Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żejtun — Palmi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) fiż-Żejtun u kemm oħrajn ġodda ġew mħawwla?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

Marsaxlokk — Palmi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) f’Marsaxlokk u kemm oħrajn ġodda ġew mħawwla?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

Ħal Għaxaq — Palm

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) f’Ħal Għaxaq u kemm oħrajn ġodda ġew mħawwla?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

Ix-Xemxija – Trakkijiet li joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex trakkijiet li qed joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni, inkluż is-sit tal-eks Mistra Village Hotel, fix-Xemxija, għal toroq residenzjali u Telgħet ix-Xemxija, inkluż fl-inħawi tal-knisja tax-Xemxija, ma jibqgħux iwaqqgħu materjal fl-istess inħawi, peress li dan jista’ jkun ta' periklu għas-sewwieqa, minbarra li jikkawża wkoll ħmieġ fl-inħawi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Triq Papa Urbanu — Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Papa Urbanu VIII, f'Birkirkara u kemm se jdum biex ikun komplut? Tista’ tgħid ukoll jekk hux se jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut dan ix-xogħol? Tista' wkoll tikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Mġarr – Il-Bokka taċ-Ċarċara — Drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 16437 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir id-drenaġġ li ilu mwiegħed għal numru ta' snin fil-parti tal-Bokka taċ-Ċarċara fl-Imġarr, viċin ta’ Kastell Zammitellu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li ż-żona indikata hija meqjusa bħala waħda rurali u li l-prassi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma tippermettilhiex li twassal drenaġġ min-network prinċipali tagħha għal żoni rurali.

Iklin – Triq Stefano Erardi – Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Stefano Erardi fl-Iklin, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Tista' wkoll tikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Balzan — Triq Idmejda - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Idmejda f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Tista' wkoll tikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Balzan — Triq Sisner - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Sisner f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Tista' wkoll tikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Balzan — Triq San Franġisk - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq San Franġisk f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Tista' wkoll tikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tagħha u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Għaxaq – Siġar taż-żebbuġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Ħal Għaxaq u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li, fil-lokalità msemmija, hemm żewġ siġriet taż-żebbuġ imħawlin f’sit li jaqa’ taħt il-kuntratt tal-landscaping li tiġġestixxi Ambjent Malta. F’dan il-każ, id-Dipartiment jagħmel il-monitoraġġ meħtieġ sabiex jassigura li l-kuntrattur jaqdi l-obbligi tiegħu u jindokra lil dawn is-siġar kif titlob is-sengħa.

Wied il-Għajn — Palm

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) f’Wied il-Għajn u kemm oħrajn ġodda ġew mħawwla?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

Gudja — Siġar taż-żebbuġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi fil-Gudja u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li, fil-lokalità msemmija, hemm 17-il siġra taż-żebbuġ imħawlin f’sit li jaqa’ taħt il-kuntratt tal-landscaping li tiġġestixxi Ambjent Malta. F’dan il-każ, id-Dipartiment jagħmel il-monitoraġġ meħtieġ sabiex jassigura li l-kuntrattur jaqdi l-obbligi tiegħu u jindokra lil dawn is-siġar kif titlob is-sengħa.

Gudja — Palm

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm, (Red Palm Weevil) fil-Gudja u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

Raħal Ġdid — Palm

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weebil) f’Raħal Ġdid u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

Light pollution policy

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet il-policy dwar light pollution li ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika fl-2020 u wara erba' snin għadha ma ġietx ippubblikata? Tista' tgħid x'qiegħed iżomm lil dawn l-awtoritajiet milli jippubblikaw din il-policy?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar minħabba li hemm involuti aktar minn entità waħda li jaqgħu taħt Ministeri differenti.

Birżebbuġa — Triq Alessandru - Problema ta’ vultaġġ baxx tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru tara li tiġi indirizzata l-problema ta' vultaġġ baxx tal-elettriku fi Triq Alessandru, Birżebbuġa? Tista' tgħid ukoll xi pjan hemm biex din is-sitwazzjoni titranġa u meta huwa mistenni li din il-problema tkun solvuta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona indikata, matul is-sena li għaddiet l-Enemalta żiedet żewġ feeders ġodda li jwasslu l-provvista tal-elettriku mis-substations għal għand il-konsumatur. Din is-sena qed ikun ippjanat li jinbidlu diversi linji biex tkompli tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fl-istess żona.

ERA — Rapporti – Ħruġ ta’ Drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il rapport irċeviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fis-sena 2023 dwar ħruġ ta’ drenaġġ mhux trattat fil-baħar? Fost dawn ir-rapporti, kemm minnhom ġew ivverifikati u kkonfermati mill-ERA permezz ta’ investigazzjonijiet? Għar-rapporti li ġew ikkonfermati, tista' l-Ministru tispeċifika l-post u tgħid x’ikkawża biex id-drenaġġ spiċċa fil-baħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-2023, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) rċeviet 17-il rapport dwar ilmenti t’allegat drenaġġ fil-baħar. Kien hemm għaxar każijiet li viżwalment dehru li setgħu kienu drenaġġ u b’hekk ġew referuti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħala l-entità responsabbli mill-infrastruttura tad-drenaġġ u lid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali bħala l-entità kompetenti fuq l-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm. Dawn il-każijiet seħħew ħdejn Manoel Island, darbtejn f’Ta’ Xbiex, Golden Bay, darbtejn fix-Xemxija, Birżebbuġia, fix-Xgħajra, Wied iż-Żurrieq u f’Imġarr ix-Xini, Għawdex. Fis-seba’ każijiet l-oħra ma rriżultawx li kien hemm ħruġ ta’ drenaġġ.

Ħal Far — Spezzjonijiet fl-impjant tal-ħut li saru mill-ERA

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il spezzjoni saret mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fl-impjant tal-ħut f'Ħal Far li jipproċessa l-fdalijiet tat-tonn mill-1 ta' Jannar tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u tippubblika r-rapporti kollha dwar is-sejbiet li rriżultaw mill-ispezzjonijiet li għamlet l-istess awtorità? Tista' tgħid jekk iż-żjarat li tagħmel l-ERA f'dan l-impjant isirux fuq bażi kontinwa jew jekk din il-proċedura ssirx minħabba ilmenti li tirċievi l-awtorità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-15 ta’ Frar 2024, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wettqet ‘il fuq minn 40 spezzjoni fil-faċilità li qed issir referenza għaliha u fil-madwar. Spezzjonijiet isiru bħala parti integrali mix-xogħol tas-Sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità biex tassigura konformità mal-kundizzjonijiet li l-faċilità hija suġġetta għalihom (IP 0103/22). Isiru wkoll spezzjonijiet ta’ monitoraġġ spontanji bħala miżura pro-attiva, kif ukoll spezzjonijiet għal kull ilment li jsir.