Legislature:
Category:
Reset
Active:

Security, cleaners u xufiera fl-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa kull ħaddiem lill-Gvern ras għal ras, kuljum, meta dawn jiġu mpjegati mill-kuntratturi biex jagħmlu xogħol ta' security, cleaners u xufiera fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li r-rata tal-ħlas għal ufficjali tas-sigurta li huma impjegati mill-kuntrattur hija €6.84 is-siegħa. Din hija rata fissa li tinkludi t-taxxa tal-Vat u tinkludi is-servizzi kif jidher hawn taħt: § Ufficjal Anzjan tas-Sigurta § Ufficjali li jaħdmu fil-kamra tal- kontroll § Detail Officers § L-Ufficjal kap tas- Sigurta § Il-Manager tas-Servizzi tas-Sigurta § Il- Konsulent tas- Sigurta Il-kuntratt ikopri wkoll: § Bdil ta’ Ufficjali tas-Sigurta li jkunu bil- Leave jew Sick Leave § Taħriġ ta’ l-istaff (e.z. korsijiet dwar imġieba waqt xi epidemija) § Uniformijiet § Apparat bhall radjijiet, kompjuters, magni tal-ikkupjar etc § Għodda li tintuża għal xogħol klerikali bħal lapsijiet, biros etc Ir-rata tal-ħlas għall-cleaners hija €8.99 is-siegħa (inkluż VAT). Din hija rata fissa għas-servizz li jiġi provdut matul il-ġurnata kollha (anke bil-lejl) anke fil-Ħdud u festi. Il-kuntratt jistipula in-numru ta’ cleaners meħtieġa fil-ħinijiet kollha. Din ir-rata tinkludi: § Salarju tal-cleaner § Ħlas għall-management § Taħriġ § Uniformi § Supervizjoni § Sistemi ta’ komunikazzjoni § Sistemi ta’ kontroll § Apparat u riżorsi użati għall-ufficju § Il-materjal u l-apparat kollu li jintuża għat-tindif § Makkinnarju li jintuża Ma hemm l-ebda xufiera ġewwa Mater Dei li huma mpjegati minn kuntratturi.
Leg 11 PQ #11884 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin b'xejn mingħand il-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11954 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Apoġġ — Domestic Violence Unit - każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni tittieħed mill-Aġenzija Appoġġ meta mara jew ragel tiġi/jiġi msawta/msawwat u l-każ jidhol għand id-Domestic Violence Unit? X’interventi jsiru sabiex is-swat jieqaf?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li meta mara jew raġel tiġi/jiġi msawta/msawwat u l-każ jidħol għand id-Domestic Violence Unit fi hdan l-Aġenzija Appoġġ, l-intervent isir kif jidher hawn taħt: L-ewwel ma’ jsir huwa assessment dettaljat tas-sitwazzjoni preżenti, u jiġu diskussi x’inhuma l- bzonnijiet u x-xewqat tal-klijenti. Minn naħa tal-Aġenzija wara d-diskussjonijiet isiru/jingħataw: • Safety planning • Xelter f’kaz ta’ riskju • il-klijenti jiġu mismghuha u jingħataw sapport skond il-bzonnijiet u d-decizjonijiet taghhom • Il-klijenti jingħataw informazzjoni fuq id-diversi servizzi, drittijiet u alternattvi ohra li jistaw jaghzlu. Minn hemm l-Aġenzija timxi u tappoga lil klijenti fid-decizjonijiet taghhom L-informazzjoni tinkludi li ngharfu lill-klijenti li jistghu jaghmlu rapport mal- pulizija u certifikat mediku jekk ikun il-kaz • Il-klijenti jiġu offruti konsult legali b’xejn ta’ darba minn l-avukat ta’ l-agenzija f’kaz li il- vittmi jkunu jridu jafu dwar id-drittijiet legali taghhom • Jinkitbu ittri f’isem il-klijenti taghna fosthom lis-‘Social Housing’, skejjel, dipartimenti governattivi ....u nakkumpanjawhom skond il-bzonn ghal appuntamenti • Jiġi offrut programm għal irġiel li għandhom imġieba abbusiva u vjolenti • Naħdmu ma’ diversi professjonisti oħra fosthom psikjatri, tobba, pulizija, avukati, psikologi, ħaddiema soċjali minn oqsma differenti etc., biex noffru l’aħjar servizz għal bżonnijiet tal-klijenti.
Leg 11 PQ #12138 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — ħaddiema barranin - Kuntratt mal-Gvern Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella t’hawn taħt. Numru ta’ ħaddiem barranin b’kuntratt Salarju (2009) € Nazzjonalita’ Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ 1 €10,366 (li jiżdied b’€466 fis-sena sa’ massimu ta’ €13,162 fis-sena) Ingliża Awtorita' tad-Djar 1(fuq kuntratt indefinit, bir- reduced hours - 20 siegħa fil-ġimgħa) €19,000 (sa’ massimu ta’ €23,800 fi żmien 6 snin) Ġermaniż – bil- Freedom of Movement f’ Malta Iktar informazzjoni għada qed tinġabar.
Leg 11 PQ #12139 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

romol — paga u pezjoni

Question

Quddiem l-esiġenzi attwali tal-ekomomija lokali u l-ħtieġa ta' aktar flus li jeħtieġu l-familji Maltin u Għawdxin, jista' l-Ministru jikkonsidra li bħala miżura temporanja fil-budget li ġej li jissospendi l-kundizzjonijiet tar-romol li jaħdmu, u ċioe jara li jkollhom dħul aktar mill-paga minima nazzjonali ? Billi din il-miżura tgħin ħafna lil dawk il-familji li tilfu l-għeżież tagħhom jiġġeneraw dħul aktar quddiem l-isfida li toffri t-trobbija ta' l-ulied u ħteġijiet oħra li ġġib il-familja, jista' l-Ministru japprova din il-miżura b'effett tal-approvazzjoni tal-estimi tal-budget 2010?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni qed tagħmel studju fuq 'overhaul' ġenerali tal-benefiċċji kollha u nassigurah illi s-suġġeriment tiegħu jingħata l-importanza li ħaqqu.
Leg 11 PQ #12258 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq is-servizzi soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont totali li l-Gvern nefaq kull sena f'servizzi soċjali fl-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-nefqa kull sena f’benefiċċji soċjali, f’dawn l-aħħar għaxar snin kienet kif ġej:- SENA NEFQA 1999 Lm 170,233,6440 2000 Lm 175,883,4520 2001 Lm 184,447,5710 2002 Lm 190,748,9890 2003 Lm 200,921,775 2004 Lm 207,458,226 2005 Lm 220,830,400 2006 Lm 233,347,421 2007 Lm 245,687,715 2008 € 624,831,088
Leg 11 PQ #12261 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq is-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena sena b'sena? Kemm min din l-ispiża kienet: fuq mediċini inpatients fuq mediċini outpatients salarji bonuses overtime ikel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12263 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Sedqa — ammont ta' Methadone

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-ammont totali ta' Methadone li ngħatat mill-Aġenzija Sedqa fl-għaxar xhur ta' 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ammont ta’ Methadone li ngħatat mill-Aġenzijafl-ewwel għaxar xhur tal-2009 huma kif jidher hawn: January: 1109.279 Lts February: 1019.583 Lts March: 1124.474 Lts April: 1080.564 Lts May: 1152.461 Lts June: 1114.522 Lts July: 1167.665 Lts August: 1154.503 Lts September: 1123.536 Lts October: 1153.684 Lts.
Leg 11 PQ #12264 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polyclinics — spiża tal-Gvern

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11043, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li tħallsu bonuses u special allowances fl-ewwel għaxar xhur tal-2009 f'kull poliklinika imsemmija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12344 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bereġ lokali — tobba

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' bereġ lokali li għadhom joperaw madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn il-bereġ u x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux normali li f'dawn il-bereġ ikun hemm tabib preżenti, inkella ikun hemm biss nurse?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12345 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Childcare centres immexxija mill-Gvern — tfal li jattendu fihom

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' childcare centres immexxija mill-Gvern li għandna madwar Malta u Ghawdex? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn iċ-ċentri u x'inhu n-numru ta' tfal li jattendu f'dawn iċ-ċentri?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #12346 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

djar tal-anzjani fil-privat — standards

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kriterji li jridu jiġu osservati mid-djar ta' l-anzjani fil-privat? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma dawk l-istandards li jridu jiġu osservati minn individwi privati li jiddeċiedu li jagħmlu investiment f'din it-tip ta' akkomodazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12348 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

injection tal-influwenza staġjonali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li ħadu l-injection ta' l-influwenza staġjonali għand xi wieħed mill-kunsilli lokali din is-sena? Kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali li fil-fatt ħadu sehem f'din l-iskema ta' injections? Kemm ingħataw injections f'kull kunsill lokali li ħa sehem f'din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12349 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skejjel governattivi — inizjattivi partikulari kontra tifrix ta' mard

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fl-iskejjel governattivi, speċjalment dawk primarji, jittieħdux xi inizjattivi partikulari biex jassiguraw li ma jkunx hemm tifrix ta' mard li jittieħed minn fost l-istudenti li jattendu dawn l-istess skejjel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12363 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

sistema tal-punti fl-allokazzjoni għad-djar lill-familji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif titħaddem is-sistema tal-punti fl-allokazzjoni għad-djar lill-familji li jkunu applikaw għall-akkomodazzjoni alternattiva? Jista' jgħid x'inhuma l-policies li jirregolaw din is-sistema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12384 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema tal-Ispiżjar tal-Għażla tiegħek — mediċina

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bħala parti mill-Iskema l-Ispiżjar tal-Għażla tiegħek, kienx hemm mediċina ritornata lura mingħad l-ispiżjara għaliex kienet skaduta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12385 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — pyschiatric unit - alkoħol over the counter

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex essenzjali li fl-Isptar Mater Dei jinbiegħ alkoħol over the counter meta fl-istess bini hemm il-Psychiatric Unit? Stante li pażjent jista' faċilment joħrog mis-sala u jmur jixrob l-alkoħol meta dan ikun qiegħed taħt kura u stante li ħafna pazjenti fis-Phsychiatric Unit huma alkoħoliċi x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq dan il-punt?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12389 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment fl-Isptar Mater Dei — swine flu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li d-dipartiment konċernat fl-Isptar Mater Dei u li fih jiġu rikoverati pazjenti li jkollhom l-swine flu spiċċa bil-persuni li jaħdmu fih milquta bl-istess marda? Kemm hemm staff jaħdem f'dan id-dipartiment? Kemm minnhom ħadu l-marda?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12398 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Monte Carmeli — ordni pendenti fuq persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'seħħ mill-ordni pendenti li hemm fuq il-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex dan tinżamm għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli? Xi żvilupp kien hemm fuq dan il-każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

mediċina Effexor

Question

Jista' l-Ministru jara li l-mediċina Effexor terġa' tiġi provduta lil pazjenti li lilhom ġiet preskritta minn konsulenti peress li dawn, il-biċċa l-kbira jkunu fuq il-karta r-roża minħabba dħul baxx u dan l-antidepressant hu għoli ħafna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.