Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx courses li l-università offriet is-sena l-oħra u li din is-sena m'hemm l-ebda ħsieb li jinfetħu? Kemm hemm fuq livell tal-first degree kif ukoll fuq livell ta' Masters?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għadd ta’ korsijiet li ġew offruti s-sena l-oħra u li mhux se jkunu offruti din is-sena huwa kif ġej (mhux kull kors jiftaħ kull sena):
Fil-livell ta' grad tal-ewwel ċiklu: 11
Fil-livell ta' Master u
Postgraduate Diploma
: 14.
F’Ottubru 2009 l-Università se toffri għadd ta’ korsijiet ġodda u xi korsijiet oħra li ma fetħux is-sena l-oħra kif ġej:
Fil-livell ta' grad tal-ewwel ċiklu: 7
Fil-livell ta' Master u Postgraduate Diploma: 17
Fi Frar 2010 hemm il-ħsieb li jibdew 5 korsijiet ġodda fil-livell ta’
Master
. Is-Senat jista’ japprova xi korsijiet oħra li jiġu mħabbra aktar ’il quddiem.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tagħha u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm riedu university students biex jgħallmu fi skola sajf bħala teachers? Kif intgħażlu dawn it-teachers?
Kemm applikaw biex ikunu jistgħu jgħallmu f'dawn l-iskejjel? Tista' tgħid kif dawk l-istudentu li ma ntgħażlux ikunu jafu għaliex ma ntgħażlux u kif jintgħażlu dawk li ntgħażlu? Fuq liema kriterji jintgħażlu dawk li m'humiex jattendu għall-kors ta' B.Educ.?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Studenti universitarji meħtieġa biex jgħallmu Skolasajf bħala għalliema:
Malta:
Skolasajf - 141
Klabbsajf -23
Għawdex:
Klabbsajf - 4 (
both sessions
)
Oratorju - 12 (
whole session
)
Skolasajf - 16 (
first session only
)
16 (
second session only
)
Numru ta’ studenti li applikaw biex jgħallmu f’dawn l-iskejjel:
Malta - 522
Għawdex - 103
Dawn l-għalliema jintgħażlu hekk:
l-ewwel preferenza tingħata dejjem lill-istudenti universitarji li qed isegwu xi kors fil-fakultà tal-Edukazzjoni, imbagħad jintgħażlu dawk li jkunu ġejjin minn fakultajiet oħra u li diġà jkollhom xi esperjenza fi Skolasajf jew esperjenza simili. Jintagħżlu wkoll skond il-ħtiġijiet tal-postijiet.
Min ma jintgħażilx ma jirċievix
placement
min-naħa tagħna. Dawn jitpoġġew fuq il-
waiting list
.
Tista' l-Ministru telenka l-inizjattivi li ħa l-Kulleġġ Santa Tereża ta' Birkirara mit-twaqqif tiegħu 'l hawn? Kif dawn l-inizjattivi ntlaqgħu mill-għalliema, il-ġenituri u l-istudenti? Hemm ħsieb li xi wħud minn dawn l-inizjattivi jibdew jittieħdu wkoll minn kulleġġi oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fl-aħħar sena b'mod separat fuq il-proġetti li għandhom isiru fuq it-tempji ta' Ħal Tarxien u l-Ġgantija u fuq il-katakombi tar-Rabat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Belt Valletta, Birgu, Imdina u Ċittadella — swar - restawr
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fl-aħħar sena b'mod separat fuq ir-restawr tas-swar tal-Belt Valletta, l-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella f'Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid għadhiex il-mira tal-Gvern li l-kumpless sportiv f'Ħal Kirkop jinfetaħ din is-sena u jekk iva, teżisti xi data partikolari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħsieb tal-Gvern għadu dak li l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop jitlesta sa l-aħħar tas-sena. Dan il-ħsieb huwa suġġett għall-għoti tat-tenders mid-Dipartiment tal-Kuntratti u għall-problemi tekniċi li jistgħu jinqalgħu fuq ix-xogħlijiet.
Tista l-Ministru tgħid hemmx xi pjanijiet għall-ground tal-football s-C ground ġewwa Kordin? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-possibilità li dan il-ground, illum użat minn Senglea Athletics, jingħata ftit attenzjoni sabiex ikun fi stat xieraq ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ground tal-football ġewwa Kordin, magħruf bhala ‘C’ Ground, mhuwiex proprjetà tal-Kunsill Malti għall-iSport (KMS). Fil-preżent qed isiru diskussjonijiet mad-Dipartiment konċernat dwar il-possibilità ta’ trasferiment tal-imsemmi ground lill-KMS.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus matul dawn l-aħħar ħames snin minn kull skola ta' l-Istat fuq teaching aids edukattivi, sena b'sena? X'kienu dawn ir-riżorsi, skola bi skola u sena b'sena u f'liema kwalità? Kif ġiet koperta n-nefqa għal dawn ir-riżorsi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Xiri ta' affarijiet marbutin ma' health and safety
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif ġew utilizzati l-fondi allokati għal xiri ta' affarijiet marbutin mal-health and safety mill-capital fund allokat għal kull skola tal-Istat matul dawn l-aħħar ħames snin, skola bi skola u sena b'sena? Tista' telenka l-oġġetti li nxtraw, skola bi skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Vetturi li jintużaw minn studenti bi special needs
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir risk assessment tal-vetturi li jintużaw minn studenti bi special needs biex jiġi stabbilit kemm huma compliant mal-liġijiet eżistenti f'dan il-qasam? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid minn min qed isir dan l-assessment u x'kompetenzi għandu jew għandhom dawn l-individwi f'dan il-qasam? Jidhirlha l-Ministru li assessment bħal dan għandu jsir mill-Awtorità dwar it-Trasport u mhux minn individwi li minħabba li ġew sfurzati jagħmlu dan qed iħossuhom abbużati w urtati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-vetturi kollha li jintużaw minn studenti bi special needs isirulhom testijiet mill-ADT biex tingħatalhom liċenzja biex jagħmlu hekk. L-ebda vettura ma tista’ ġġor dawn l-istudenti jekk ma tgħaddix minn dawn it-testijiet. M’inhix infurmata li xi individwi ġew sfurzati jagħmlu assessment ta’ l-istess vetturi, u wisq anqas li qed iħossuhom abbużati u urtati.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' school leavers mil-livell sekondarju tul dawn l-aħħar ħames snin skola bi skola u sena b'sena li komplew l-istudji tagħhom l-Università ta' Malta u kemm minn dawn l-istudenti daħlu fid-dinja tax-xogħol u sabu impjieg, sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn kienu tas-sess femminil u kemm kienu tas-sess maskil?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienu l-affarijiet li għalihom inġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet mill-Health and Safety Teachers fir-risk assessments tagħhom fil-perijodu bejn l-2003 u l-2008, ħaġa b'ħaġa, skola bi skola u sena b'sena? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-risk assessments ta' kull skola tal-Istat għall-perijodu bejn l-2003 u l-2008?
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskejjel tal-Istat li fihom kellhom jintervjenu professjonisti fil-pest control tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'tip ta' pests ġew kontrollati fl-iskejjel, skola bi skola? Liema huma l-kumpanniji li ġew mitluba jagħmlu dan? Kemm intnefqu flus f'dan ir-rigward sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena mill-2003 kemm kien in-numru totali ta' studenti universitarji li tressqu quddiem id-Disciplinary Board ta' l-Università dwar plagiarism mill-internet? Meta se jiddaħħal software kontra l-plagiarism fl-Univeristà? X'se jkun jismu? Kif se titħaddem is-sistema? Minn meta se jitħaddem dan is-software? Għaliex dan is-software ma tħaddimx qabel? Kemm hi reali t-theddida tal-plagiarism mill-internet fl-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li tressqu quddiem l-Examinations Disciplinary Board dwar plagjarizmu mill-internet hu kif ġej:
Sena
Numru ta’ Studenti
2003
0
2004
0
2005
0
2006
7
2007
3
2008
27 li minnhom 5 kienu ddikkjarati mhux hatja ta’ plaġjariżmu
sa l-aħħar ta’ Ġunju 2009
23
F’sena akkademika 2009/10, l-Università ta’ Malta ser ikollha software li jiċċekkja għall-pjaġjarizmu jismu TURN-IT-IN.
Sotto-kumitat tas-Senat qiegħed iħejji linji gwida għall-istudenti kif ukoll għall-istaff akkademiku.
L-Università ħarset lejn diversi software li jiċċekkjaw għall-plaġjariżmu u aktar kmieni din is-sena għażlet li tuża t-TURN-IT-IN.
L-istudenti tal-Università jiġu mgħallma dwar kif jikkwotaw u jagħmlu riferenza xierqa fl-assenjamenti u dissertazzjonijiet tagħhom u għandhom ukoll linji gwida ta’ kif għandhom jippreżentaw ix-xogħol tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm dwar iċ-ċensura teatrali f'pajjiżna fl-aħħar xhur, partikolarment wara l-każ Stitching? X'rapporti tekniċi minn esperti artistiċi saru fl-aħħar xhur proprju dwar dan is-suġġett (jiġifieri ċ-ċensura teatrali)? Min kienu l-esperti u x'ikkonkludew? Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra kopja ta' dawn ir-rapporti?
X'inhu l-
feedback
inizzjali mill-Ministeru ta' l-Intern u l-Gustizzja li taħtu jaqa' l-Bord ta' Klassifikazzjoni dwar dawn ir-rapporti?
Taqbel il-Ministru li għandha tigi mneħħija ċ-ċensura teatrali/artistika f'pajjiżna u minflok wieħed imur għal sistema ta' Age Ratings? Din il-pożizzjoni tal-Ministru hija l-pożizzjoni tal-Gvern jew tal-Ministeru tagħha biss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru kkonċernat dwar xi żviluppi seta' kien hemm dwar iċ-ċensura teatrali f'pajjiżna fl-aħħar xhur, kif ukoll dwar rapporti dwar dan is-suġġett.
Bħala Ministru responsabbli għall-Kultura naqbel li għandha tibda diskussjoni dwar aġġornament tas-sistema preżenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal li ma marrux l-iskola matul Ottubru 2008 u Mejju 2009? Tista' tgħid kemm ġranet dawn it-tfal ma marrux skola u r-raġuni li taw għan-nuqqas tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il skola matul Ottubru 2008 sa Mejju 2009 organizzat outings? Fejn ħadu lil dawn it-tfal skola, skola? Il-ħarġa kienet kulturali, edukattiva, sportiva jew xi ħaġa oħra? Kemm ħallsu kull student u studenta għal kull ħarġa li l-iskola tagħha organizzat u kemm toħroġ flus l-iskola għal kull ħarġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari tista’ tinġabar kif appena jinfetħu l-iskejjel peress li bħalissa l-iskejjel huma magħluqa bil-vaganzi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tfajliet taħt 16-il sena rrapportaw li ħarġu tqal matul Ottubru 2008 u Mejju 2009? Kemm atwalment kellhom età u f'liema skejjel kienu jattendu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9806.
Tista' l-Ministru tgħid jekk inqabdux żgħażagħ li fil-pusess tagħhom kellhom sigaretti, alkoħol jew droga matul Ottubru 2008 u Mejju 2009? Kemm kien kbir dan in-numru ta' studenti u f'liema skola kienu jmorru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul il-perjodu Ottubru 2008 u Mejju 2009 ma sar l-ebda rapport ta’ żgħażagħ li jattendu l-iskola li fuqhom kellhom id droga. L-Anti-Substance Abuse Unit li jsegwi l-proċeduri miktuba fid-dokument Tackling Substance Abuse (Ministry of Education 2001) fi ħdan id-Direttorat Servizzi għall-Istudenti ma jirċevix rapporti fuq sigaretti u alkoħol. Fejn hemm każijiet ta’ pussess ta’ sigaretti u alkoħol dawn jiġu ndirizzati fuq livell ta’ Kulleġġ/skola.