargħar tas-sena 2003 tħalla għal riħu bil-konsegwenza li llum jinsab fi stat perikoluż, hux se jkun parti minn dan il-proġett kontra l-għargħar? Jekk huwa parti mill-proġett, x'se jsir, jiġifieri se jerga' jinbena l-pont jew se ssir xi alternattiva oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 26801, 27760, 28743 u 20807.

Ħal Qormi — tindif ta' culvert

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-dipartiment konċernat biex il-culvert li kien sar biex jinġabar l-ilma tax-xita u għaldaqstant inaqqas l-ilma mit-toroq fi Triq il-Kbira, għal Triq il-Blata, għal Triq il-Wied, f'Ħal Qormi jinżamm nadif mhux biss mill-ħmieġ iżda wkoll minn ġrieden kbar li nfestaw dan il-culvert; liema ġrieden mal-ilma tax-xita jinġarru mgħarrqa għal ġol-wied u wara x-xita jkun hemm ċimiterju ta' ġrieden kbar mejta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall- Mistoqsijiet Parlamentari numru 28292 u 28293, niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li ir-responsabbiltà tat-tindif tal-culverts imsemmija hija tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi.

Ħ'Attard — ġbir ta' skart separat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar skart separat mil-lokalità ta' Ħ'Attard bejn Awwissu 2011 u Diċembru 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ skart ricikklabli li dahal gewwa l-Impjant ta’ Sant’ Antnin bejn Awwissu u Dicembru 2011 f’isem il-lokalità ta' Ħ’Attard kien dak ta' 58.36 tunnellata.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nies impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm daħlu nies jaħdmu fil-Ministeru stess u f'kull dipartament, awtorità jew entità oħra taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Novembru 2011 sal-31 ta' Jannar 2012? B'liema permess tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ saru dawn l-impiegi, wara x' interviews saru, u avviżi fil-gazzetti? Jista' jgħid hux qiegħed ikun konformi mal-indikazzjoni ta' 2:1 bħala impjegat fid-dekasteru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu ndikat kienu ngaġġati ħmistax-il persuna (15) wara sejħa pubblika mill-Public Service Commission, liema sejħa tkun ippublikata fil-Gażżetta tal-Gvern. Fl-stess żmien kienu ngaġġati wkoll 4 persuni f’karigi ta’ fiduċja, liema rekrutaġġ mhuwiex meħtieg li jsir b’sejħa fid-dawl tal-istess natura tiegħu. Ta’ min jgħid li matul l-istess perjodu 1 ta’ Novembru 2011 u l-31 ta’ Jannar 2012, fid-Dipartimenti ta’ dan id-dekasteru 54 impjegat spiċċaw mill-impjieg tagħhom kemm irtirar kif ukoll għal raġunijiet oħra. Dawn il-figuri jiżbqu l-2:1 li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat mill-Wasteserv Malta Ltd fl-stess perjodu ġew impjegati ħames impjegati ġodda liema reklutaġġ kien kollu kopert permezz ta’ permessi mahruga mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Taħriġ. Dawn il-vakanzi kienu ppubblikati permezz ta’ avviżi fil-gazzetti lokali. Erba’ minn dawn kienu replacements ta’ impjegati li fl-istess perjodu jew fi żmien reċenti ta’ qabel kienu temmew l-impjieg tagħhom. Filwaqt li parti minn dan il-proċess kien diġa’ inbeda qabel, ta’ min jgħid li huwa ferm diffiċli li wieħed jaddotta policy bħal din f’organizzazzjoni żgħira meta funzjoni waħda speċjalizzata taqa’ fuq persuna waħda. Fil-każ tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi ma kien hemm l-ebda reklutaġġ Fil-każ tas-sejħiet pubbliċi, l-għażla f’dawn l-eżerċizzji ta’ reklutaġġ sar dejjem permezz ta’ interview lill-dawk kollha li applikaw u li ssodisfaw il-kriterji sabbiliti kif dehru fil-avviżż tas-sejħa.