Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imġarr, Malta – Slielem tal-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm slielem tal-baħar twaħħlu minn ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul il-kosta tal-Imġarr, Malta, din is-sena? Tista’ tgħid ukoll fejn tnaqqsu/żdiedu dawn is-slielem din is-sena meta mqabbla mas-slielem tal-baħar li twaħħlu s-sena l-oħra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Bħal kull sena, d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni u installazjoni ta’ diversi għamara tal-baħar, fosthom slielem. Ġew installati 2 slielem fil-bajja tal-Ġnejna, li huwa l-istess ammont ta’ snin preċedenti.

Il-Magħtab — Inċineraturi - Ash

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28966, tista’ l-Ministru tikkonferma li skont in-numri indikati fl-istess tweġiba, it-total ta’ fly ash u bottom ash li se jipproduċu ż-żewġ inċineraturi fil-Magħtab se jkun ta’ 27,000 tunnellata fis-sena? Tista’ tikkonferma wkoll li dan ifisser volum ta’ 27,000 metri kubi (m₃) ta’ fly ash u bottom ash fis-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fly ash u bottom ash huma kompletatment distinti u ma jistgħux jingħaqdu flimkien. Il-bottom ash huwa l-irmied li jifdal mill-ħarqa u dan il-materjal se jiġi ttrattat u jkun jista’ jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni. Alternattivament dan il materjal, jekk ma jkunx hemm bejgħ għalih, jista’ jintuża f’waħda mill-miżbliet ta' WasteServ biex jitatta u jiġi amalgamat mal-iskart. Il-fly ash huwa t-trab li jinġabar mis-sistema li tiffiltra id-daħna. Ninsab infurmata li l-Onor. Interpellanta diġà ġiet mgħarrfa waqt il-laqgħa pubblika li, minn żmien għal żmien, il-WSM toħroġ tenders biex dan it-tip ta’ materjal jiġi esportat. Ir-responsabbiltà tal-fly ash u l-ispejjeż relatati miegħu fir-rigward tal-impjant WtE hija tal-kuntrattur u koperta mill-baġit tal-kuntratt. Nerġa’ nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-informazzjoni provduta fl-istess mistoqsija parlamentari 28966.

Inċineraturi — Ash

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28966, fejn intqal li “Kwalunkwe fly ash li jiġi prodott ikun meħtieġ li jiġi esportat”, tista’ l-Ministru tgħid lejn liema pajjiżi se jiġi esportat, kemm-il darba fis-sena se jiġi esportat, kemm hu l-ammont kull darba li se jiġi esportat, fejn se jinħażen sa kemm jiġi esportat u kemm hi l-ispiża biex jiġi esportat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29294.

Wasteserv — Inċineraturi - Ash

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28966, fejn intqal li “fir-rigward tal-bottom ash, ikun jeħtieġ li jsiru t-testijiet meħtieġa biex, skont il-karatteristiċi tiegħu, jiġi determinat jekk jiġix esportat, jekk jintremiex lokalment jew jekk għandux il-potenzjal li jintuża mill-ġdid.”, tista’ l-Ministru tgħid fejn se jinħażen dan il-bottom ash sa kemm jiġi determinat kif se jintuża skont il-karatteristiċi tiegħu? Jekk dan ukoll se jiġi esportat, lejn liema pajjiżi se jiġi esportat u kemm hi l-ispiża? Jekk se jintrema lokalment, fejn se jintrema u jekk se jintuża għal xiex jista’ jintuża? Ġaladarba hemm din in-nuqqas ta’ ċarezza u ċertezza fuq dan il-materjal tossiku, tista’ tgħid ukoll kif il-Gvern qed jagħmel il-kalkoli tiegħu fuq in-nefqa u jekk l-ispejjeż biex il-Wasteserv tiddisponi mill-fly ash u l-bottom ash taż-żewġ inċineraturi kinetx parti min-nefqa ta’ 600 miljun ewro jew jekk hux se tiżdied ma’ din in-nefqa? Tista’ l-Ministru tindika wkoll jekk din l-informazzjoni ġietx ippubblikata u f’liema dokumenti ppubblikati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29294.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Impjegati u Konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu kompost bħala impjegati u konsulenti l-Ministeru tagħha, f’liema skala tas-servizz pubbliku qiegħed is-salarju/paga tagħhom, x’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f’każ ta’ Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x’inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta’ kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? X’allowances ( bħal disturbance allowance, Secretariat Allowance, Bonus for Overtime Worked, Communications Allowance, Fully-expensed mobile telephony, Free Telephony, Pre-Paid top-ups for telephony service, Internet Service, Car Allowance, Transport Allowance, Fuel Vouchers, Use of car-hired car, Use of government-owned car, Internet Key, Tablets, Laptops, Peripherals, Expertise Allowance, Disturbance Allowance, Shift Allowance, eċċ.) u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti għandhom u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli)? Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat/konsulent tal-Ministeru għandu u għadu fis-seħħ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu f’interpellanza parlamentari kważi identika għal din bin-numru 23464.

San Pawl il-Baħar – Slielem tal-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm slielem tal-baħar twaħħlu minn ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul il-kosta ta’ San Pawl il-Baħar din is-sena? Tista’ tgħid ukoll fejn tnaqqsu/żdiedu dawn is-slielem din is-sena meta mqabbla mas-slielem tal-baħar li twaħħlu s-sena l-oħra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 29226.

Il-Fontana — Triq Santa Dminka - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29091 dwar xogħlijiet f’parti minn Triq Santa Dminka fil-Fontana, tista’ l-Ministru tgħid għaliex intqal li ‘ix-xogħlijiet ta’ konnessjonijiet ta’ servizzi kemm tal-ilma kif ukoll tad-drenaġġ tad-djar u tibdil ta’ mejnijiet tal-ilma għal dawk ġodda’, li suppost isiru mill-kuntrattur li kien imqabbad mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar li kien qed jagħmel ix-xogħol fit-triq sar mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)? Tista’ tgħid ukoll x’kien ix-xogħol li għamel il-kuntrattur għal WSC f’din it-triq u kemm hu maħsub li ser jitħallas għal dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur għamel xogħol ta’ skavar u tqegħid tal-mejnijiet tal-ilma u drenaġġ, waqt li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienu qed jassistuh biex jinbidlu s-servizzi għad-djar kif ukoll xi xogħol fuq il-mejnijiet. Il-kuntrattur se jitħallas tax-xogħlijiet li għamel hu.

Reġjun Punent — Ġbir ta’ skart - Ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ilmenti mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Punent fis-sena 2024? Tista’ taqsam din l-informazzjoni għal kull lokalità tal-istess reġjun?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpallanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Reġjun Lvant — Ġbir ta’ skart - Ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ilmenti mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Ilvant fis-sena 2024? Tista’ taqsam din l-informazzjoni għal kull lokalità tal-istess reġjun?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpallanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Reġjun Nofsinhar — Ġbir ta’ skart - Ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ilmenti mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Nofsinhar fis-sena 2024? Tista’ taqsam din l-informazzjoni għal kull lokalità tal-istess reġjun?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpallanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28679 u 28986 u tgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-dipartimenti u l-entitatjiet li pparteċipaw fl-attivitajiet li offriet l-istand tal-Ministeru għall-Ambjent l-Enerġija u l-Indafa Pubblika kienu jinkludu Ambjent Malta, Project Green, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Wasteserv, id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Enemalta, il-kumpanija International Energy Services Centre, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enerġija u l-kumpanija ARMS. Matul il-jiem tal-Expo, dawn l-entitajiet għamlu dimostrazzjonijiet live, offrew attivitajiet edukattivi mogħtija minn esperti fl-oqsma rispettivi, provdew servizz ta’ customer relations, bħal fil-każ tal-kumpanija ARMS, u ppromovew ħidmiet oħrajn relatati mas-separazzjoni tal-iskart, il-konservazzjoni tal-ilma, l-enerġija rinovabbli u l-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja. Attrazzjonijiet oħrajn kienu jinkludu green wall, pop-up park, serra ċkejkna u l-Water Buggy tal-WSC. Tnediet ukoll websajt ġdida għall-ġonna botaniċi. Din l-istand, li kienet waħda interattiva, ġiet iddisinjata biex tattira udjenza diversa, b’enfasi partikolari fuq il-ġenerazzjoni żagħżugħa. Fiha kien hemm firxa wiesgħa ta’ attivitajiet u preżentazzjonijiet, kollha intiżi jippromwovu s-servizzi li qed toffri, u l-inizjattivi li qed tieħu, l-Amministrazzjoni Pubblika b’risq is-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u l-għarfien ambjentali. Fost oħrajn, fl-istand tal-Ministeru kien hemm esperjenzi ta’ realtà virtwali bħal dawk ta’ Saving Our Blue u l-isfida EcoWarriors VR, wirjiet interattivi, roti li jiġġeneraw l-enerġija, mudelli 3D ta’ proġetti, u varjetà ta’ logħob u dimostrazzjonijiet oħra. Fuq kollox l-istand iffaċilitat il-kuntatt dirett mal-pubbliku u żiedet l-għarfien fuq l-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru. L-istand tal-Ministeru ġiet tiswa €97,158. L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna.

Il-Kosta ta’ San Pawl il-Baħar — Slielem

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm slielem twaħħlu matul il-Kosta ta’ San Pawl il-Baħar (mill-Qawra sax-Xemxija) matul din is-sena? Billi jidher li minbarra l-ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru, hemm ukoll fergħat oħra ta’ Ministeri oħra li jwaħħlu s-slielem, tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’tip ta’ koordinazzjoni ssir ma’ dawn is-sezzjonijiet l-oħra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni tieħu ħsieb tassigura li l-bajjiet Maltin jinżammu fi stat tajjeb u mgħammra bl-għamara tal-baħar kif ikun meħtieġ. Matul il-kosta ta’ San Pawl il-Baħar, id-Diviżjoni waħħlet total ta’ 50 sellum li huwa l-istess ammont ta’ snin preċedenti. Id-Diviżjoni ghat-Tindif u Manutenzjoni tikkomunika wkoll mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) rigward installazjoni ta’ diversi għamara tal-baħar.

Inġenji tat-tindif

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif se jkunu qed jintużaw l-inġenji tat-tindif li nxtraw reċentement mill-Ministeru? Tista’ tgħid ukoll: i. fejn ser jiġu deployed dawn l-inġenji? ii. kemm hu n-numru ta’ inġenji differenti maqsuma skont it-tip partikolari tagħhom? iii. x’koperazzjoni qed issir mal-kunsilli lokali rigward l-użu ta’ dawn l-inġenji?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-inġenji tat-tindif li nxtraw riċentement se jintużaw biex jitnaddfu t-toroq kollha li huma fir-responsabbilitá tal-Gvern ċentrali, kif ukoll, toroq li jinsabu fiż-żoni tal-Kunsilli Lokali li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni qiegħda tidħol f’arranġamenti magħhom biex isir il-knis tat-toroq. Għaldaqstant, l-parti l-kbira tal-inġenji se jkunu qed jintużaw mill-ħaddiema tad-Diżizjoni għat-Tindif u Manutenzjoni fit-tindif tat-toroq arterjali u distributorji. Minbarra dan, hemm numru ta’ inġenji li se jiġu assenjati fil-lokalitajiet fejn isiru l-arranġamenti li semmejt għat-tindif tat-toroq. Id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni qiegħda f’diskussjonijiet ma’ diversi Kunsilli Lokali, biex l-istess Kunsilli, ladarba jkunu jixtiequ jibbenfikaw mill-użu ta’ dan il-makkinarju li jaħdem kollu bl-elettriku joffru faċilitajiet ta’ charging u parkeġġ. In-numru ta’ inġenji differenti maqsuma skont it-tip partikolari tagħhom huwa kif ġej: 26 Pedestrian Sweeper, 15 Charriots, 10 Sidewalk Washers, 8 City Sweepers, 6 Medium to large Sweepers, 1 Vacuum & Jetting Bowser, 4 Refuse Collection Vehicles u 5 Waste Compactors.

Qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21297, 21298, 21300 u 23058 dwar qtugħ / waqfien tas-servizz tad-dawl u l-ilma, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan biex flimkien ma’ ministeri oħra, isir eżerċizzju ta’ profil tal-persuni li bħalissa jinsabu bla provvista ta’ dawl u ilma? Tista’ tgħid ukoll jekk il-Gvern għandux pjan biex jindirizza din il-problema inkwetanti b’mod ħolistiku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif diġà spjegajt fit-tweġibiet li tajt lill-Onor. Interpellanta għall-mistoqsijiet parlamentari li qed tagħmel referenza għalihom partikularment 23058, apparti li l-ARMS toffri l-possibbiltà li jsir arranġament ta’ ħlas li jkun adattat għall-klijent li ma jkunx f’pożizzjoni li jissetilja l-pendenzi li jkollu f’daqqa biex iħallashom b’rati mensili, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal permezz tal-iskema Benefiċċju tal-Enerġija diġà joffri għajnuna fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-familji bi dħul baxx jew li jkollhom każ soċjali. B’żieda ma’ dan nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25371. Infakkar ukoll li fi Frar li għadda l-ARMS u l-Awtorità tad-Djar iffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni li jiffaċilita l-qsim tal-informazzjoni u statistika bejn iż-żewġ entitajiet. Dan ser jgħin biex l-Awtorità tad-Djar tkompli timplimenta miżuri li jgħinu lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna tal-Istat.

Reġjun Port — Ġbir ta’ skart - Ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ilmenti mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Port fis-sena 2024? Tista’ taqsam din l-informazzjoni għal kull lokalità tal-istess reġjun?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Reġjun Majjistral — Ġbir ta’ skart - Ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ilmenti mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Majjistral fis-sena 2024? Tista’ taqsam din l-informazzjoni għal kull lokalità tal-istess reġjun?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Uffiċċju addizzjonali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23628, peress li bit-tieni uffiċċju qed nirreferi għall-post/binja li fih il-Ministru tiltaqa’ mal-kostitwenti tagħha, tista’ tgħid: (a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandha barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tagħha u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin? (b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati? (c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini? (d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn? (e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera? (f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini? (g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tagħha? (h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tagħha, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nittama li l-Onor. Interpellant jifhem bid-distinzjoni li hemm bejn uffiċċju Ministerjali u uffiċċju tal-kostitwenza. L-uffiċċju li fih naqdi d-dmirijiet Ministerjali tiegħi huwa f’Xatt il-Barriera, l-Belt Valletta. Għar-rigward tal-uffiċċju tal-kostitwenza, dawn huma mħallsa minn fondi privati tiegħi, u mhux pubbliċi kif qed jipprova jimplika b’mod skorrett u qarrieqi l-Interpellant.

Preliminary Market Consultation for the Procurement of Maintenance and Upkeep Services, and Safety and Security Services of Public Parks and Valleys for Project Green Agency

Question

Tista’ l-Ministru tispjega fid-dettall fiex tikkonsisti l-PMC ‘Preliminary Market Consultation for the Procurement of Maintenance and Upkeep Services, and Safety and Security Services of Public Parks and Valleys for Project Green Agency’ u għaliex inħasset il-ħtieġa li tinħareġ? Tista’ tgħid ukoll minn min qed isir dan ix-xogħol fil-preżent?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument ta’ konsultazzjoni preliminari tas-suq (PMC 01/2025) maħruġ mill-aġenzija Project Green bil-għan li jiġi valutat l-interess għal sħubija pubblika-privata għal ħames snin relatata mal-manutenzjoni tal-ispazji miftuħa u l-widien li jaqgħu taħt il-mandat tal-Aġenzija. Id-dokument huwa aċċessibbli mill-website tal-etenders tal-Gvern permezz ta’ dan il-link https://www.etenders.gov.mt/epps/pmc/listPmcContractDocuments.do?resourceId=12218551, kif jidher fl-iscreenshot li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ix-Xewkija Għawdex – Playing Field tal-Barmil — Proġett ta’ Eco Park

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20403 li ngħatat fid-9 ta’ Ottubru 2024, fejn kien ġie mwieġeb li “nħareġ il-permess mill-Awtorità għall-Ippjanar għall-proġett tal-Eco Garden fix-Xewkija, li se jsir minn Project Green. Tlesta wkoll l-abbozz tas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet rispettivi, li mistenni joħroġ fiż-żmien li ġej. Huwa mmirat li l-proġett jitlesta lejn nofs is-sena li ġejja.”, tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħol inbediex u jekk hux ser ikun lest kollu sa nofs din is-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-proċess ta’ procurement ħa aktar żmien milli kien mistenni, x-xogħol fuq is-sit beda aktar tard.