Peress li skont statistika tal-NSO (163/2017) matul l-2016 Malta ġġenerat aktar minn żewġ terzi tal-elettriku (67.9%) mill-interconnector, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jiswa l-elettriku li nxtara mill-interconnector u kemm kien jiswa li kieku nxtara mill-powerstation ġdida tal-Electrogas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Peress li skont statistika tal-NSO (163/2017) matul l-2016 Malta ġġenerat aktar minn żewġ terzi tal-elettriku (67.9%) mill-interconnector, jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ ta’ elettriku ġie ġġenerat mill-powerstation magħrufa bħala BWSC matul din is-sena? Jista’ jgħid kemm tħallas għal dan l-elettriku mixtri mill-powerstation tal-BWSC u jekk hemmx obbligu fuq l-Enemalta li tħallas lis-sidien tal-impjant tal-BWSC għal elettriku li ma tkunx użat jew xi forma oħra ta’ kumpens lill-BWSC kwalunkwe?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-Enemalta biex tilqa’ għaż-żieda fid-domanda tal-elettriku li qed naraw sena wara l-oħra u kif ġie kkonfermat ukoll matul is-sajf?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-settur tal-ġenerazzjoni, matul dawn l-aħħar erba’ snin l-Enemalta lestiet u kkumissjonat l-Interconnector bejn Sqallija u Malta, saret il-konverżjoni tal-impjant tal-BWSC mill-heavy fuel oil għal gass, inbena u ġie kkumissjonat l-impjant tal-Electrogas, u ġew dekummissjonati l-impjanti tal-Marsa u Delimara li jaħdmu bil-heavy fuel oil.
Għaldaqstant, is-sistema tal-ġenerazzjoni għandha marġini suffiċjenti sabiex tlaħħaq mad-domanda, hekk kif mistenni tiżdiet fil-futur immedjat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ċertifikazzjoni ta’ kwalità tħaddan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tħaddan ċertifikazzjoni ta’ ISO9001 fuq l-operat kollu tagħha u l-postijiet tal-operat tagħha. Għandha wkoll ċertifikat ta’ l- ISO14001 fi tlett postijiet speċifiċi u l-operat li jsir fihom, li huma l-operat kollu li jsir f’Ħal Luqa Head Office, dak li jsir f’ Kandja Pumping Station kif ukoll fl-impjant ta’ Pembroke. Iż-żewġ ċertifikazzjonijiet ingħataw mill-kumpanija SGS UK Ltd. Apparti minn hekk il-laboratorju fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa ukoll laboratorju akkreditat għal- ISO17025 mill-NAB-MALTA.
Ilma tax-xorb — Testijiet fuq ilma li jasal fid-djar tal-konsumaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ testijiet isiru fuq l-ilma tax-xorb li jasal fid-djar tal-konsumaturi? Kemm il-kampjun ittieħed matul is-sena 2016 u kemm-il test sar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilma tax-xorb li jasal fid-djar tal-konsumaturi huwa ċċekkjat għall-kwalità skont ma’ titlob id-direttiva tal-ilma tax-xorb tal-Unjoni Ewropea li hija wkoll il-Liġi Maltija. It-testijiet li jsiru huma ta’ natura kimika u fiżika kif ukoll mikrobioloġika. Matul is-sena 2016 ġew ittestjati 1,304 kampjun minn diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex u dawn irriżultaw f’ 27,724 ta’ testijiet speċifiċi.
Direttorat tat-Teknoloġija u l-Informatika – investiment mill-Water Services Corporation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fid-Direttorat tat-Teknoloġija u l-Informatika? X’kien ir-riżultat ta’ dan l-investiment?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul dawn l-aħħar snin, fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma nbena 'team' speċjaliżżat fl-informatika. L-għan ewlieni kien li jsir 'knowledge transfer' mingħand il-kuntrattur ewlieni li kien jagħti support lill-Korporazzjoni u jiġu ffrankati ħafna flus. Bis-saħħa ta’ dan it-team, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma naqqset ħafna d-dipendenza fuq il-kuntrattur ewlieni u ġew frankati miljuni ta' ewro li kienu jintefqu fuq 'support' tas-sistema. Mis-sena d-dieħla l-Korporazzjoni ser tkompli tinvesti aktar sabiex isir 'upgrade' tas-sistema u l-infrastruttura tal-Automated Meter Management (AMM).
Telf ta’ ilma li jkun ġej minn serq jew problemi ta’ ħsarat fil-meters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jitnaqqas it-telf ta’ ilma li jkun ġej minn serq u/jew problemi ta’ ħsarat fil-meters? Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar kemm saru spezzjonijiet mill-Korporazzjoni relatati ma’ serq tal-ilma fl-2016 u sad-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-direttorat tal-informatika, ġie mwaqqaf team li jiffoka fuq l-analiżi tad-'data' li tkun dieħla mis-sistema tal-Automated Meter Management. Dan it-team iħares u janaliżża d-data tal-konsum tal-meters fuq perjodi differenti u jiġu identifikati dawk il-meters li jkun jeħtieġ isirilhom spezzjonar. Wara li ssir l-ispezzjoni, dan it-team ikompli jsegwi dawn il-każijiet sabiex jassigura ruħu li l-problema ġiet solvutha u l-konsum reġistrat huwa dak korrett.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2016 għamlet 684 spezzjoni relatati ma’ serq tal-ilma filwaqt li minn Jannar sa’ Lulju 2017 diġa kienet għamlet 597 spezzjoni.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – pjan fil-qasam tal-enerġija rinovabbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-qasam tal-enerġija rinovabbli?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li din is-sena jiġi ffinaliżżat il-proġett ta’ communal solar farmfuq il-bejt tal-ġibjun tal-Fiddien, fejn sejjer jiġi ġġenerat 1 megawatt peak ta’ Enerġija fis-sena li minnu sejrin igawdu madwar 370 familja, l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tara x’possibiltajiet hemm biex issib iktar spazji biex tutiliżżahom ħalli jiġu nstallati aktar panelli fotovoltaiċi bil-ħsieb li għas-sena d-dieħla, Malta tkun tista’ tgawdi minn aktar minn 2 megawatt fis-sena ta’ enerġija rinovabbli oħra.
ARMS – riċerka xjentifika dwar is-servizz tal-customer care
Question
Jista’ l-Ministru jispjega jekk l-ARMS qattx għamlet riċerka xjentifika (market research) dwar is-servizz tal-customer care?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ARMS Ltd qabdet kumpanija privata sabiex tikkummissjona studju xjentifiku fejn jirrigwarda d-dipartiment tal- customer care u s-servizz offrut lill-klijenti tagħha. Dawn l-istudji saru, wieħed is-sena l-oħra w ieħor din is-sena.
Skema ta’ grants fuq installar ta’ sistemi fotovoltajiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm benefiċċjarji (familji) li applikaw, u li s’issa bbenefikaw, mill-iskema ta’ grants fuq installar ta’ sistemi fotovoltajiċi (ERDF PV Domestic Grant Scheme)? Kemm ġew allokati flus għall-iskema attwali u kemm s’issa ħarġu flus? X'inhu n-numru totali ta’ familji li mistennija jibbenefikaw?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa daħlu għand ir-Regolatur (REWS) 5,007 applikazzjonijiet li 3,633 minnhom ingħataw l-għotja (il-grant). Il-kumplament tal-applikazzjoni qegħdin fil-proċess. Diġa ġew allokati €9.15 miljun (grant offer) u minn dawn diġa’ tħallsu madwar €5 miljun.
Aktar minn 6,000 familja huma mistennija li jibbenefikaw minn din l-iskema.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — konsulenzi minn persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku servizzi li ġew mitluba jew xogħol li ngħata lil persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament huma mill-ARMS u l-Enemalta plc.
Il-persuna jew id-ditta legali tagħha kella żewġ kuntratti mal-kumpanija ARMS bl-ewwel wieħed ikun mis-16 t’April 2014 sal-15 t’April 2016 u t-tieni kuntratt kien mid-19 ta’ Settembru 2016 sat-18 ta’ Settembru 2017. Kemm damu dawn iż-żewġ kuntratti
in vigore
, ma sar l-ebda l-ħlas lill-persuna jew id-ditta legali msemmija.
L-Enemalta plc ħallset is-somma ta’ €762.71 mit-13 ta’ Marzu 2013 sas-16 ta’ Settembru 2015 lill persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għas-servizz tagħha bħala membru tat-
Tender Sub Committee
.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol biex titwaqqa’ ċ-ċumnija ta’ Delimara?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol preparatorju biex jinbeda t-twaqqiegħ taċ-ċumnija diġa beda fil-jiem li għaddew. Il-pjan huwa li ċ-ċumnija tal-konkos tibda titwaqqa’ fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla wara li jiżżarmaw iċ-ċmieni tal-ħadid li hemm ġo fiha.
Jista’ l-Ministru jispjega għalxiex se jintuża l-bini li l-Enemalta qiegħda tibni f’Rikażli, viċin Smart City?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-bini msemmi f’Rikażli ser jibda jintuża bħala Ċentru tad-Distribuzzjoni. Fil-fatt f’dan il-bini, f’Ottubru ħa jiġu nstallati tliet 22.5MVA transformers, 33kV u 11kV switchgear units flimkien ma’ sistemi ta’ protezzjoni oħra bil-pjan li jitlesta sal-aħħar t’ April 2018.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — transfers ta' ħaddiema
Question
B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 107, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li kien hemm żewġ trasferimenti fl-Engineering Resources Ltd. fuq talba tal-istess impjegati.
Fir-Rigward tal-Enemalta l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Fid-Dipartimenti u l-Entitajiet l-oħra li hemm taħt id-dekasteru tiegħi ma kien hemm l-ebda trasferiment.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku kuntratt li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament kien mill-ARMS li ħallset għall-kuntratt lid-ditta legali l-ammont ta’ €11,593.53 bejn l-1998 u l-2013. Dan il-kuntratt kien jiffurma parti minn tender tal-2012.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — sponsorships
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 77, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ingħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħat sponsorship lil MCAST sabiex tkun tista’ tiġi organizzata Konferenza Nazzjonali dwar l-Ilma li ġiet organizzata fil-11 ta’ Mejju 2017. L-ammont ta’ sponsorship mingħand il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kien jammonta għal €1,000 liema talba saret mill-MCAST f’Awissu 2016 u ġiet approvata mill-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni.
Il-Kumpanija Enemed tagħat donazzjoni waħda ta’ €30,000 għall-President’s Trust li kienet approvata mill-Bord tad-Diretturi wara talba li saret waqt laqgħa li saret mal-President ta’ Malta.
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ta 2 sponsorships lill-Ministeru għall-Energija u Proġetti għall-kampanja fuq miżuri aktar sostenibbli fuq l-Energija u l-ilma, bl-ewwel wieħed ikun fil-11 ta’ Mejju 2017 li jammonta għall- €100,000.00 u t-tieni wieħed ingħata fid-29 ta’ Mejju 2017 li jammonta għall- €60,000.00. Sponsorship ieħor ingħata lill-Kamra tal-Inġiniera għall-konferenza ntitolata ‘Core Values for Engineers in Europe – The Way Forward’ li kien jammonta għall-€1,200.00. Ir-Regolatur ma ta l-ebda sponsorship li kien ‘
in kind’
.
Fir-Rigward tal-Enemalta plc l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ma kien hemm ebda tip ta’ sponsorship ieħor mill-Entitajiet u d-Dipartimenti l-oħra li jaqgħu taħt id-Dekasteru tiegħi.
Peress li dan l-aħħar qed naraw spinta qawwija fejn għandu x’jaqsam mal-brand tal-kumpanija Enemed, kemm bħala marketing u kemm mal-inġenji u l-pompi tal-petrol li jbigħu l-prodotti tagħha, jista’ l-Ministru jispjega l-eżerċizzju li qed isir biex jinbidlu t-trakkijiet u għalxiex kien meħtieġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemed ħasset il-bżonn li tibdel il-flotta kollha tat-trakkijiet li jġorru l-fjuwils lil pompi tal-petrol primarjament għal żewġ raġunijiet:
L-ewwel raġuni hi li l-flotta li wirtet mill-Enemalta kellha aktar minn għoxrin sena u fil-fatt il-kumpanija kienet qed tonfoq ħafna flus f’manutenzjoni.
It-tieni raġuni hi li peress li l-pompi kollha ta’ Malta u Għawdex iridu jiġu “
upgraded
” għal
standards
Ewropej, it-trakkijiet eżistenti ma humiex attrezzati għal ‘
bottom loading
”.
Għalkemm dan l-investiment suppost kellu jsir ħafna snin ilu, l-istat finanzjarju li kienet fiħ l-Enemalta ma ppermettiex li jintnefqu l-flus, tant, li l-Enemalta lanqas biss biddlet il-
logo
l-antik tagħha għal wieħed ġdid li addottat fid-disgħinijiet.
Il-Bord tad-diretturi, mill-ewwel ġurnata li l-Enemed saret kumpanija ħa deċizjoni li jibdel il-flotta kollha fuq medda ta’ tlett snin u jwaqqaf il-kuntrattur li kellha magħha. Filfatt il-flotta żiditha minn ħdax-il trakk għal tlettax, u s’issa biddlet sebgħa (7) mill-ħdax –il trakk oriġinali u żewġt iżwiemel mill-erbgħa trakkijiet antiki li għad baqgħa. Dan ix-xahar jagħlaq it-
tender
għax-xiri ta’ żewġ tankijiet tal-ġarr ġodda sabiex is-sena d-dieħla tkun wettqet il-pjan li tbiddel kollox.
L-ispiża kapitali hi stmata li se tleħħaq il-€1,500,000 u s’issa diġa nefqet €1,014,349.
B’dan it-tibdil, l-Enemed se tkun qed iżżid l-effiċjenza fl-operat tagħha u s-servizz lejn il-klijenti u fl-istess ħin tkun qegħda iżżid is-sigurta fuq it-toroq filwaqt li tnaqqas mit-tniġġiż peress li t-trakkijiet kollha huma aktar moderni.
B’referenza għall- impjant tan-New Water fiż-żona taċ-Ċumnija li ġie varat f’Mejju li għadda, jista’ l-Ministru jgħid x’kien u x’inhu r-rispons tal-applikanti u jekk hux qed ikun hemm konsum tal-prodott? X’inhuma l-pjani għall-ġejjieni rigward il-proġett tan-New Water?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel impjant li ġie varat huwa l-impjant taċ-Ċumnija li jinsab fit-Tramuntana ta’ Malta. Il-Ħlas għal dan is-servizz se jingħata fil-futur qarib meta jkun varat il-proġett. Il-parti l-kbira ta’ dan l-ilma hu mistenni li jkun intużat mill-agrikultura.
Wara l-inawgurazzjoni tal-impjant taċ-Ċumnija, jmiss l-inawgurazzjoni tal-impjant fin-nofsinhar ta’ Malta li huwa ppjanat fil-futur qarib. Dan jiġi segwit bl-impjant t’Għawdex.
Apparti dan bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem fuq applikazzjoni għal fondi tal-Unjoni Ewropeja sabiex takwista fondi biex isiru networks ta’ distribuzzjoni ta’ dan l-ilma f’lokalitajiet fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar ta’ Malta u kif ukoll Għawdex. B’hekk tikber il-kapaċita tad-distribuzzjoni li tkun addattata biex tqassam is-seba miljun metru kubu li ser jiġu prodotti.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ħela ta’ ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħda tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rigward ħela ta’ ilma, kemm hu stmat il-leakage u kif jitqabbel ma’ pajjiżi oħrajn jew fuq livelli internazzjonali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilma huwa riżorsa mportanti ħafna, għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tieħu l-ħela tal-ilma b’serjeta kbira. Din il-Korporazzjoni għandha sistemi avvanzati li jindikaw fejn ikun hemm ħsarat u timplementa proċeduri effiċjenti sabiex titwaqqaf din il-ħela. L-Infrastructure Leakage Index (ILI), li huwa ndikatur internazzjonali li biħ jitkejjlu l-ħsarat, illum jaqra ‘’2’’. Dan huwa kkunsidrat bħala fost l-aqwa fid-dinja.