Legislature:
Category:
Reset
Active:

Allowances għal Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23415 u 23969 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu xi tip ta' allowance minħabba d-diżabilità u liema allowance jirċievu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni bdew jieħdu din l-allowance wara korriment fuq il-post tax-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li fejn tidħol diżabilità d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali iħallas l-allowance għal diżabilità għal dawk it-tfal taħt is-16-il sena u allura tissejjaħ Allowance Tfal b’Diżabilità. Għal persuni ’l fuq minn 16-il sena titħallas assistenza għal diżabilità li huma l-Assistenza għal Diżabilità, l- Assistenza għal Diżabilità Severa u l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa. Irid jingħad li jekk persuna tkun korriet fuq il-post tax-xogħol tista’ tikkwalifika għal Għotja ta’ Diżabilità jew inkella Pensjoni ta’ Diżabilità, skont il-persentaġġ li l-persuna jkollha tad-diżabilità konsegwenza tal-korriment fuq ix-xogħol. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant tkun aktar speċifika fil-mistoqsija tagħha, biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa u korretta.

Għajnuna Soċjali — Benefiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw biex jibbenefikaw mill-Għajnuna Soċjali matul is-sena 2024 u jindika wkoll kemm ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju u kemm kienu li qed jirċevuh?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Applikazzjonijiet għall-Assistenza Soċjali tul l-2024 1,636 Applikanti li tħallsu 1,295 Benefiċċjarji li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju 804

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 sat-8 ta’ Jannar 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u D- Drittijiet tat-Tfal, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24090.

In-Work Benefit – Persuni li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li bbenefikaw mill-In-Work Benefit minn meta daħal dan il-benefiċċju kull sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjani mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: In-work Benefit Sena Benefiċċjarji 2015 1,359 2016 2,112 2017 3,350 2018 4,463 2019 5,093 2020 5,309 2021 7,206 2022 8,640 2023 25,108 2024 24,814

Tapering of benefits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li bbenefikaw mit-tapering of benefits minn mindu daħal dan il-benefiċċju, maqsuma għal kull sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tapering of benefits - UAT Year Total 2014 588 2015 2,101 2016 3,060 2017 3,601 2018 3,474 2019 2,708 2020 2,005 2021 1,626 2022 1,421 2023 1,213 2024 1,097

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Baġit allokat u infiq għall-PR

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tal-Ministeru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mil-line item rispettiv fl-estimi tal-budget li ngħatat kopja tagħhom u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12036 u 18951 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 21822.

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ħaddiema minn pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24003 u 24156 u jgħid x’inhi l-proċedura sabiex ħaddiema minn pajjiżi terzi jiġu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) f’Malta jekk diġà jkunu qed iħallsuhom f’pajjiżhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ħaddiema minn pajjiżi terzi, f’ċerti ċirkostanzi, jistgħu jkunu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta jekk diġà jkunu qed iħallsuhom f’pajjiżhom, jekk jkollhom permess ta’ residenza u/jew liċenzja’ ta’ xogħol f’Malta; u li jkunu qed iħallsu polza ta’ assigurazzjoni dwar sigurtà soċjali fil-pajjiż ta’ ċittadinanza tal-ħaddiem. F’dawn l-eċċezzjonijiet, l-applikazzjoni trid tiġi sottomessa online minn https://socialsecurity.gov.mt/mt/ezenzjoni-haddiema-pajjiziterzi u wkoll billi jiġu mehmuża d-dokumenti bl-informazzjoni meħtieġa biex jinħareġ ċertifikat ta’ eżenzjoni mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta li jkun ikopri l-perjodu sad-data tal-iskadenza tal-permess ta’ residenza maħruġ minn Identità Malta.

Entitajiet relatati mal-benesseri soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm entitajiet relatati mal-benesseri soċjali appuntati mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll kemm-il ħaddiem hemm fi ħdan dawn l-entitajiet, maqsuma entità b'entità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Iterpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ħaddiema minn pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24003 u jgħid x’inhi l-proċedura sabiex ħaddiema minn pajjiżi terzi jiġu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) f’Malta jekk diġà jkunu qed iħallsuhom f’pajjiżhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala: (a) Head of Secretariat; (b) Deputy Head of Secretariat; (c) Private Secretary; (d) Assistant Private Secretary; (e) Head Customer Care Officer; (f) Customer Care Officer; (g) Customer Care Assistant; (h) Communications Secretary; (i) Events Co-ordinator; (j) Co-ordinating Officer; (k) Secretariat Officer; (l) Secretariat Pool; (m) Senior Secretariat Messenger; (n) Secretariat Messenger; (o) Chairwoman; (p) Personal Driver; (q) Security Officer; (r) Advisor; (s) Policy Consultant; (t) Policy Co-Ordinator; (u) Photographer; (v) Person/Position of Trust oħrajn? Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'ka¿ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inklu¿ Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli): (i) Disturbance Allowance; (ii) Secretariat Allowance; (iii) Bonus for Overtime Worked; (iv) Communications Allowance; (v) Fully-expensed mobile telephony; (vi) Free telephony; (vii) Pre-Paid top-ups for telephony service; (viii) Internet Service; (ix) Car Allowance; (x) Transport Allowance; (xi) Fuel Vouchers; (xii) Use of car-hired car; (xiii) Use of government-owned car; (xiv) Internet key; (xv) Tablets; (xvi) Laptops; (xvii) Peripherals; (xviii) Expertise allowance; (xix) Disturbance Allowance; (xx) Shift Allowance; (xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Allowance għal diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23415 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu xi tip ta' allowance minħabba d-diżabilità u liema allowance jirċievu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni bdew jieħdu din l-allowance wara korriment fuq il-post tax-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

In-Naxxar — Ġenituri Single

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23146 u 23422 u jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu n-Naxxar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu n-Naxxar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23692.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Xiri ta’ MacBooks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kienx hemm xiri ta’ Macbok lill-membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu.

NI kontributorja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm krediti tal-NI kontributorja hija intitolata persuna li welldet tarbija jew li għamlet adozzjoni/fostering? Jekk persuna jkollha t-tieni jew it-tielet wild, din xorta hija intitolata għal krediti tal-NI u jekk iva, kemm? Irid ikun hemm perjodu ta’ żmien qabel ikollha t-tieni/tielet tarbija biex tkun tista’ tikkwalifika? X’inhuma dawn il-kundizzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx krediti tal-NI kontributorja jekk tarbija titwieled b’diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li twieldet qabel is-sena 1962, tingħata sa sentejn krediti ta’ kontribuzzjonijiet għal kull wieħed mill-ewwel tlett itfal anke jekk il-ġenitur ma jerġax lura fid-dinja tax-xogħol sa massimu ta’ 6 snin. Tista’ tingħata sena oħra ta’ krediti għal kull wild wara t-tielet wild sakemm il-ġenitur j/terġa’ lura għax-xogħol u j/taħdem għall-istess perjodu ta’ żmien li jkunu intitolati bħala snin mir-raba’ wild ’il quddiem. Jekk il-persuna tkun twieldet fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara, is-snin ta’ krediti huma d-doppju ta’ dawk li twieldu qabel is-sena 1962. F’każijiet ta’ familji li għandhom xi tfal b’diżabilità, is-snin ta’ krediti jirduppjaw għal dak il-wild, kemm għal dawk il-persuni li twieldu qabel is-sena 1962 kif ukoll fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara. Ma hemm l-ebda kundizzjoni kif jingħataw il-krediti meta jitwieldu t-tfal kif spjegat hawn fuq għalkemm l-għoti tal-krediti jista’ jkun massimizzat jekk l-ulied jitwieldu b’differenza ta’ sentejn jew erba’ snin skont id-data tat-twelid tal-ġenitur.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22282.