Legislature:
Category:
Reset
Active:

NSO — Ħaddiema li jaqilgħu paga medja

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4980, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'kollox li jaħdmu fis-settur tal-catering, inkluż ristoranti u lukandi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-catering, inklużi ristoranti u lukandi fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2022 hu ta’ 18,776 persuna. Dawn l-ammonti jinkludu l-ħaddiema kollha li jaħdmu f’dan is-settur - full-time u anke part-time, jew full-time with reduced hours, u jinkludu wkoll persuni li jaħdmu għal rashom. Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS).

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

FIAU – Central Monitoring Committee – membri li ddikjaraw kunflitt ta’ interess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tas-Central Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet? Meta kienu dawn l-istanzi u liema kienu l-membri tas-Central Monitoring Committee?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità m'għandha l-ebda kumitat bħal dan fl-istruttura tagħha.

MFSA – rapporti għand il-Whistleblower

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti għand il-Whistleblower tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

MFSA — uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu jew huma l-uffiċjali fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li għandhom aċċess għall-email, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

MFSA – Executive Committee – persuni li huma mħallfin jew maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni fi ħdan l-Executive Committee tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li huma mħallfin jew maġistrati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22821 tal-Leġiżlatura XIII.

MFSA – Central Monitoring Commitee – rapporti mill-pubbliku ta’ kunflitt ta’ interess li għandhom il-membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienx hemm rapporti mill-pubbliku ta' kunflitt ta' interess li seta' kellhom jew għandhom membri tas-Central Monitoring Committee tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)? X’passi ħadet l-MFSA dwar dawn ir-rapporti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità m'għandha l-ebda kumitat bħal dan fl-istruttura tagħha.

MFSA – emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar 2023? Jista' jgħid min fi ħdan l-MFSA jiddeċiedi jekk mistoqsijiet jiġux mwieġba jew le?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema Maltin – Statistika dwar salarji

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati Maltin li jaqilgħu bejn: €0-€10,000; €10,000-€15,000; €15,000-€20,000; €20,000-€25,000; €25,000-€30,000; €30,000-€35,000; €35,000-€45,000; €45,000-€60,000; €60,000-€90,000 u aktar minn €90,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul minn salarji fost impjegati Maltin matul l-2021 kien imqassam kif ġej: Dħul Minn SalarjuNumru ta’ Impjegati €0-€10,00029,036 €10,001-€15,00021,594 €15,001-€20,00026,452 €20,001-€25,00023,480 €25,001-€30,00020,445 €30,001-€35,00015,012 €35,001-€45,00018,252 €45,001-€60,00011,124 €60,001-€90,0005,991 Aktar minn €90,0002,852 Total174,238

ħaddiema barranin – Statistika dwar salarji

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati Third Country Nationals (TCN) li jaqilgħu bejn: €0-€10,000; €10,000-€15,000; €15,000-€20,000; €20,000-€25,000; €25,000-€30,000; €30,000-€35,000; €35,000-€45,000; €45,000-€60,000; €60,000-€90,000 u aktar minn €90,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul minn salarji fost impjegati ‘Third Country Nationals’ matul l-2021 kien imqassam kif ġej: Dħul Minn Salarju Numru ta’ Impjegati €0-€10,000 10,660 €10,001-€15,000 10,509 €15,001-€20,000 7,963 €20,001-€25,000 3,620 €25,001-€30,000 1,643 €30,001-€35,000 1,105 €35,001-€45,000 1,008 €45,001-€60,000 564 €60,001-€90,000 334 Aktar minn €90,000 282 Total 37,688

FIAU – Compliance Monitoring Committee — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pakketti finanzjarji li għandhom il-membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-FIAU ‘Compliance Monitoring Committee’ mhuma mħallsin l-ebda salarju jew paga jew xi tip allowance talli jkunu parteċipi f’dan il-kumitat.

MFSA – Executive Commitee — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pakketti finanzjarji li għandhom il-membri tal-Executive Committee fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

MFSA – Executive Commitee – membri li ddikjaraw kunflitt ta’ interess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tal-Executive Committee fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet? Meta kienu dawn l-istanzi u liema kienu l-membri tal-Executive Committee?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Maltin li emigraw biex jaħdmu barra minn Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4954, jista' l-Ministru jippreżenta l-informazzjoni li għandu rigward ta' kemm hu n-numru ta' Maltin li emigraw biex jaħdmu barra minn Malta? Ta' liema età huma?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li qed nannetti t-tabelli li juru stimi ta’ emigranti u immigranti Maltin, ibbaZati fuq mudelli matematiċi, għas-sena ta’ referenza 2021. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) m’għandux informazzjoni dwar ir-raġunijiet, inkluza dik ta’ xogħol, għalxiex il-persuni jkunu emigraw. Ta’ min izid li l-figuri pprezentati se jkunu riveduti fuq il-bazi tad-data miċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021. Stima ta' Emigranti Maltin: Sena ta' Referenza 2021 Stima ta' Immigranti Maltin: Sena ta' Referenza 2021 TotalMaskiliFemminiliTotalMaskiliFemminili TOTAL1,9291,0768532,7711,4241,347 0-4141618020479125 5-9652837953758 10-14663333954451 15-19623428904545 20-2424215290342201141 25-29336192144480255225 30-34266132134384174210 35-3918011169257148109 40-4410359441457669 45-498348351196455 50-547741361095356 55-597357161027527 60-648236461204872 65-69573522844836 70-74432716613526 75-79311516482028 80-84119217134 85+116519910

Community Work Scheme – ħlas ta’ arretrati lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li kienu qed jaħdmu taħt il-Community Work Scheme fis-snin 2020, 2021, 2022 li tħallsu l-arretrati li kellhom jingħataw fl-ammont ta’ €200 fix-xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-€200 fix-xahar imsemmija fil-mistoqsija jirreferu għal żieda fil-pagi tal-parteċipanti tal-Community Work Scheme b’effett minn Jannar tal-2018. Dawn tħallsu lill-parteċipanti fil-ħin u għaldaqstant ma kien hemm ebda każ ta’ arrettrati.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Rigward l-Anti-Harassment Policy fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5724. Rigward l-entitatijet fi ħdan il-Ministeru, dawn kollha jaddottaw ‘zero tolerance policy’ rigward harassment, bullying u fastidju sesswali, hekk kif stabbilit fl-employment handbooks rispettivi tagħhom.

Financial incentives for the Audivisual Industry — korrispondenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4340 u 5646, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġew referuti lilu, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tibdil li tħabbar aktar kmieni din is-sena fil-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate? Jista’ jippubblika wkoll l-approvazzjoni li ngħatat mill-Kummissjoni Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Jobsplus — Occupational Therapists jirreġistraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Occupational Therapists jirreġistraw mal-Jobsplus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar ta’ Diċembru 2022 ma kien hemm l-ebda persuna li qegħda tirregistra għal xogħol ta occupational therapist fuq l-ewwel jew it-tieni parti tar-reġistru.