B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18517, jista’ l-Ministru jara li l-bankina temporanja li kien hemm fi Triq l-Isqof Buhagiar, f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid sabiex il-persuni li jgħixu hemm, ikunu jistgħu jgħaddu mingħajr periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li x-xogħol fl-imsemmija triq ilu li tlesta għal diversi ġimgħat. Il-parti tal-bankina li saret referenza għaliha tinsab quddiem żvilupp li qed isir fl-istess triq u li jekk terġa' ssir kif kienet qabel beda x-xogħol, tkun ta’ periklu għas-sewwieqa u kien propju għalhekk illi ma saritx. Ftit 'l isfel hemm zebra crossing li tagħmel l-aċċess min-naħa għal-oħra tat-triq iktar sigur.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jiġi kurat il-Ġnien Wied Betti, f’Ħal Luqa? Jekk iva, x’ħidma qiegħda ssir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Luqa li Ġnien Wied Betti qiegħed jiġi kkurat. Il-Kunsill Lokali jieħu ħsieb li jżommu fi stat tajjeb u nadif u li jsirlu l-qtugħ tal-ħaxix meta meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid xi skemi ħareġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u kemm applikaw kunsilli għal kull skema u liema kienu dawn il-kunsilli? Jista' jgħid ukoll liema kunsilli ngħataw fondi minn kull skema u kemm kien l-ammont ta' fondi li ngħata kull kunsill lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-Marsa? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Marsa li hemm għaxar spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ma ssottometta l-ebda applikazzjoni ma’ Project Green.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez f’Wied il-Għajn? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsascala li hemm ħames ġonna kif ukoll pjazza li huma kkunsidrati bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali Marsascala ma ssottometta l-ebda applikazzjoni lil Project Green.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez f’Marsaxlokk? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Marsaxlokk li hemm tliet ġonna fil-lokalità li huma meqjusa bħala spazji miftuħa. Il-Kunsill Lokali ssottometta applikazzjoni waħda ma’ Project Green li ġiet aċċettata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fl-Imdina? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imdina li hemm sitt spazji miftuħa fosthom ġonna u pjazez fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali Mdina ma ssottometta l-ebda applikazzjoni lil Project Green.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-Mellieħa? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li hemm ħmistax-il spazju miftuħ li jinkludu ġonna, pjazez u żoni oħra fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ssottometta applikazzjoni waħda ma’ Project Green li ġiet aċċettata u x-xogħol mistenni jibda hekk kif jinħargu l-permessi neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fl-Imġarr? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali l-Imġarr li hemm għaxar spazji miftuħa li jinkludu ġonna, pjazez u żoni oħra fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ma ssottometta l-ebda applikazzjoni ma’ Project Green.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u fis-Segretarjat Parlamentari tiegħu hemm jaħdmu 4 sindki, 2 viċi sindki u 4 kunsilliera.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Events
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm saru events organizzati mis-Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Raħal Ġdid — Triq il-Foss - Spezzjonijiet dwar l-indafa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet fuq l-istat ta’ ndafa li tinsab fih preżentement Triq il-Foss (Ditch Street), f'Raħal Ġdid, u jekk iva, x’passi ttieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li għandu Contracts Manager li jieħu ħsieb jagħmel spezzjonijiet madwar ir-raħal u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar x’hemm bżonn li jsir.
Raħal Ġdid — Triq Sant’Ubaldesca - Spezzjonijiet dwar l-indafa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet fuq l-istat li tinsab fih preżentement Triq Sant’Ubaldesca, f'Raħal Ġdid, u jekk iva, x’passi ttieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li għandu Contracts Manager li jieħu ħsieb jagħmel spezzjonijiet madwar ir-raħal u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar x’hemm bżonn li jsir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjegati mal-PBS jew kumpaniji sussidjarji tagħha minn Jannar sa Ġunju 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta' impjegati mal-PBS jew kumpaniji sussidjarji tagħha minn Jannar sa Ġunju 2024 kien kif ġej: Jannar 114, Frar 117, Marzu 118, April 123, Mejju 121 u Ġunju 124.