Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30067 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jippreżenta l-aħħar ftehim kollettiv uffiċjali relatat mad-Dipartiment tal-Artijiet?
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali -Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
A.L. 438 tal-2018 — Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kap. 573)
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26246 u ċjoè: B’referenza għall-punt 12 tar-Regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern, Avviż Legali Nru 438 tal-2018 Kap. 573, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li bbenefikaw minn art agrikola tal-Gvern wara li lestew b’suċċess korsijiet akkademiċi fl-istudji agrikoli minn meta ħareġ dan l-avviż legali, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għamlet ftehim mal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta sabiex jingħataw artijiet lill-aġenzija bi skop illi jiġu implimentati skemi ta’ għoti ta’ art agrikola direttament lill-bdiewa żgħażagħ. Għaldaqstant, filwaqt illi din l-Aġenzija qiegħda fil-proċess illi tibda l-ewwel skema pilota f’dan ir-rigward, l-istatistika mitluba ma tistgħax tingħata. Ninforma lill-Onor. Iinterpellant li l-Awtorità għamlet ftehim mal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta sabiex jingħataw artijiet lill-aġenzija bi skop illi jiġu implimentati skemi ta’ għoti ta’ art agrikola direttament lill-bdiewa żgħażagħ. Għaldaqstant, filwaqt illi din l-Aġenzija qiegħda fil-proċess illi tibda l-ewwel skema pilota f’dan ir-rigward, l-istatistika mitluba ma tistgħax tingħata.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Rigali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23953 fejn intqal li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid kemm qala’ rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rigali li nirċievi huma:
· Souvenirs – dak li jissejjaħ bħala “exchange of gifts” minn Gvernijiet barranin jew Ambaxxati meta jkun hemm żjarat.
Ma nżommx elenku tal-ismijiet u d-dati.
Il-Belt, Valletta — Aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28265 u jgħid kemm hemm binjiet fil-Belt Valletta, inklużi ristoranti, uffiċini u ħwienet, li ġew infurzati biex jirranġaw il-binja biex jipprovdu aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali -Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’għandu l-ebda Direttiva Ewropea li hi mistennija tiġi implimentata minnu matul it-tieni nofs tal-2025 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27348 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid x’jiġri meta l-kuntrattur ma jkunx qed jiġbor l-iskart kif u meta suppost?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fir-Reġjun tat-Tramuntana / Northern, meta jinqalgħu mankanzi fil-ġbir tal-iskart, is-Segretarju Eżekuttiv tar-Reġjun Tramuntana flimkien mal-Manager responsabbli mill-immaniġġjar tal-iskart iżommu komunikazzjoni kontinwa mal-Kuntrattur sabiex jiġu indirizzati kwalunkwe nuqqasijiet. Numru sinifikanti ta’ ilmenti u rapporti qed isiru b’mod informali bejn il-Kunsilli Lokali u l-Kuntrattur biex l-ilmenti jiġu indirizzati b’mod aktar effiċjenti u f’qasir żmien. Meta n-nuqqasijiet ikunu persistent u l-problema ma tiġix solvuta jiġu imposti penali skont il-proċeduri stabbiliti fil-kuntratt.
Fir-rigward tar-Reġjun tal-Lvant / Eastern, meta jinqabeż xi skart, il-Kunsill Lokali jew Kunsill Reġjonali ikkonċernat jinfurmaw lil kuntrattur bil-kas, fejn ġeneralment dan l-iskart jinġabar aktar tard mal-jum. Jekk ir-rapport jidħol l-għada li jkun inqabeż l-iskart, l-kuntrattur xorta waħda jiġi infurmat u ġeneralment l-skart jinġabar (anka jekk ma jkunx l-skart skedat). Jekk ir-Reġjun iħoss li mhux qed jingħata s-servizz skont il-kuntratt, ir-Reġjun flimkien mal-Kunsilli Lokali jistgħu jiddeċidu li jiħdu aktar passi bħall pereżempju twissijiet formali u anka multi abbażi tal-kuntratt, bl-intenzjoni li l-kuntrattur ikkonċernat jirregola ruħu u jittejjeb is-servizz provdut.
Ninsab infurmat ukoll li fir-Reġjun tal-Punent / Western, meta skart jinqabeż jew ma jinġabarx, jew ikun hemm ilmenti oħra relatati mal-ġbir tal-iskart, resident jista’ jibghat email jew iċempel lill- Kunsill Lokali rispettiv jew direttament lill-Kunsill Reġjonali. L-ilmenti jintbgħatu b’mod informali fejn il-kuntrattur jigi infurmat direttament. Jekk l-ilment ma jissolvix kif hu neċessarju, ir-Reġjun jieħu l-passi neċessarji skond it-tender reġjonali. Il-kuntrattur għandu Customer Care email kif ukoll Contact number kemm landline kif ukoll mobile number. Ġeneralment ninkoraġixxu lir-residenti sabiex jagħmlu kuntatt mal-Kunsill Lokali rispettiv jew Kunsill Reġjonali sabiex ikun hemm monitoraġġ fuq l-ilment.
Fir-rigward ta’ Reġjun tal-Punent / Western, meta skart jinqabeż jew ma jinġabarx, jew ikun hemm ilmenti oħra relatati mal-ġbir tal-iskart, resident jista’ jibghat email jew iċempel lill- Kunsill Lokali rispettiv jew direttament lill- Kunsill Reġjonali. L-ilmenti jintbgħatu b’mod informali lill-kuntrattur biex jiġi infurmat direttament. Jekk l-ilment ma jissolvix kif hu neċessarju, ir-Reġjun jieħu l-passi neċessarji skond it-tender reġjonali. Il-kuntrattur għandu Customer Care email kif ukoll Contact number kemm landline kif ukoll mobile number. Ġeneralment ninkoraġixxu lir-residenti sabiex jagħmlu kuntatt mal-Kunsill Lokali rispettiv jew Kunsill Reġjonali sabiex ikun hemm monitoraġġ fuq l-ilment.
Infurmawni wkoll li fir-Reġjun tal-Port / Port, il-kuntrattur dejjem jiġbor l-iskart skond l-iskeda. Ir-Reġjun kif ukoll il-kunsilli għandhom aċċess għal data ta' DVRs u tracking kif ukoll kemm ir-Reġjun kif ukoll il-Contracts managers tal-Kunsilli Lokali rispettivi jaraw li dan is-servizz qed jingħata. Meta tinqala din iċ-ċirkustanza wieħed japplika t-termini tal-kuntratt. Ir- Reġjun tan-Nofsinhar / Southern, jikkuntatja l-Customer care tal-Kuntrattur f'kaz ta' lmenti u jitlob ukoll feedback necessarja u r-Regjun Ghawdex / Gozo meta l-kuntrattur jonqos milli jiġbor l-iskart kif suppost, jintbagħat lura fuq il-post biex isolvi s-sitwazzjoni, kif ukoll jiġi mmultat minn Wasteserv meta jarmi l-iskart fil-Waste Transfer Station.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27349 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm kien hemm ilmenti mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Port fis-sena 2024? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni għal kull lokalità tal-istess reġjun?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret u mgħoddija lili mill-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-Reġjun Port.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27350 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm kien hemm ilmenti mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Majjistral fis-sena 2024? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni għal kull lokalità tal-istess reġjun?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li m’hemmx Kunsill Reġjonali bl-isem Reġjun Majjistral għaldaqstant mhux possibbli li tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29681 u jagħti rendikont ta’ kif intefqu l-€5,000,000 għall-Mediterrane Film Festival?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-element predominanti tal-infiq kollu relatat mal-Mediterrane Film Festival sar permezz ta’ sejħiet għal offerti pubbliċi (tenders), b’konformità mar-regolamenti dwar il-provvista ta’ servizzi fi ħdan il-Kummissjoni Maltija għall-Films. Spejjeż relatati ma’ vjaġġi, akkomodazzjoni u trasport lokali kienu kollha inklużi fl-istess sejħiet pubbliċi.
Ta’ min isemmi li din is-sena ’l fuq minn 11,500 parteċipant attendew it-tnejn u tmenin attività pubblika li ġew organizzati bħala parti mill-Mediterrane Film Festival. Aktar dettalji jkunu mħabbra fiż-żmien li ġej f’rapport pubbliku.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li hemm 17-il impjegat full time, u 2 impjegati part-time fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29626 u 29737 u jgħid kemm tħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jagħti rendikont separat għal kull sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-pagamenti li saru il-kumpanija ta’ konsulenza ingaġġata li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament kienu s-segwenti:
Sena
Pagament
2019
NIL
2020
NIL
2021
NIL
2022
NIL
2023
€2,668.65.
2024
NIL
2025
NIL
Malta Film Festival – Aġenziji ta’ public relations — Ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29627 u 29738 u jgħid kemm tħallsu l-aġenziji ta’ public relations (PR) f’Londra u f’Los Angeles biex jintgħażlu persuni biex jiġu mistiedna sabiex jattendu l-Malta Film Festival? Jista’ jagħti rendikont tal-aġenziji separatament?
World Expo tal-2025 f’Osaka — Filmat "Catch the Wave, Catch the Opportunity
Question
Jista’ l-Ministru jispjega l-proċess li ġie segwit għall-għażla tal-kontribuzzjoni ta’ Malta għall-World Expo 2025 f’Osaka? Jista’ jindika wkoll kif ingħatat il-kummissjoni għall-filmat "Catch the Wave, Catch the Opportunity", min ipproduċa dan il-filmat u x’kienet l-ispiża?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu l-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Kultlura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23936, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti / servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati fis-sena 2024?
Belt Valletta — Triq San Pawl - Parkeġġ riservati - Permessi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta biex isir parkeġġ riservat fi Triq San Pawl, mill-bidu tal-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-permessi ġew imġedda b’ġimgħat u xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura mill-Kunsill rispettiv.
Għawdex — Artijiet/proprjetajiet tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27196 u 28072 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali Għawdxin ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-użu ta’ kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali -L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 attendejt għal-laqgħa informali tal-Ministri tal-Kultura membri tal-UE li saret Warsaw, il-Polonja mis-7 sat-8 ta’ April, 2025 u l-laqgħa formali tal-Ministri tal-Kultura li saret Brussell, il-Belġju fit-13 ta’ Mejju, 2025.
Fit-tieni nofs tas-sena 2025, mistenni li nattendi għal-laqgħa informali tal-Ministri tal-Kultura tal-auE li se ssir bejn it-3 u l-4 ta’ Novembru, u għal-laqgħa formali tal-Ministri tal-Kultura tal-UE li se ssir fit-28 ta’ Novembru, Brussell, il-Belġju.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali -Impjegati full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 1,677-il ħaddiem li jaħdmu full time u 80-il ħaddiem part-time.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29598 u jgħid kemm tressqu każijiet quddiem il-Local Governance Board imwaqqaf mill-Avviż Legali 363.150 matul is-sena 2024 u kemm hemm każijiet pendenti? Jista’ jgħid ukoll minn min huwa kompost dan l-istess bord?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fis-sena 2024 tresqu żewġ ilmenti u hemm seba’ każijiet pendenti.
Il-Membri tal-Bord huma: S-Sur Simon Abela – Chairperson, S-Sur Pablo Cachia Belli – Segretarju, S-Sur Joseph Scerri – Membru, S-Sa Sarah Lee Zammit – Membru u S-Sa Sarah Mifsud – Membru.