Skejjel Privati u tal-Knisja - Servizz ta’ trasport bla ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel privati u tal-Knisja li ser jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas, minn u lejn l-iskola, fis-sena skolastika 2025-2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel tal-Gvern li ser jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas, minn u lejn l-iskola, fis-sena skolastika 2025-2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ bullying ġie rraportat fl-iskejjel kollha tal-Gvern fis-snin 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema skejjel saru dawn ir-rapporti u kemm kien in-numru f’kull skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Wardija - Skola Dun Manwel Attard - Studenti ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ser tkun qiegħda tidħol għall-ewwel darba fl-Iskola ta Dun Manwel Attard - Resource Centre Wardija, fil-bidu tas-sena skolastika 2025-2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din is-sena, iċ-ċentru tal-Wardija se jilqa’ 114-il student.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Giovanni Higher Secondary? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ San Thomas Moore? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb ta’ tibdil dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ faċilitajiet sportivi, kemm tibdil mil-lat leġiżlattiv u kemm mill-aspett ta’ regoli ta’ kif dawn għandhom jiġu żviluppati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament mhux ser ikun hemm tibdil.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ Maria Reġina? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ Santa Margerita? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ San Nikola? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ San Injazju? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ ta’ Għawdex? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28244 dwar jekk il-Ministeru hux qed jikkunsidra li titkabbar l-Iskola Primarja tal-Qawra, fejn ġie mwieġeb li “f’dan l-istadju din mhux fil-pjanijiet.”, jista’ l-Ministru jgħid kif inhu mistenni li jiġu pprovduti l-faċilitajiet neċessarji għal numru dejjem ikbar ta’ tfal li jattendu din l-iskola? Jista’ jgħid ukoll kemm hu fil-preżent, in-numru ta’ tfal li huma mistennija jibdew is-sena skolastika 2025-2026 f’din l-iskola? Kemm kien in-numru ta’ tfal li għalih kien maħsub u li kien hemm faċilitajiet meta nfetħet l-istess skola ftit tas-snin ilu, u jekk iż-żieda fin-numru ta’ tfal li jattendu din l-iskola kiber ħafna, ifissirx li kellhom jitnaqqsu xi faċilitajiet oħra li kienu maħsuba oriġinarjament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28244.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ San Benedittu? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ Santa Klara? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders f’dawn l-aħħar sitt xhur fil-Kulleġġ Santa Tereża? Jista’ jelenkahom wieħed wieħed u jgħid kif ingħataw u lil min ingħataw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.