Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Imwiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu priġunieri b’mewta naturali, waqt li kienu qegħdin jiskontaw sentenza, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-2020 sal-lum mietu sitt persuni li kienu qed jiskontaw sentenza.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Persuni reċidivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni reġgħu saru reċidivi u reġgħu daħlu l-ħabs, wara li kienu ħarġu għax skontaw is-sentenza, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni provduta dwar kemm kien hemm persuni fil-ħabs li kienu diġà fil-ħabs fil-bidu ta’ Diċembru ta’ kull sena huma kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat ukoll li dan mhux bilfors ifisser li persuna tkun riċediva, peress li jista’ jkun kellu aktar minn każ wieħed pendenti meta daħal l-ewwel darba, u jkun ingħata s-sentenzi tagħhom. Date 01-Dec-20 01-Dec-21 01-Dec-22 01-Dec-23 01-Dec-24 25-Jun-25 Total 273 252 223 218 192 189

Il-Qawra, Is-Salina u San Pawl il-Baħar – Azzjoni dwar storbju minn boat parties

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija ħaditx xi passi partikolari fil-konfront ta’ persuni li qed jorganizzaw boat parties fil-bajjiet tal-Qawra/is-Salina u San Pawl il-Baħar, minħabba storbju li qed jikkawżaw? Jekk iva, x’passi ttieħdu, u xi rriżulta minn dawn il-passi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Pulizija taġixxi dejjem inkluż fuq rapporti li jsiru. Jekk l-Onor. Interpellant għandha dettalji speċifiċi ta’ xi każ, inkun nista’ nivverifika.

Marsaxlokk — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Marsaxlokk matul is-sena 2024, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2024 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Marsaxlokk u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Għaxaq — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Ħal Għaxaq matul is-sena 2024, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2024 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Ħal Għaxaq u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Santa Luċija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Santa Luċija matul is-sena 2024, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2024 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Santa Luċija u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Gudja — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-Gudja matul is-sena 2024, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2024 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew fil-Gudja u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija tal-Għajnuna Legali – Servizzi għal persuni bi dħul baxx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali tibda wkoll toffri servizzi ta’ nutar bla ħlas għal persuni bi dħul baxx?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Gwardjani privati u uffiċjali tal-komunità reġistrati — Residenti Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn gwardjani privati u uffiċjali tal-komunità reġistrati fil-preżent, li huma residenti f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-preżent ġewwa Għawdex hemm illiċenzjati tmien mija u disgħa u sittin (869) gwardjan privat u sebgħa (7) uffiċjali tal-komunità, li huma residenti hemmhekk.

Forzi Armati ta’ Malta — Deċiżjonijiet mill-Bord tal-Inġustizzji

Question

Fid-dawl tal-aħħar deċiżjonijiet tal-Bord tal-Inġustizzji fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta, fejn numru ta’ persuni ngħataw il-kumpens hekk likwidat, jista’ l-Ministru jgħid meta dawn l-istess persuni se jirċievu d-differenza u l-aġġustament fil-pensjoni tagħhom minn meta spiċċaw mis-servizz sa meta jkun sar l-aġġustament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nieħu gost nara l-kelliem tal-Oppożizzjoni jinteressa ruħu fi proċessi li nieda dan il-Gvern biex isolvi inġustizzji li rriżultat minn żmien gvernijiet tal-partit tiegħu. Fuq kollox dan hu proċess ieħor li juri kif dan il-gvern jinvesti fil-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta kontinwament. Dan hekk kif jixhed l-aqwa ftehim kollettiv li ġie maqbul u ffirmat ftit jiem ilu. Ninsab infurmat ukoll li filwaqt li saru diġa’ diversi ħlasijiet, bħalissa għaddejjin ukoll verifiki u aġġustamenti biex fix-xhur li ġejjin dan il-proċess jingħalaq għal kollox.

Iż-Żejtun — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fiż-Żejtun matul is-sena 2024, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2024 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew fiż-Żejtun u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied il-Għajn — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Wied il-Għajn matul is-sena 2024, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2024 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Wied il-Għajn u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24310, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li nħatar il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri u jagħti indikazzjoni ta’ meta se jiġi ffinalizzat l-aħħar rapport annwali maħruġ mill-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri? Jista’ wkoll iqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-rapport għas-sena 2024 qed ikun finalizzat u ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Job Coaching — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li fl-aħħar tas-sena 2024, kellhom l-applikazzjoni tagħhom għal job coaching fuq il-post tax-xogħol li kienet għadha pendenti u li kienu għadhom qegħdin jistennew biex jibbenefikaw minn din l-iskema? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess u l-età tal-persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fl-aħħar tas-sena 2024 ma’ kienx hemm persuni qed jistennew li jingħatalhom is-servizz ta’ job coaching. Dan is-servizz jiġi provdut immedjatament lil kull persuna b’ diżabilta’ matul l-esperjenza fuq post tax-xogħol (work placement) jew impjieg skont il-bżonn tal-individwu.

Job Coaching — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kellhom l-applikazzjoni tagħhom għal job coaching fuq il-post tax-xogħol li kienet għadha pendenti u li kienu għadhom qegħdin jistennew biex jibbenefikaw minn din l-iskema? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess u l-età tal-persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fil-25 ta’ Ġunju ma kienx hemm persuni qed jistennew li jingħatalhom is-servizz ta’ job coaching. Dan is-servizz jiġi provdut immedjatament lil kull persuna b’diżabilità matul l-esperjenza fuq post tax-xogħol (work placement) jew impjieg skont il-bżonn tal-individwu.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol –  Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28808.

Persuni f’impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ persuni f’impjieg fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u jaqsam l-informazzjoni: f’dawk li kienu jaħdmu mal-Gvern; dawk li kienu ma’ entitajiet fejn il-Gvern għandu ishma; dawk li jaħdmu mal-privat u dawk li kienu self-employed? Jista’ jagħti l-istess figuri kif kienu fl-aħħar tas-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li t-tagħrif qed jinġabar.

Nisa f’impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ nisa ta’ ċittadinanza Maltija li kienu f’impjieg fi tmiem is-sena 2013? Jista’ jgħid ukoll kemm hu t-total ta’ nisa ta’ ċittadinanza Maltija li huma f’impjieg fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li skont informazzjoni ta’ Jobsplus, in-numru ta’ nisa ta’ ċittadinanza Maltija li kienu f’impjieg fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 kien ta’ 66,414, filwaqt li fl-aħħar ta’ Jannar 2025 in-numru ta’ nisa fl-impjieg kien ta` 89,841. L-aħħar ċifri tal-impjieg ippubblikati huma ta’ Jannar 2025.

Rapporti dwar storbju eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi jsir wara li jidħol rapport dwar ħsejjes u storbju, speċjalment wara l-ħdax ta’ billejl?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li meta l-Pulizija tirċievi rapport dwar ħsejjes u storbju għoli, tipproċedi billi tmur fil-lok minn fejn allegatament joriġina tali storbju jew ħsejjes, biex tivverifika r-rapport li jkun sar. Il-pulizija timxi mal-liġi b'mod speċjali Leġislazzjoni Sussidjarja 441.08 Reg. 6(4). Il-pulizija jkollha bżonn ukoll ix-xhieda ta’ min ikun għamel l-ilment biex tipproċedi fil-qrati. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ukoll għal tweġiba parlamentari 29030, fejn ingħata tagħrif dwar numru ta’ rapporti.