Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija fil-weekend ġewwa Paceville u minn liema taqsima?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fi tmiem il-ġimgħa l-Korp tal-Pulizija jaddotta approċċ integrat biex ikopri r-riżorsi meħtieġa b’mod xieraq f’Paceville, u għaldaqstant ikun hemm koordinament ħolistiku bejn diversi taqsimiet u distretti tal-Korp, għal dan il-għan. Fil-fatt fi tmiem il-ġimgħa f’din il-lokalità jkun hemm diversi uffiċjali skont il-bżonn minn diversi distretti u mit-taqsimiet tal-RIU, SIU, Kwartieri Ġenerali, Kavallerija, is-sezzjoni tal-Klieb u l-Pulizija tal-Komunità. Dan barra r-ronda normali tal-RIU fl-istess żona. L-Onor. Membru japprezza li dan mhux l-uniku impenn li jkun jrid ikopri il-korp, u li arranġamenti simili jsiru f’diversi lokalitajiet oħra, speċjalment fi tmien il-ġimgħa f’dawn ix-xhur, minħabba avvenimenti relatati ma' festi flimkien ma' attivitajiet kulturali u sportivi oħra, madwar dawn il-gżejjer.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid kemm ingħataw direct orders u x’kien l-ammont totali tal-valur tagħhom matul l-2022, xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9276, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jgħid kemm kien hemm inċidenti fis-Central Link minn meta fetħet sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-verifiki saru mis-sena 2020 sal-aħħar ta’Mejju 2023. It-toroq li jagħmlu parti mis-Central link huma diversi u huma kollha inklużi fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella turi l-inċidenti tat-traffiku fejn intervenew il-pulizija u kif ukoll dawk l-inċidenti li jaqgħu fir-responsabbiltà u fejn intervjenew uffiċjali tal-LESA:
Sena
Isem tat-Triq
Fatali
Bil-feriti
Sempliċi jew jinvolvu proprjetà tal-Gvern
Kollużjonijiet minuri
(LESA)
Total
2020
Triq Hannibal
0
0
1
5
6
Triq l-Imdina
0
8
20
51
79
Triq Tumas Chetcuti
-
-
-
7
7
Triq Nutar Zarb
0
1
4
11
16
2020 Total
0
9
25
74
108
2021
Triq l-Imdina
0
14
17
39
70
Triq Tumas Chetcuti
0
0
2
0
2
Triq Ġdida fi Triq Tumas Chetcuti
0
0
1
0
1
Triq Nutar Zarb
0
0
2
2
2021 Total
0
14
22
39
75
2022
Triq l-Imdina
0
4
24
47
75
Triq Ferdinandu Inglott
0
0
1
7
8
Triq Tumas Chetcuti
0
1
0
9
10
Triq Nutar Zarb
0
0
2
3
5
2022 Total
0
5
27
66
98
2023
Triq l-Imdina
0
5
6
33
11
Triq Tumas Chetcuti
1
0
0
4
1
Triq Nutar Zarb
0
1
1
2
2023 Total*
1
6
7
37
48
*sal-31 ta’ Mejju 2023
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti qegħdin jittieħdu biex jitrażżan il-bejgħ tad-droga li qiegħed isir b’mod apert minn ġewwa Paceville?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-pulizija tat-Taqsima ta’ kontra d-drogi, tad-Distretti u dawk tal-Komunità, jagħmlu kull sforz biex jidentifikaw u jfixklu l-bejgħ tad-droga li jsir b’kull mod ġewwa Paceville u lokalitajiet oħra. Dan isir b’diversi metodi kemm dawk tradizzjonali u metodi speċifiċi oħra tal-pulizija, li jinkludu r-rondi u sorveljanza, ġbir ta’ informazzjoni u mezzi oħra li b’xi mod jgħinu jrażżnu u jnaqqsu d-domanda u l-bejgħ ta’ droga. Infurmat illi b’riżultat tal-isforzi msemmija, mis-sena 2022 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm erba’ persuni li tressqu l-Qorti talli biegħu/traffikaw id-droga f’Paceville. Kien hemm għaxar persuni oħra li nstabu fil-pussess ta’ droga biħsieb li jissuplixxu, waqt li disa’ u għoxrin persuna oħra nstabu fil-pussess ta’ droga.
Jista' l-Ministru jgħid jekk wardens tal-Aġenzija LESA jiġux provduti torches meta jkunu xogħol filgħaxija jew billejl?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li apparti l-provediment ta’ “torches”, l-aġenzija Lesa investiet f’apparat ta’ avviż apposta għall-immaniġġar tat-traffiku, li jista' jintuża kemm f’post fiss, kif ukoll jintlibes mal-persuna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk wardens tal-Aġenzija LESA jiġux provduti vetturi meta jkunu qed jagħlqu t-toroq waqt li jintrama l-armar tal-festi, u peress li f'dak il-ħin ma jkunux qegħdin ma' fixed point, jgħid jekk hux qed jiġu mitluba jużaw il-vetturi personali tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Aġenzija tipprovdi vetturi lil kull sezzjoni ta’ impjegati li jaħdmu kemm fil-qasam tal-infurzar u anke dawk fl-immaniġġar tat-traffiku. Dawn jinkludi muturi kif ukoll karozzi.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10188.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2022, xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Spezzjonijiet mill-Pulizija f’Paceville u San Ġiljan
Question
Fid-dawl li matul ix-xhur tas-sajf ikun hemm aktar persuni li jiffrekwentaw l-inħawi ta’ Paceville u San Ġiljan, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm żieda fin-numru ta’ pulizija preżenti matul dawn ix-xhur? Fid-dawl li fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu s-sena l-oħra kien hemm diversi rapporti ta’ mġiba skorretta, fosthom persuni mexjin bla ħwejjeġ, storbju eċċessiv u vandaliżmu fuq proprjetà pubblika fuq il-promenade f’San Ġiljan, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jkun hemm patrol mill-pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sajf il-preżenza ta’ uffiċjali tal-Pulizija ġewwa Paceville u San Ġiljan tissaħħaħ speċjalment fil-għaxijiet, u fi tmiem il-ġimgħa meta l-frekwenza tal-pubbliku tiżdied. Fil-fatt dan diġà beda u b’hekk żdiedu r-rondi f’dawn il-lokalitajiet ukoll. Dan barra mill-preżenza ta’ uffiċjali tal-RIU kif ukoll dawk tas-sezzjoni tal-klieb u tat-Taqsima tal-Pulizija tal-Komunità, li wkoll ikunu dejjem preżenti f’din iż-żona fi tmiem il-ġimgħa wkoll. Fl-istess ħin is-soliti rondi regolari bil-vetturi minn uffiċjali oħra mit-taqsima tal-RIU jassistu wkoll.
Petizzjonijiet imressqa taħt l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu petizzjonijiet taħt is-sistema kif stabbilita fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, Kap. 291, tul is-sena 2022 u kemm minnhom ġew aċċettati u kemm rifjutati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul is-sena 2022, ġew reġistrati 28,372 petizzjoni. Minn dawn, ġew milqugħa 10,096 filwaqt li 421 ġew milqugħa parzjalment. Total ta 17,855 ġew rifjutati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spetturi assenjati fid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji (FCID)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bħalissa hemm tnejn u għoxrin spettur assenjat fid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji (FCID), flimkien ma' żewġ Supretendenti.
Community Police – spetturi li jieħdu ħsieb kumpilazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn numru ta’ Spetturi assenjati fil-Community Police kemm il-kumpilazzjoni qegħdin jieħdu ħsieb, fis-sens illi huma l-uffiċjali prosekuturi, inkluż dawk fejn ikunu qed jipprosegwixxu flimkien mal-Avukat Ġenerali? Jista’ ukoll jgħid x’inhu n-numru ta’ prosekuzzjonijiet li dawn l-istess Spetturi qed imexxu qua l-uffiċjali prosekuturi quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fil-vesti tagħha ta’ Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Membru japprezza illi d-doveri ta’ spetturi f’sezzjonijiet diversi jvarjaw u għalkemm kull spettur jaħdem biex jara illi l-oġġettivi relatati max-xogħol tiegħu jinkisbu, ma jfissirx illi f’kull involviment f’investigazzjonijiet ta’ reati, Spettur ikollu jipprosegwixxi individwalment jew ma' ħaddiehor, ġaladarba l-prosekuzzjoni titmexxa fil-parametri tal-liġi. Ix-xogħol tal-Pulizija jkopri diversi elementi u fil-każ tal-Ispetturi assenjati fil-Community Police, l-impenn prinċipali tagħhom hu li b’diversi modi jibnu relazzjonijiet tajba u aktar mill-qrib mal-Komunità inġenerali u jikkonċentraw fuq il-prevenzjoni u riduzzjoni ta’ reati, u kemm jista' jkun proattivament, u b’hekk jgħollu l-fiduċja tal-Korp inġenerali. Għaldaqsant mhux prudenti li tingħata informazzjoni kif mitluba, anke jekk ikun hemm okkażjonijiet fejn l-istess spetturi prosegwew jew assistew spetturi minn sezzjonijiet u distretti oħra, fil-prosekuzzjoni ta’ każi li kienu involuti fihom.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — persuni li għandhom car allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm 9 persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjati fi ħdan il-Ministeru u is-Segretarju Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol tas-Search & Rescue fl-ibħra Maltin u l-madwar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta, permezz taċ-ċentru ta’ koordinazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ, tikkordina l-każijiet fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija permezz ta’ assi pubbliċi u privati.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — Segretarju Parlamentari għar-Riforma u l-Ugwaljanza
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari, jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 9810.