Legislature:
Category:
Reset
Active:

Implementing Decision Communicaion COM 2021 584 — tibdil

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2297, peress li t-tweġiba mogħtija mill-Ministru tista' tindika li hemm bidliet minn dak li ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea hekk kif stipulat fl-Implementing Decision Communication (COM(2021) 584), jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' dawn il-bidliet u f'kull każ jispjega għalfejn saru l-bidliet rispettivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-informazzjioni provduta lili mis-Segretarjiat Parlamentari hija fl-imsemmija Implementing Decision Communication (COM(2021)584) ma kien hemm l-ebda tibdil

Stabbilimenti kummerċjali – liċenzja għal daqq ta’ mużika

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bars, ristoranti, hotels u stabbilimenti kummerċjali oħra li għandhom liċenzja biex idoqqu l-mużika? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-isem, indirizz u lokalità għal kull wieħed minn dawn il-permessi? Sa xħin huma liċenzjati li jdoqqu dawn l-istabbilimenti? Kemm minn dawn għandhom liċenzja li jdoqqu open air? Jista’ jgħid x’inhu l-ħin sakemm tista’ tindaqq il-mużika skont il-liġi li taqa’ taħt l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk hemmx stabbilimenti li għandhom ukoll konċessjonijiet speċjali biex idoqqu wara l-ħin stabbilit? Jekk iva, kemm hemm u liema huma?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Artijiet tal-Gvern mikrija lill-privat

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma l-artijiet tal-Gvern li huma mikrija lill-privat għal skopijiet ta' petting farming u/jew stallel fil-lokalitajiet tan-Naxxar, Għargħur, San Pawl il-Baħar u Mellieħa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet mhux qegħda f’pożizzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni minħabba li s-sistema diġitali preżenti ma tippermettix tfittxija a bazi ta’ użu daqshekk preċiż u speċifiku tal-propjetà. L-Awtorità tkun tista’ tagħti informazzjoni, jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fuq siti partikolari.

INDIS – spazji allokati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm kienu l-proġetti li ġew allokati spazji industrijali mill-INDIS għas-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022, u għal kull sena jgħid kemm minnhom kienu proġetti approvati mill-Malta Enterprise, kemm kienu dawk li ġew allokati spazju minkejja li kienu rifjutati mill-Malta Enterprise, u kemm minnhom ġew allokati mingħajr ma tressqu quddiem il-Malta Enterprise?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-total ta’ 265 proġett ġew allokati spazji industrijali mill- INDIS bejn Jannar 2017 u Ottubru 2022, 258 minn dawn ġew approvati minn Malta Enterprise, filwaqt li 7 proġetti ġew allokati spazji industrijali direttament mill- INDIS, hekk kif muri fit-tabella. INDIS m’għandhiex aċċess għall-informazzjoni dwar proġetti li ġew rifjutati mill- Malta Enterprise. YEAR NUMBER OF ALLOCATIONS ALLOCATIONS APPROVED BY MALTA ENTERPRISE DIRECT ALLOCATIONS BY INDIS/MIP 2017 57 53 4 2018 56 56 - 2019 57 55 2 2020 32 32 - 2021 40 39 1 2022 23 23 - TOTAL 265 258 7

Bormla — Mitħna fiż-Żona ta' Sta. Margerita - restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1567 fejn il-Ministru rrisponda li l-Awtorità tal-Artijiet tieħu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswija imma mhux ir-restawr, jista’ jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet għandhiex pjanijiet li tagħmel xi manutenzjoni u/jew tiswija tal-Mitħna fiż-żona ta' Santa Margerita, Bormla?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Bormla – Mitħna ta’ San Ġwann — restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1566 fejn il-Ministru rrisponda li l-Awtorità tal-Artijiet tieħu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswija imma mhux ir-restawr, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet għandhiex pjanijiet li tagħmel xi manutenzjoni u/jew it-tiswija tal-Mitħna ta’ San Ġwann, Bormla?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Gozo Innovation Hub – informazzjoni dwar kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm uffiċini mikrija fil-Gozo Innovation Hub lil kumpaniji varji u kemm ilhom joperaw minn hemm? Jista’ jgħid kemm jimpjegaw ħaddiema kull waħda minn dawn il-kumpaniji? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kumpaniji jew entitajiet/dipartimenti huma tal-Gvern u liema huma u kemm jimpjegaw nies dawn l-entitajiet/dipartimenti governattivi u kemm ilhom joperaw minn hemm?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Gozo Innovation Hub hemm għaxar kumpaniji, minn dawn ħamsa huma entitajiet/dipartimenti tal-Gvern. B’kollox dawn il-kumpaniji/entitajiet governattivi jimpjegaw 148 ħaddiem. Id-data minn meta kumpaniji/entitajiet governattivi bdew joperaw mill-Gozo Innovation Hub tinsab fit-tabella annessa. Name of tenant Date Yes We Can Limited 28/01/21 B G Group Ltd 28/10/20 Adbluetek Ltd 08/04/21 Noovle Malta Limited 19/12/19 Digerati Limited 21/12/21 Name of tenant Date Education Department 09/09/22 Servizzi.gov 13/10/21 Planning Authority 22/08/22 Environment & Resources Authority 08/07/22 Gozo Regional Development Authority 18/11/20

Bajja tar-Ramla — encroachment

Question

B’referenza ghat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2197, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-encroachment mil-Lands li hemm fit-triq li tagħti għall-bajja tar-Ramla?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kemmuna – kuntratti ta’ kirjiet ta’ siti fil-bajjiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2212, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li permezz tagħhom is-siti ġewwa l-Bajjiet ta’ Santa Marija u Blue Lagoon f’Kemmuna, ġew mikrija lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-impjegati fl-entitajiet u fl-awtoritajiet huma ngaġġati skont il-Manwal li tpoġġa fuq il-mejda tal kamra

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Pretty Bay beach concession

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2193, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-beach concession biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Fra Ben Beach concession

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2195, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-concession sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħal Far – Riħa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta’ ħut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Malta Industrial Parks & Hubs u mill-INDIS Malta Ltd biex tkun investigata riħa insapportabbli li ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far, li qiegħda taffettwa ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-INDIS ħadet passi immedjati hekk kif feggħet din is-sitwazzjoni u avvicinat lis-sidien tal-fabbrika ikkoncernata. Qegħdin jigu studjati rimedji sabiex eventwalment tigi eliminata il-problema għal kollox fil-futur immedjat.

Birgu – bini fix-xatt li qabel kien okkupat mill-Casino di Venezia

Question

B’referenza għall-kwistjonijiet pendenti mal-bini fix-Xatt tal-Birgu li qabel kien okkupat mill-Casino di Venezia, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x’passi ttieħdu? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra meta se jingħata lura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binja hekk magħrufa bħala l- ‘Casino di Venezia’ kif ukoll il-lukanda biswit l-istess binja, l-Awtorità tal-Artijiet għadha kif rebħet il-kawża li kien hemm quddiem il-Qorti ta’ Malta u l-binja reġgħet ġiet lura f’idejn l-Awtorità. Il-Gvern issa jista jibda jikkunsidra il-futur ta’ din il-propjetà.

Xatt tan-Number One Dock – Manutenzjoni tal-parti ta’ quddiem l-AUM

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-parti ta’ quddiem li preżentement qiegħda f’idejn l-American University of Malta fix-xatt Number One Dock tiġi miżmuma aħjar, billi tinsab abbandunata u traskurata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tikkonferma li l-proprjetà ta’ faċċata tal-AUM f’Bormla Nru.1 Dock, tifforma parti mill-att ta’ Enfitewsi mogħti lil Sadeen Education Investment Limited. Għaldaqstant, hija r-responsabbiltà ta l-imsemmi li jieħu ħsieb dan is-sit . Madankollu, l-Awtorità tal-Artijiet għandha tkun qed tinforma lill-AUM b’dan l-obbligu bil-ħsieb li ti¿gura l-manutenzjoni u manutenzjoni xierqa tal-proprjetà kif stipulat fil-kuntratt.

Birgu – bini fix-Xatt

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu b’referenza għall-kwestjonijiet pendenti fix-Xatt tal-Birgu fejn kellu jsir bini ta’ lukanda? Jista’ fuq dan jinforma lill-Kamra meta se jingħata lura sabiex isir finalment? Jista’ jara li l-crane li hemm fil-post jiġi aċċertat fuq l-istat li jinsab fih għax ilu hemm numru ta’ snin?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellanta jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 2281

Stazzjonijiet lokali li jinqabdu permezz ta’ antenni

Question

Peress li qed jiġi propost li l-pakkett ta’ stazzjonijiet lokali li jinqabdu fuq il-pjattaforma diġitali permezz ta’ antenna jieqfu joperaw f’Marzu tas-sena 2023, u peress li jidher li fil-gżejjer Maltin hawn madwar 18,000 familja li preżentament qed jindqew b’xejn permezz ta’ antenna diġitali fuq il-bejt tad-dar tagħhom u jekk dak propost iseħħ, dawn il-familji jkollhom jabbonaw ma’ kumpanija privata li tipprovdi dawn is-servizzi jew permezz ta’ fibre optic cable jew streaming permezz tal-internet, jista’ l-Mnistru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li ssir xi ħaġa biex jiġu megħjuna dawn il-familji li ser jidħlu fi spejjeż addizzjonali bla bżonn biex ikunu jistgħu jaraw stazzjonijiet lokali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.