Legislature:
Category:
Reset
Active:

Social Workers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8624 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7204, jista’ l-Ministru jgħid fejn huma allokati l-254 social worker li qed jaħdmu fil-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali? Jista’ jgħid x’inhuwa l-irwol tas-social workers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 10373.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10257 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - reklamar

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10258 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - reklamar

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10259 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà — kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistqosija parlamentari 10153.

Marsascala — Benefiċċju Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ residenti minn Marsaskala li qed jirċievu xi forma ta’ benefiċċju soċjali u x’inhuma dawn il-benefiċċji li qed jirċievu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ residenti minn Marsaskala li qed jirċievu xi benefiċċji soċjali huwa kif ġej; Benefiċċju Soċjali Benefiċċjarji AP (Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja) 68 BLD (Assistenza għal-persuni b’vista batuta) 6 DA (Assistenza għal Diżabilità) 2 SDA (Assistenza għal Diżabilità Severa) 90 ISDA (Assistenza miżjuda għal Diżabilità Severa) 8 ICRA(Għajnuna miżjuda għal carers ) 14 SKA (Għajnuna għal mard) 189 SA (Għajnuna Soċjali) 117 SUP (Għajnuna Soċjali għal ġenitur singlu) 55 CRA (Għajnuna għal carers ) 3 UA (Għajnuna Soċjali għad-diżimpjieg) 13 UAT (Tnaqqis gradwalment tal-benefiċċju) 59 SUA (Għajnuna Soċjali għal persuni li jgawdu protezzjoni sussidjarja) 41 IWB (In-Work Benefit) 66 CA (Allowance tat-Tfal) 523 DCA (Allowance għal tfal b’diżabilità) 55 FCA (Foster Children’s Allowance) 5 CAFR (Flat Rate Children’s Allowance) 953 SPA (Għajnuna Supplimentari) 388 In-numru ta’ benefiċċjarji, qiegħed juri l-benefiċjarji għal kull benefiċċju, jiġifieri persuna waħda tista’ tkun riflessa f’żewġ/tlett benefiċċji differenti.

Social Workers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8624, bid-data tal-1 ta’ Frar 2019, u jgħid fejn huma allokati l-254 social worker li bħalissa qed jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interperlant li fil-preżent hemm 246 social worker, ingaġġati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali, imqassma kif ġej: Unit Section Sub Total Total APPOĠĠ Active Ageing 3 Birkirkara /Bormla Health 1 Sir Anthony Mamo 8 BeSmartOnline 1 Correctional Services Division 3 Child Protection 23 Domestic Violence 14 Employee Support Programme 3 Għabex Shelter 3 Gozo General Hospital 2 Gozo Services 6 Housing 2 High Support Services 4 Intake Family Support Services 18 Managing Abusive Behaviour 2 Mount Carmen Hospital 5 Mater Dei Hospital 13 Paulo Frere Institute 2 Proġett Ulied Darna 4 Qormi Health Services 2 Siblings 3 Seconded to Other Services 2 On Unpaid Leave 3 Support Line - 179 2 St Vincent De Paul 4 Youth In Focus 14 GDPR 1 APPOGG Total 148 FSWS2 HR 1 Service Audit 1 FSWS2 Total 2 LEAP Birkirkara Community Service 6 Cottonera Community Service 6 Home Based Therapeutic Service 7 Qawra Community Service 6 Valletta Community Service 3 LEAP Total 28 SEDQA Alcohol Community Team 6 Assessment Stabilisation Unit 1 Drugs Community Team 10 Detox 2 Prevention Service 2 Unpaid Leave 1 Zernieq 1 SEDQA Total 23 TFAL Adolescent Day Programme 8 Courts 9 Fostering 9 Looked after Children 19 TFAL Total 45 Grand Total 246 L-irwol tas- social workers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz, jikkonsisti; · F’ħidma ma’ resident illi għandhom problemi soċjali; · Għajnuna fir-rigward ta’ aċċess ta pensjonijiet, pagamenti pendenti illi jkollhom meta kienu jgħixu fil-komunita’, il-bżonn illi jkun hekk ‘Guardianship’ jew Kuratur biex tkun jew ikun jista’ jieħu ħsieb ċertu bżonnijiet, sitwazzjonijiet legali, allegazzjoni ta’ abbuż, problemi f’relazzjonijiet ma’ qraba jew bejn ir-residenti stess, abbuż ta’ sustanza, immaniġjar ta’ flus, jew għajnuna biex jiġu rilokati gewwwa dar tal-anzjani oħra. · ‘Initial assessment’ ma’ kull resident ġdid illi jidħol ġewwa ir-residenza San Vincenz De Paul sabiex jekk ikun hemm xi sitwazzjonijiet partikolari jew xi problemi dawn jiġu milħuqa mill-bidu; · Ħidma ma’ persuni li jkunu daħlu ‘respite’ billi jaraw xi bżonnijiet għandhom u jaħdmu mal-persuna li qed tagħmel użu mis-servizz u mal-qraba tagħhom; · Jagħtu għajnuna ta’ informazzjoni fuq servizzi soċjali eżisteni illi l-persuni jew qraba tagħhom jistgħu jagħmlu użu minnhom; · Jagħmlu ‘referrals’ lil servizzi oħra fejn ikun hemm bżonn; · Jippjanaw u jipparteċipaw fi programmi biex jikkrejaw ‘awareness’ fuq il-bżonnjiiet tal-persuni anzjani. · Jattendu laqgħat fejn meħtieg ma’ professjonisti oħra sabiex jaraw kif jistghu jgħinu aktar lir-residenti.

Fondazzjoni għas-Servizz ta’ Ħarsien Soċjali — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti minn klijenti/residenti li jirċievu s-servizzi tal-Fondazzjoni għas-Servizz ta’ Ħarsien Soċjali f’dawn l-aħħar tliet snin? Dwar liema servizzi kien hemm dawn l-ilmenti u jekk dawn l-ilmenti ġewx riżolti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li; Numru ta’ Ilmenti Dwar liema Servizzi Jekk humiex Riżolti jew Le Minn Lulju 2016 17 4 Courts and Sav's 3 CPS 2 LAC 1 Progett Ulied Darna 1 DVS 1 Youth in Focus 4 Drugs Community Team 1 Zerniq Sedqa Riżolti 2017 5 2 LAC 1 Courts and SAV's 1 Dar l-Impenn 1Żerniq Sedqa Riżolti 2018 0 No complaints Riżolti 2019 sal-aħħar ta’ Mejju 1 1 Żerniq Sedqa Riżolt

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9568, jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għadhom mhux aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Djar Residenzjali Persuni b’Diżabilità – aċċessibilità għall-persuni bis-siġġu tar-roti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32036 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi Djar Residenzjali għal Persuni b’Diżabilità li mhumiex attrezzati biex jilqgħu fihom persuni li jużaw is-siġġu tar-roti? Jekk iva, liema huma dawn id-Djar Residenzjali u kemm hemm residenti jgħixu fihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport topera 4 residenzi li mhumiex kompletament attrezzati sabiex jilqgħu fihom persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti. F’dawn ir-residenzi, l-persuni kollha b’diżabilità li jgħixu fihom, m’għandhomx diffikultajiet ta’ mobilità. Dawn ir-residenzi huma ; Lokalità Persuni b’di żabilit à li fil-pre żent jgħixu f’ din ir-residenza Siġġiewi 2 Bormla 6 B’Buġia 3 Kirkop 3

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - reklamar

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - reklamar

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — aċċessibilità għal persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Persuni li applikaw għal għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2018 u kemm s'issa fis-sena 2019? Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

In work benefit — persuni li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2018 u tul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2019? Jista' jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Foster Care u Residential Care — tfal

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9496 u 9865, jista’ l-Ministru jindika jekk dawn il-figuri humiex għall-perjodu li fih ġiet imwieġba l-mistoqsija (3 ta’ April 2019)? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm tfal taħt foster care u taħt residential care fl-2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Djar Residenzjali tal-Anzjani – programmi ta’ attivitajiet soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programmi ta’ attivitajiet soċjali li qed jiġu implimentati din is-sena f’kull Dar Residenzjali tal-Anzjani sabiex jippromwovu l-Anzjanità Attiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Djar Residenzjali tal-Anzjani — lift

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8921, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Anzjani li ma humiex mgħammra b’faċilità ta’ lift? X’qiegħed isir biex dawn id-Djar ikollhom lift sabiex iżidu l-aċċessibiltà għar-residenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.