Legislature:
Category:
Reset
Active:

Strategic Plan for the Environment and Development

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament meta ser tibda r-reviżjoni ta' Strategic Plan for the Environment and Development (SPED) u sussegwentement ir-reviżjoni tal-pjan lokali? Jista' jgħid ukoll għaliex ir-reviżjoni tal-pjan lokali tinsab 4 snin tard?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-reviżjoni tal-iStrategic Plan for the Environment and Development (SPED) ser tibda din is-sena, kif jitlob il-pjan attwali. Revizjonijiet tal-Pjani Lokali jsiru skont il-htiega u dejjem fil-qafas tal-pjan strategiku. Revizjoni olistika tal-Pjani Lokali kollha ssir skont il-htiega u dejjem wara li titlesta r-revizjoni tal-iSPED.

Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju

Question

Fid-dawl li r-Rapport tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent jgħid li skont il-kompożizzjoni tal-iskart, l-emissjonijiet ta’ CO2 minn sorsi fossili jista’ tammonta għal 250-600 kilogramma għal kull tunnellata ta’ skart inċinerat, li huwa komparabbli mal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-faħam, jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern biħsiebu juża din il-faċilità bħala mezz biex jintlaħħqu l-miri tagħna dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju?

Response (FARRUGIA, AARON)

B’zieda mat-twegibiet li diga’ nghataw fuq id-diversi mistoqsijiet parlamentari dwar il-materja, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-emissjonijiet mill-iskart iridu jiġu kkunsidrati fl-isfond tal-proċess ta’ trattament sħiħ. L-akbar ammont ta’ emissjonijiet jiġu mill-iskart organiku u huwa għalhekk li ser tinbena faċilita għat-trattament ta’ dan it-tip ta’ skart. Din il-faċilita ser tnaqqas l-emissjonijiet mix-xenarju li fih dan l-iskart jintrema ġewwa landfill jew jiġi maħruq. Il-Material Recovery Facility se tkun qeda ti¿gura li l-iskart riċiklabbli jiġi mibgħut barra għar-riċiklaġġ. Huwa għalhekk dak l-ammont residwu, lil hinn mill-miri li obbligati nonoraw, li ser jingħadda għat-trattament fl-inċineratur u għalhekk l-emissjonijiet netti ser jonqsu permezz ta’ dawn l-investiment infrastrutturali.

Bathing Water Management Committee – miżuri u deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-miżuri u azzjonijiet u deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Bathing Water Management Committee sabiex tiġi implimentata l-miżura SWM 11 tas-2nd Water Catchment Management Plan rigward iż-żoni uffiċjali tal-Għawm?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill Ministeru kkoncernat.

Bathing Water Management Committee — informazzjoni

Question

Jista’ l- Ministru jipprovdi l-informazzjoni rigward il-kostituzzjoni tal-Bathing Water Management Committee, liema kumitat kellu jiġi mwaqqaf skont l-Avviż Legali 125 tal-2008 għall-implimentazzjoni tas-2nd Water Catchment Management Plan taħt il-Water Framework Directive?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill Ministeru kkoncernat.

Strateġiji għal tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gass serra

Question

Peress li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea ntalbu li jiżviluppaw strateġiji fit-tul dwar kif qegħdin jippjanaw li jirreġistraw tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra biex jintlaħħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, kif ukoll dawk tal-UE, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-istrateġija fit-tul nazzjonali ta’ Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-istategija in kwistjoni ser tinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika iktar tard din is-sena.

Politika dwar in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art

Question

Peress li t-13-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea nnotifikaw lill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni (UNCCD) li huma milquta serjament min-nixfa hekk kif l-art issir dejjem aktar arida u peress li ġie rrappurtat li l-Italja żviluppat politika dwar in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art u l-UNCCD ħeġġeġ lill-pajjiżi l-oħra biex jagħmlu l-istess, jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hux qiegħda taħdem fuq l-istrateġija tagħha dwar dan? Meta huwa mistenni li narawha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta, hija wieħed mit-13-il pajjiż tal-UE li huma milquta serjament min-nixfa, hekk kif pajji¿na huwa affettwat mill-klima arida, id-degradazzjoni tal-art u n-nixfa. Permezz tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA), Malta qiegħda taħdem fuq strateġija sabiex tiġġieled id-de¿ertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art u n-nixfa. L-istrateġija se tkun definita fi Pjan Nazzjonali ta' Azzjoni li għandu bħala għan ewlieni li tnaqqas id-degradazzjoni u b’hekk Malta tilħaq newtralità tad-degradazzjoni tal-art. Il-prinċipji li se jiggwidaw dan il-pjan huma: (1) li nipprevjenu u ntaffu aktar degradazzjoni tal-ħamrija u nippreservaw il-funzjonijiet tagħha u; (2) li l-ħamrija degradata terġa’ tinġib fi stat li l-livell ta' funzjonalità tagħha jkun konsistenti mal-użu attwali u maħsub. Il-proċess sabiex infasslu dan il-Pjan Nazzjonali ta' Azzjoni qiegħed isir parallelament mal-Istrateġija Nazzjonali u Pjan ta’ Azzjoni għall-Bijodiversità 2022-2031, bit-tir li dawn jitlestew sal-2022, wara proċess sħiħ ta’ konsultazzjoni, hekk kif mitlub mill-Att għall-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap. 549 tal-Liġijiet ta’ Malta). L-ewwel proċess tal-konsultazzjoni dwar l-intent tal- Pjan Nazzjonali ta' Azzjoni diġà inbeda. Għal aktar tagħrif nirreferi lill-Onorevoli għas-sit elettroniku tal-ERA.

Maniġġar tal-Iskart

Question

Fid-dawl tal-oġġettiv dwar l-ekonomija ċirkolari li jkollna tnaqqis bin-nofs tal-iskart residwali muniċipali sal-2030, it-Taxonomy Report Technical u l-komunikat tal-Kummissjoni tal-2017 dwar “l-irwol tal-iskart li jiġi ttrasformat f’enerġija fl-ekonomija ċirkolari”, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bini ta’ din il-faċilità huwiex fil-livell tal-miri tal-UE dwar l-immaniġġar tal-iskart li jridu jintlaħħqu? Jekk kif din il-faċilità mhijiex fil-livell tal-miri tal-Unjoni dwar it-tnaqqis tal-iskart, il-proġett x’aktarx ma jikkwalifikax għal fondi mill-EIB, kif biħsiebu jħallas għal din il-faċilità l-gvern?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nassumi li l-Onor. Interpellant huwa nfurmat dwar il-miri l-ġodda fil-qasam tal-iskart skond dak l-imsejjaħ New Waste Package tal-2018. Nassumi wkoll li l-Onor. Interpellant huwa familjari mad-dokument tal-2015 Closing the loop - An EU action plan for the Circular Economy li fih kien diġà mbassar li l-Kummissjoni kienet se tistabbilixxi miri iżjed ambizzjużi. Ma dana kollu dan id-dokument kien elenka li: “When waste cannot be prevented or recycled, recovering its energy content is in most cases preferable to landfilling it, in both environmental and economic terms. ‘Waste to energy’ can therefore play a role and create synergies with EU energy and climate policy, but guided by the principles of the EU waste hierarchy”. U hekk qegħdin nagħmlu. Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-immanniġġjar ta’ l-iskart ma jdurx biss mal-impjant hekk imsejjaħ Waste to Energy. Bħala ma żgur segwa l-Onorevoli Kollega, ħabbarna numru ta’ impjanti li l-ewwel u fuq kollox ser iwasslu biex nilħqu l-miri tagħna f’dak li għandu x’jaqsam mar-riċiklar. Biex infakkar lil din il-Kamra, ser inkunu qed nibnu Material Recovery Facilty li tippermetti li skart riċiklabbli jiġi separat u mibgħut barra biex jerġa jinħadem f’materja prima kif ukoll Organic Waste Treatment Facility biex l-iskart organiku jiġi ttrattat biex apparti l-enerġija nipproduċu kompost li jista’ jintuża biex itejjeb il-kwalita tal-ħamrija tagħna. Din hi l-bażi ta’ ekonomija ċirkulari fejn l-iskart isir materja prima li jista jintuża f’settur ekonomiku ieħor. Dawn l-impjanti flimkien ma’ l-impjant Waste to Energy ser ukoll jgħinu biex nilħqu l-mira li tillimita l-ammont ta’ skart muniċipali li jista’ jintrema fil-miżbla. Nirreferi lill-Onor. Interpellant ukoll għall-aħħar dokument li għada kif ħarġet il-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari l-isem, A new Circular Economy Action Plan for a Cleaner and More Competitive Europe biex jinforma ruħu fejn il-Kummissjoni qegħda tagħmel enfasi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ekonomija ċirkolari. Nawgura li meta naslu għal dawn ir-riformi fil-prattiċi, insib lill-Onorevoli kollega u lill-Oppożizzjoni spalla ma spall miegħi u b’dan l-istess entużjażmu biex tassew intawwlu l-ħajja tar-riżorsi naturali anke f’pajjiżna. Dwar l-iffinanzjar ta’ dan il-proġett il-gvern diġà wera biċ-ċar li ser ikun qed jipprovdi l-fondi neċessarji, filwaqt li mhux qed ikun eskluż li jintużaw strumenti oħra neċessarji li jkunu disponibbli għall-gvern. Dan ġaladarba il-pjan tal-Gvern jirrispetta d-direttivi u l-miri kollha Ewropej.

Inċinerazzjoni tal-Iskart

Question

Fid-dawl li rapporti mill-Portugal, il-Belġju u l-Iskandinavja wrew li l-gvernijiet qegħdin jitbiegħdu mill-inċinerazzjoni tal-iskart, anke jekk Malta żżid il-kapaċità tar-riċiklaġġ tagħha, fil-livell tal-miri tal-UE dwar l-immaniġjar tal-iskart, dan jirriżulta f’inqas skart li jkun qiegħed jintbagħat għall-inċinerazzjoni u jkun ifisser li Malta jkollha ġġib l-iskart minn barra biex il-faċilità tkun ekonomikament vijabbli, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm konsiderazzjoni ta’ dawn il-fatturi hekk kif kienu qegħdin jitfasslu dawn il-pjanijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-incineratur ġie ddisinjat għall-ammont ta' skart li jifdal wara li jintlaħqu l-miri tar-riċiklaġġ kif meħtieġa mill-Waste Package il-gdid. Dan il-mudell ġie stabbilit mill-JASPERS li huma l-konsulenti tal-Bank Ewropew għall-Investiment. Ta' min ifakkar li kien diġà sar studju dwar il-fattibilità tal-inċinerazzjoni tal-iskart meta mqabbla mal-esportazzjoni ta' l-istess skart li wera li ekonomikament jagħmel sens li jkun hawn impjant lokali. Irrid infakkar ukoll illi Malta hija gżira izolata mill-kontinent u allura m'ghandiex il-lussu ta' sistemi ta' trasport li jistghu jittrasferixxu ammonti ta' skart lejn facilitajiet ohra f'zoni jew pajjizi differenti kif jigri fl-Ewropa kontinentali. Taħt il-prinċipju ta' sostenibilità u self sufficiency allura jagħmel aktar sens li Malta jkollha l-impjant għall-irkupru tal-enerġija mill-iskart tagħha li jkun iddisinjat b'mod li jkun ukoll flessibbli ghal certa kambjamenti fil-generazzjoni tal-iskart.

Minsiteru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ma tawx flus għall-programm Għajta Waħda li xxandar fuq TVM u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.

Kuntratt bejn Wasteserv u Ballut Blocks – materjal skavat u mormi

Question

B'referenza għall-kuntratt li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, liema kuntratt iġib id-data ta' u iffirmat bejn il-Wasteserv u Ballut Blocks reference CT2001/2012 u WSM Ref No: WSM9/2012, jista' l-Ministru jgħid x'materjal u x'tip ta' ġebla ġie skavat u allura mormi skont it-termini ta' dan il-kuntratt? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-ħlasijiet kollha li saru s'issa marbutin ma' dan il-kuntratt u l-irċevuti li jikkonfermaw fejn dan il-materjal skavat ġie mormi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fil-konfront ta’ x’tip ta’ ġebla kienet skavata nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15350. Jien infurmat li l-ammont li tħallas lill-kumpanija msemmija taħt il-kuntratt in kwistjoni kien ta’ €866,474. Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-materjal li inħareġ marbut max-xogħlijiet in kwistjoni. Bħala operator fis-settur il-kuntrattur kellu jieħu dan il-materjal u jiddisponi minnu skont il-liġi. Il-ħlasijiet li saru għal dan il-materjal kienu skont il-provvedimenti tal-kuntratt li kien approvat mill-awtoritajiet kompetenti.

Kuntratt bejn Wasteserv u Ballut Blocks — Geological Survey

Question

B'referenza għal kuntratt bejn Wasteserv u Ballut Blocks reference CT2001/2012 u WSM Ref No: WSM9/2012, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Geological Survey inkluż il-mappa minfejn ittieħdu l-cores?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport geotekniku sħiħ li jiddefinixxi t-tip ta' blat skavat fil-landfill il-ġdida u jinkludi l-mappa minnfejn ittieħdu l-cores.

Proċess tal-Ippjanar ta’ Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ fiex wasal il-proċess tal-ippjanar ta’ Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari fuq l-art mgħoddija lilhom fil-Marsa/Ħal Luqa għal dan l-iskop?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità ta' l-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni quddiema f'isem Valletta FC biex tiproċessa proposat hekk kif indikata mill-Onor Interpellant li tinvolvi żvilupp ta’ stadium u faċilitajiet ancillary.

Proċess tal-Ippjanar ta’ Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ fiex wasal il-proċess tal-ippjanar ta’ Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni quddiema f'isem Marsa FC biex tiproċessa proposta hekk kif indikata mill-Onor Interpellant li tinvolvi żvilupp tal-ground tal-football.

Proċess tal-Ippjanar ta’ Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ fiex wasal il-proċess tal-ippjanar ta’ Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq is-sit mgħoddi lilhom għal dan l-iskop?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni quddiema f'isem Marsa FC biex tiproċessa proposta hekk kif indikata mill-Onor Interpellant li tinvolvi żvilupp tal-ground tal-football. (Korezzjoni: Ara Dokument PL 5239 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 349 nhar it-Tnejn, 29 ta' Ġunju 2020)

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — tħawwil ta' siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn Jannar 2020 sal-lum, il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ħawwel, permezz ta’ Ambjent Malta, total ta’ ħamest elef, ħames mija u tmienja u erbgħin (5548) siġra u arbuxell. Il-lokalitajiet fejn sar dan it-taħwil kif ukoll in-numru ta’ siġar u arbuxelli li tħawlu f’kull lokalità jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Open Data - datasets

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?

Response (FARRUGIA, AARON)

Hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna. F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avviż legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — konsulenti ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fi ħdan il-Ministeru huma ngaġġati skont il-Manwal rispettiv. Minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali fil-qasam tal-ambjent huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt. SENA KONSULENT NATURA TAL-KONSULENZA SKALA Minn Ġunju 2017 sal-lum Id-Dott Paul Cachia Konsulent (part-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3 Minn Ġunju 2017 sa Jannar 2020 Ing. Marc Muscat Konsulent (full-time u aktar tard part-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3 Minn Ġunju 2017 sa Jannar 2020 Is-Sur Adrian Sciberras Konsulent (li serva kemm full-time u anke part-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3 Minn Ġunju 2017 sa Settembru 2018 Id-Dott. Charlon Gouder Konsulent (full-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3 Minn Ottubru 2018 sa Jannar 2020 Id-Dott Shaheryar Ghaznavi Konsulent (full-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3 Minn Jannar 2019 sa Jannar 2020 Is-Sur Simon Abela Konsulent (full-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3 Minn Ottubru 2017 sa Jannar 2020 Is-Sur Jason Joseph Agius Konsulent (full-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 5 Minn Lulju 2017 sa Jannar 2020 Konsulenta (full-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 6 Minn Jannar 2020 sal-lum Is-Sur Cyrus Engerer Konsulent (full-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3 Minn Jannar 2020 sal-lum Is-Sa Tia Reljic Konsulenta (full-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3 Minn Jannar 2020 sal-lum Is-Sa Marouska Pisani Bugeja Konsulenta (part-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3 Minn Jannar 2020 sal-lum Id-Dott. Stephanie Fabri Konsulenta (part-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3 Minn Jannar 2020 sal-lum Is-Sur Robert Sarsero Konsulent (part-time) fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tal-Ministeru 3

Għawdex – Ix-Xlendi – bini ta’ flats

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15358 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għall-applikazzjoni għall-bini ta' aktar flats fuq ir-raba' sular fix-Xlendi Għawdex li permezz tagħhom jitgħatta għal kollox il-blat naturali, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed iħalli lill-Awtorità tal-Ippjanar tinjora l-oġġezzjonijiet tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u saħansitra tmur kontrihom? Peress li l-ERA hija ffinanzjata mit-taxxi tal-poplu, min qiegħed u se jerfa' dawn ir-responsabbilitajiet u kif se jerfagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nixtieq intenni u nisħaq li, minkejja dak li jingħad, it-tmexxija ta’ dan il-Gvern u allura anke tal-Ministeru tiegħi hija msejsa fuq is-Saltna tad-Dritt. F’dan il-kuntest infakkar lill-Onorevoli Interpellant li kemm l-Awtorita’ tal-Ippjanar kif ukoll l-Awtorita’ ghall-Ambjent u r-Rizorsi twaqqfu permess ta’ liġijiet speċifiċi li jagħtuhom s-setat meħtieġa bħala regolaturi flimkien mal-qafas regolatorju rispettiv li huma joperaw go fih. Ċertament t-tnejn li huma għandhom awtonomija fir-rwol regolatorju tagħhom u nifhem li l-Onorevoli Interpellant mhux qed jitlobni biex nindaħal f’dan l-aspett bi ksur tas-saltna tad-dritt. Sadanittant infakkar li taħt l-liġi rispettiva je¿istu proċeduri ta’ rimedju li min għandu interess jista’ jagħmel rikors għalihom.

Torri ta’ Ciantar — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li xi ħsarat li seħħew fuq it-Torri ta’ Ciantar li jinsab fil-konfini tal-Park tal-Majjistral fil-limiti tal-Mellieħa, isirlu t-tiswija meħtieġa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-ħsara li hemm fit-torri ta 'Għajn Znuber tikkonsisti f'¿ewġ persjani nieqsa, dawn kellhom il-ħsara mir-riħ waqt maltempata riċenti kif ukoll tlett hgigiet tat-twieqi li ġew imkissra wara li tneħħew il-persjani. Bhalissa qegħdin fil-proċess li nirranġaw il-ħsara u hu stmat li sa l-aħħar tax-xahar xogħolijiet ikunu lesti.