Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-familji/individwi li bbenefikaw mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għal min xtara proprjetà ġewwa Għawdex mis-sena li ġiet imnedija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jirrikjedi żmien biex lift ikun iċċertifikat li lest u konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tat-tender u r-regolamenti tal-liftijiet, biex b’hekk ikun placed into service? Jista’ jgħid kemm-il blokka qiegħda tistenna dan iċ-ċertifikat sabiex il-lift jibda jintuża?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif ix-xogħlijiet tal-installazzjoni tal-lift kif ukoll il-finishes relatati jkunu lesti, il-proċess ta’ ċertifikazzjoni mill-KAVK (Korp Awtorizzat għall-Valutazzjoni ta’ Konformità) jieħu madwar xahar. Hemm 3 lifts fl-istadju biex tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni.
Awtorità tad-Djar — familji jgħixu f’postijiet dilapidati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’politika qed juża għal familji li qegħdin jgħixu f’postijiet dilapidati (sub-standard) sabiex jieħdu post alternattiv?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet ta’ dawk l-applikanti li jifformaw parti mill-kategorija li jgħixu f’postijiet dilapidati, jitqiesu ta’ prijorità mill-bord tal-allokazzjonijiet. Inżid ukoll li mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-5 t’Ottubru 2023, l-Awtorità allokat 61 proprjetà lil dawk l-applikanti li kienu qed jgħixu f’postijiet dilapidati.
Awtorità tad-Djar — Allokazzjoni ta’ postijiet alternattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-familja/persuni li kienu jgħixu f’post dilapidat ingħataw post alternattiv minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, f’liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proprjetajiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April 2022 sal-5 t’Ottubru 2023, l-Awtorità tad-Djar allokat 12-il proprjetà lill-persuni/familji li kienu jgħixu f’post dilapidat f’diversi lokalitajiet fosthom il-Birgu, Bormla, Mellieħa, Pietà, Rabat Għawdex, San Pawl il-Baħar, Valletta, Xgħajra u Ħaż Żebbuġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda tieħu s-sussidju tal-kera fil-preżent?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha 3,350 benefiċjarju li qegħdin jirċievu s-sussidju fuq il-kera tagħhom waqt li għandha ukoll 869 benefiċjarju ieħor li qegħdin jirċievu s-sussidju fuq il-kera awmentata wara rikors fil-Qorti u li kienet daħlet fis-seħħ qabel 1995.
It-total tal-investiment fuq l-iskemi tas-sussidju ammontaw għal €9,903,638,67, skont it-tabella t’hawn taħt indikata:-
HBS: €6,770,588.61
PRS: €279,797.71
RSS: €64,819.07
SKP: €2,788,433.28
Awtorità tad-Djar – Persuni b’Diżabilità li huma indipendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità li huma indipendenti u li joqogħdu weħidhom u kemm hemm li joqgħodu f’shared apartments li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid kemm minn dawn għandhom diżabilità fiżika, intellettwali jew mentali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar taħdem id f’id mal-Aġenzija Sapport f’każijiet fejn jidħlu persuni b’diżabilità. L-Awtorità tad-Djar ma żżommx statistika ta’ kemm hemm persuni b’diżabilità u li jgħixu fi proprjetà tal-Awtorità tad-Djar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4227 li ngħatat fl-24 ta’ Jannar 2023, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex ingaġġat professjonist ieħor mal-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva ġie ingaġġat professjonist ieħor fil-qasam tas-Social Workers mal-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jispjega d-dewmien mill-Awtorità tad-Djar biex isir xogħol ta’ tiswija fis-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet li jagħmlu parti minn Binja Qlejgħa? Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità rċiviet l-ewwel rapport tal-ħsarat estensivi li hemm, u jagħti rendikont tax-xogħlijiet li jeħtieġ isiru?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu units f’housing soċjali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fejn huma dawn il-postijiet u kemm għandhom kera?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April 2022 sal-5 ta’ Ottubru 2023, il-Bord tal-Allokazzjonijiet fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka 246 proprjetà maqsuma f’lokalitajiet skont it-tabella t’hawn taħt. Il-kera li titħallas tvarja bejn €218 u €5,607 fis-sena.
Lokalità
Total
Attard
2
Birgu
4
Birkirkara
11
Birżebbuġia
1
Bormla
10
Bugibba
1
Burmarrad
3
Fgura
2
Floriana
4
Għajnsielem Għawdex
5
Għaxaq
6
Gudja
1
Gżira
3
Ħamrun
7
Lija
1
Marsa
3
Marsalforn Għawdex
8
Mellieħa
3
Mosta
1
Mqabba
2
Msida
8
Nadur Għawdex
1
Paola
2
Qawra
23
Qormi
11
Rabat
1
Rabat Għawdex
8
San Ġwann
15
San Lawrenz Għawdex
1
Sannat Għawdex
1
Siġġiewi
3
St Julians
1
St Paul's Bay
21
Sta Luċija
12
Sta Venera
6
Ta' Xbiex
1
Tarxien
4
Valletta
25
Wied il-Għajn
3
Xagħra Għawdex
5
Xewkija Għawdex
1
Xlendi Għawdex
5
Żabbar
4
Żebbug
3
Żejtun
2
Żurrieq
1
246
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lift ġie stallat fi blokki tal-Gvern jew tal-Awtorità tad-Djar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema lokalitajiet kienu stallati dawn il-liftijiet? Kemm ibbenefikaw inkwilini/sidien minn dawn l-inizjattivi? Kemm hemm minnhom li diġà bdew jiffunzjonaw?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April 2022 ġew installati u kkummissjonati 44 lift mill-Awtorità tad-Djar fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali. Dawn il-lifts kollha qed jiffunzjonaw u permezz tagħhom qed jibbenefikaw 859 resident għal aċċessibilità aħjar fil-binja tagħhom.
Lokalità
Numru ta’ blokki
Numru ta’ residenti
Valletta
3
42
Lija
1
14
Qormi
1
15
Santa Luċija
2
67
Birkirkara
2
41
Ħamrun
1
7
Mosta
10
154
Attard
2
34
Marsa
2
27
San Ġwann
4
81
Rabat
7
97
Żejtun
3
148
Bormla
1
12
Pietà
3
86
Kikrop
1
18
Ta’ Xbiex
1
16
Total:
44
859
Għajnuna lil nies li ġew żgumbrati mid-dar minħabba li kienet mikrija qabel l-1995
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tingħata, ingħatat, jew biħsiebha tingħata, lil nies li jiġu żgumbrati mid-dar minħabba li kienet mikrija qabel l-1995 u s-sidien tagħha riduha lura, sabiex dawn isibu post alternattiv, partikolarment peress li ħafna minnhom huma anzjani u ma jkunux jikkwalifikaw għall-ebda forma ta' self?
Response (GALDES, RODERICK)
Tajjeb li nibda billi nfakkar illi r-riforma fil-kirjiet ta’ qabel l-1995 kienet waħda mill-ikbar riformi li qatt ra dan il-pajjiż, fejn assigurajna li għexieren ta’ eluf ta’ anzjani ma jispiċċawx mingħajr saqaf fuq rashom. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar bħala għajnuna allokat 17-il proprjetà lil persuni li kienu ser jiġu żgumbrati mid-dar minħabba li kienet mikrija lilhom qabel l-1995.
Jista' l-Ministru jgħid meta sejra tiġi riżolta l-problema tal-madum fl-entratura tal-binja tal-Gvern, Binja Imsieraħ, fl-Imtarfa, minħabba li l-madum qiegħed jinqala' u jwassal għall-ħsarat fil-garaxxijiet għaliex l-ilma minn taħt il-madum maqlugħ qiegħed jinżel fil-basement?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha għaddejja l-komunikazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Awtorità tal-Artijiet bħala parti mill-isforzi li qegħdin isiru sabiex il-persuni li qegħdin jokkupaw il-Forti Binġemma b’mod illegali tinstabilhom akkomodazzjoni alternattiva qabel ma jiġi fis-seħħ l-iżgombru?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm applikazzjonijiet għall-akkommodazzjoni alternattiva mill-persuni li qegħdin illegalment jokkupaw il-Forti ta’ Binġemma?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – ħaddiema ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 ’l hawn, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellant li b’kollox sas-27 ta’ Settembru 2023 ġew ingaġġati 39 persuna mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru. L-informazzjoni mitluba qed tiġi ppreżentata fit-tabella hawn taħt.
EntitàNumru ta’ persuni ingaġġatiTip ta’ kuntrattRwol
Housing Authority2Definit1 CEO
1 Executive Head
26Indefinit6 Managers
1 Supervisor
2 Senior Officers
2 Officer II
11 Officer I
2 Support Services Assistant
2 Messengers
SPML3Indefinit2 Project Managers
1 Architect/Civil Engineer
HME6Definit2 Storekeepers
1 Health & Safety Officer
1 Legal Advisor
1 Cleaner
1 Project Manager
2Indefinit2 Operatives
(Plasterers & Painters)
Total39
Persuni bi status ta’ refuġjat jew ta’ protezzjoni li qed jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta bi status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni u li qed jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera li toffri l-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 82 refuġjat u 230 persuna li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja u li qed jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera.
Malita Investments Company Board — membri tal-bord
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10912 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull membru tal-Bord tal-Malita Investments Company Board?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li ċ-Chairman tal-Bord tal-Malita Investments Company Board hi mħallsa €20,000 fis-sena, filwaqt li l-membri tal-bord huma mħallsa €7,500.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — impjegati fis-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?