Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żoni tal-Għawm Dog Friendly

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20171, jista' l-Ministru jgħid x'sinjali għandhom jiġu provduti biex jiddistingwu dawn iż-żoni msemmija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żoni tal-għawm tal-klieb huma diġà delinejati bl-istess mod li bajjiet uffiċjali tal-għawm huma distinti permezz tal-pożizzjoni tagħhom, jiġifieri permezz ta’ Sistema ta’ Pożizzjonament Globali (GPS) mill-Awtoritajiet rispettivi. Tali pożizzjonijiet huma elenkati fuq s-sit elettroniku tal-Ministeru.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Press conferences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa – Tneħħija tal-qtates mill-Isptar Mater Dei

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx sar ftehim mal-Ministeru tas-Saħħa biex jitneħħew il-qtates mill-Isptar Mater Dei u jitpoġġew f’kamra fil-Kalkara? Jista’ jgħid x'kien eżatt dan il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll x'se jagħmel issa b'dawn il-qtates peress li l-istess voluntiera li qed jieħdu ħsieb dawn il-qtates qed jiġu mġiegħla jbattlu l-post?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma sar l-ebda ftehim mal-Ministeru responsabbli mis-Saħħa biex jitneħħew il-qtates mill-Isptar Mater Dei. Il-qtates tneħħew min għaqda mhux volontarja li talbet l-għajnuna lill-Ministeru li jien tiegħu responsabbli sabiex jipprovdi post temporanju għal perjodu qasir fejn jinżammu sakemm jiġu rilokati. Filwaqt li min qed juża l-post illum ma kellux l-awtoriżżazzjoni sabiex jużah, il-Ministeru qiegħed jgħin sabiex jinstab post alternattiv.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Multi amministrattivi taħt l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali - Multi amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu multi amministrattivi kif jirrikjedi l-artikolu 47 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta, f’Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn, maqsuma sena b'sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'dawn l-aħħar sentejn, inħarġu żewġ multi amministrattivi ġewwa l-gżira ta' Għawdex. Fit-2023 inħarġet waħda u oħra fit-2024 rispettivament.

Klinika privata — Isolation spaces għall-klieb u l-qatates

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-klinika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex isolation spaces kemm għall-klieb u kemm għall-qtates?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tin[abar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Qtates rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu qtates fil-kliniki li qegħdin jiġu użati biex tingħata kura lill-annimali mweġġgħa li jinstabu mill-ambulanza u li ġew rikoverati minn Marzu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn ġew imraqqda u x'kienet ir-raġuni għal dan?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tabella segwenti, ninfurmaha li jkun hemm diversi raġunijiet sabiex dawn l-annimali jiġu mraqqda inkluż mard u feriti jew trawmi interni gravi li jkun ġarrab l-annimal waqt xi inċident. Ta' min isemmi li dawn id-deċiżjonijiet kollha jittieħdu minn veterinarji liċenzjati fl-aħjar interess tat-trattament xieraq tal-annimal. Qtates rikoverati Qtates imraqqda Marzu 2024 65 26 April 2024 107 28 Mejju 2024 154 38 Ġunju 2024 (sas-16.06.24) 85 26

Klieb rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu klieb fil-kliniki li qegħdin jiġu użati biex tingħata kura lill-annimali mweġġgħa li jinstabu mill-ambulanza u li ġew rikoverati minn Marzu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn ġew imraqqda u x'kienet ir-raġuni għal dan?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tabella segwenti, nimfurmaha li jkun hemm diversi raġunijiet sabiex dawn l-klieb jiġu mraqqda inkluż mard, feriti gravi u trawmi interni li jkun ġarrab il-kelb waqt xi inċident, u mġieba aggressiva li tkun ta’ periklu għall-persuni u klieb oħra li jkunu f’kuntatt magħhom. Ta' min isemmi li dawn id-deċiżjonijiet kollha jittieħdu minn veterinarji liċenzjati fl-aħjar interess tat-trattament xieraq tal-annimal. Klieb Rikoverati Klieb Imraqqda Marzu 2024 40 1 April 2024 72 2 Mejju 2024 53 1 Ġunju 2024 (sas-16.06.24) 15 0

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W85.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Żoni tal-għawm dog friendly

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista taż-żoni kollha tal-għawm li huma dog friendly u dawk li mhumiex? Jista' jgħid jekk iż-żoni li huma dog friendly hux se jiżdiedu, u jekk iva fejn u meta? Jista’ jgħid ukoll x'sinjali għandhom jiġu provduti biex jiddistingwu dawn iż-żoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Lulju 2023, total ta’ 16-il bajja (12 f’Malta u 4 f’Għawdex) huma uffiċjalment rikonoxxuti bħala bajjiet għall-klieb. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawn iż-żoni. Fil-preżent ma hawn l-ebda ħsieb li jiżdiedu ż-żoni uffiċjali tal-għawm fejn jistgħu jgħumu l-klieb pero’ il-Ministeru jibqa’ miftuħ li jikkunsidra żoni addizzjonali jew modifiki taż-żoni eżistenti skont il-ħtieġa wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet neċessarji mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u l-partijiet interessati.

Kliniki tal-annimali privati – Annimali li jinstabu mweġġgħa

Question

Jista’ l-Ministru jispeċifika liema kliniki qed jiġu użati biex tingħata kura lill-annimali mweġġgħa li jinstabu mill-ambulanza? Jista’ jagħti rendikont ta’ kemm tħallsu b'mod separat minn Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari waqt li jindika isimhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kliniki tal-annimali privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn wara li l-annimali jingħataw kura, qed jitħallew b'mod partikolari għand waħda minn dawn il-kliniki, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Klinika tal-annimali privata – Recovery area

Question

Jista’ l-Ministru jindika l-kobor tal-klinika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament b'mod speċifiku fejn l-annimali jinżammu għar-recovery?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Klinika tal-annimali privata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imdaħħla annimali fil-klinika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2024 u jaqsam l-informazzjoni xahar b' xahar?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tabella segwenti. Numru ta’ annimali rikoverati fil-klinika Marzu 2024 110 April 2024 185 Mejju 2024 211 Ġunju 2024 (sas- 16.06.24) 101 TOTAL 607

Klinika tal-annimali privata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa ż-żmien medju li annimal qed idum fil-klinika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-klinika hux qed titħallas biex iżżomm l-annimali wara li jgħaddi ż-żmien tar-recovery?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.