Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni — Każijiet investigati mill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet li ġew investigati mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni marru għall-investigazzjoni tal-pulizija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond Artikolu 11(a) ta’ Kap. 326, “jekk fil-fehma tal-Kummissjoni, l-imġiba investigata hija korrotta jew tista’ tkun konnessa ma’, jew tista’ twassal għal atti ta’ korruzzjoni, ir-rapport tar-riżultati tal-investigazzjoni għandhom jiġu mgħoddija lill-Avukat Ġenerali.”
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-13 ta’ Novembru 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il inkjesta tal-Qorti kien involut bħala espert, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema kienu dawn l-inkjesti, id-dati ta’ dawn l-inkjesti u kemm tħallas għal kull biċċa xogħol li għamel mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata ai termini tal-artikolu 518 tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta. Fir-rigward tal-mistoqija dwar il-ħlas, il-persuna msemmija qatt ma ppreżentat kontijiet lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il inkjesta tal-Qorti kienet involuta bħala espert, il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, liema kienu dawn l-inkjesti, id-dati ta’ dawn l-inkjesti, u kemm tħallset għal kull biċċa xogħol li għamlet mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 20054, ninfurmah li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li tindika l-pagamenti mħallsa lill-persuna imsemmija bejn is-snin 2013 sal-lum. Għall-kumplament tal-mistoqsija, ai termini tal-artikolu 518 tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il inkjesta tal-Qorti kien involut bħala espert, l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, liema kienu dawn l-inkjesti, id-dati ta’ dawn l-inkjesti, u kemm tħallas għal kull biċċa xogħol li għamel mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata ai termini tal-artikolu 518 tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta. Fir-rigward tal-mistoqija dwar il-ħlas, il-persuna msemmija qatt ma ppreżentat kontijiet lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) hix qed tinvestiga inċident li ġara f'warehouse nhar it-Tnejn, 11 ta' Novembru 2024, fi Triq Antonio Miruzzi, Santa Venera?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispetturi fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni investigaw is-sit inkwistjoni u stabilixxew li dan ma kienx sit ta' kostruzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol hix qed tinvestiga inċident li ġara f'warehouse nhar it-Tnejn, 11 ta' Novembru 2024, fi Triq Antonio Miruzzi, Santa Venera?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurtà qed tinvestiga dan l-inċident. L-investigazzjoni bdiet minn meta ġiet infurmata u għadha għaddejja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm komunikazzjoni bejn xi awtorità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u l-Kamra tal-Periti dwar inċident li ġara f'warehouse nhar it-Tnejn, 11 ta' Novembru 2024, fi Triq Antonio Miruzzi, Santa Venera?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress dan is-sit mhuwiex sit ta’ kostruzzjoni u ma jaqax taħt l-ġurisdizzjoni tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, din m’għamlitx kuntatt mal-Kamra tal-Periti. L-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta’ ukoll m’għamlitx kuntatt mal-Kamra tal-Periti, pero sar kuntatt mal-partijiet konċernati sabiex jfornu dokumentazzjoni relatati mal-post tax-xogħol u li jaqaw taħt l-Avviż legali 44/2002, kif ukoll intalbu sabiex jitħejjew diversi dokumentazzjoni li jaqaw taħt ir-regolament AL88/2018 u dan vis-a vis ix-xogħol li jrrid isir.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22824 dwar pagamenti li ngħataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jipprovdi t-timesheets relatati, kif ukoll kopji tal-invoices?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 22824 u speċifikament għall-ispjegazzjoni diġa pprovduta li kopji tal-invoices ma jistgħux jiġu pprovduti stante li jistgħu jinkludu dettalji t' inkjesti jew proċeduri kriminali oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċedoli pendenti fil-Qorti? Kemm hemm li ilhom inqas minn sena u kemm hemm li ilhom iktar minn sentejn? Jista’ jgħid ukoll minn meta daħlet l-użanza li wara s-sentenza tal-Qorti tkun meħtieġa l-approvazzjoni ta' min ikun tilef il-kawża biex min rebaħha jieħu flusu lura fil-każ ta' garanzija bankarja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-cedoli huma mezz ta’ kif isir depositu taħt l-Awtorita` tal-Qorti, għaldaqstant wieħed ma jistax jikkwantifika l-ammont ta’ ‘ċedoli pendenti’ kurrenti. Fil-proċedura taċ-ċedola jista’ jsir l-iżbank tiegħu minn min bil-liġi għandu dritt għalih wara li jkun ġie hekk awtorizzat mill-Qorti wara li tkun saret talba appożita permezz ta’ rikors.
Fir-rigward tat-tieni parti li titratta l-garanzija bankarja, għal kontra ta’ kif qed jallega l-Onor interpellant, l-istess proċedura ta’ kif ingħad għaċ-ċedoli tapplika għall-garanzija bankarja, u iġifieri din tiġi rtirata wara li tintalab awtorizazzjoni mill-Qorti.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2024 il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ttraspona s-segwenti fil-liġi nazzjonali:
- Id-Direttiva numru (UE) 2024/1069 tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”);
- Id-Direttiva numru (UE) 2022/431 tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.
Ma hemm l-ebda Direttiva li għadha pendenti u li ma ġietx trasposta għal 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx due diligence fir-rigward tal-ħatra tal-esperti tal-Qorti, speċjalment fejn ikun hemm inkjesti maġisterjali? Jekk dan id-due diligence qed isir, min jagħmlu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Ġustizzja jwettaq due diligence fuq dawk il-persuni li jkunu esprimew l-interess tagħhom biex iservu bħala esperti tal-Qrati, u dan salv il-kunsens bil-miktub tagħhom.
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja jikkompila lista ta’ tali persuni, li tinġieb a konjizzjoni tal-Qrati. L-Qrati għandhom id-diskrezzjoni li jagħżlu minn din il-lista jew imorru lil hinn mit-tali lista u jinnominaw esperti abbażi tal-artikolu 650 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta..
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba fuq l-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi, hekk kif miġbura sal-11 t’ Ottubru 2024.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-posizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma’ skali skont il-kategorija li jappartjenu. Għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma’ dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post ta' Deputat Avukat Ġenerali hux mimli u qed jiffunzjona ai termini tal-Artiklu 4 tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali, Kap 90 tal-Liġijiet ta' Malta? Jekk iva, min qed jokkupa dan il-post u meta nħatar? Jekk le, meta hu mistenni li jimtela dan il-post?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga ta’ Deputat Avukat Ġenerali tinstab battala u hu mistenni li s-sejħa pubblika għall-mili ta’ dan il-post għandha toħroġ fil-ġimghat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Qrati ta' Malta u Għawdex humiex liċenzjati sabiex jiġbru depositi ta' persuni naturali u legali u jżommuhom skont kif jitlob l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, Kap 371 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta ma hux applikabbli għall-Qrati tal-Ġustizzja u kwindi ma teħtieġ ebda liċenzja għar-raġuni mitluba. B’referenza għad-definizzjoni ta’ depożitu fl-istess Att, il-Qrati ma tiġborx flus minn persuni naturali u legali bil-wegħda li dawn jingħataw lilhom lura fuq talba tagħhom, bl-imgħax jew mingħajru. Il-Qrati tal-Ġustizzja ma jagħtux servizzi finanzjarji, kif irid jirregola l-istess Kap. 371 fl-Artikolu 2A. Il-flejjes li jirċievu l-Qrati tal-Ġustizzja jikkonsistu jew f’miżati, jew depożiti li jsiru taħt l-Awtorita` ta’ Qorti, preċiżament sabiex wara l-ġudizzju tal-Qrati, min għandu dritt għalihom jeħodhom skond is-Sentenza.
Għalhekk huwa opportun li jiġi preċiżat li ordnijiet ta’ depożitu ta’ persuni naturali u legali jsiru mill-Qrati u mhux mill-amministrazzjoni tal-Qrati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-inkjesti maġisterjali b'mod globali u separat? Jista’ jgħid ukoll kemm inkjesti maġisterjali ġew konklużi f'dawn l-aħħar ħames snin, filwaqt li jindika liema inkjesta kienet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella illi tindika n-nefqa globali kemm għall-inkjesti maġisterjali kif ukoll għal proċeduri oħra fil-kamp kriminali għal f’dawn l-aħħar ħames snin sat-30 t’Ottubru 2024. Kif ukoll qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali konklużi f’dawn l-aħħar ħames snin sat-30 t’Ottubru 2024.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5165 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 319, nhar il-Ħamis, 6 ta' Marzu 2025)
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Lulju u Diċembru ta’ din is-sena hemm skedati li nattendi għal-laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali f'Novembru, kif ukoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Intern, f'Diċembru. It-tnejn li huma ġewwa Brussell.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?