Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Kunsilli Lokali Għawdxin — Talbiet għal xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tabelli li ngħataw fit-tweġibiet tal-mistoqsija parlamentari 25012 u 25447, jista’ l-Ministru jgħid min approva t-talbiet għal xogħlijiet għat-tliet snin indikati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li dawn it-talbiet qed jiġu approvati mid-Diretattorat għal Manutenzjoni u l-Indafa Pubblika.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Ħaddiema 'l fuq minn 65 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom 'il fuq minn 65 sena, li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, inkluż fis-Segretarjat tiegħu? Jekk hemm, jista'
jgħid:
a. kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema;
b. xi gradi u skala huma dawn il-ħaddiema;
c. f’liema direttorat jaħdmu;
d. x'tip ta' xogħol jagħmlu;
e. jekk hemmx tal-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 21451. Qed naġġorna l-ħaddiema tal-Gozo Channel Operations Ltd fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 26159 Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar Ħaddiema 'l fuq minn 65 sena.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jissewwa l-lift taċ-Ċittadella peress li dan ilu ma jiffunzjona tajjeb?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lift prinċipali taċ-Ċittadella qed jissewwa mill-kumpanija Eleva Lifts wara li kienu ġrawlu ħsarat f’maltempata. Sar u għadhom qed isiru xogħlijiet estensivi li jinkludu bdil tas-sistema elettrika u tal-mutur tal-pompa. Sa issa ntefqu €23,126.90 fuq makkinarju. Huwa mistenni li l-lift jibda jiffunzjona fil-jiem li ġejjin.
Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Applikazzjoni mressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26171 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar relatati mal-applikazzjoni tal-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ li ser isir fiż-żona tal-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlametari 25880 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoé: Fid-dawl li fl-2020 Heritage Malta ddikjarat li l-Mużew il-Ġdid ta' Għawdex kellu jiftaħ fl-2022, jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus tal-proġett u n-nefqa totali tiegħu s’issa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li l-proġett imsemmi jinstab fl-istadju ta’ Finishes, M&E’s u preparamenti għall-Fit Out. Fl-ewwel kwart tas-sena 2026 is-sit se jkun għad-dispożizzjoni tal-aġenzija inkarigata mill-Wirt Kulturali sabiex jibda l-proċess ta’ migrazzjoni tal-arti fatti għas-sit il-ġdid. Il-Mużew ta’ Għawdex ser ikun miftuħ għall-pubbliku fl-istess sena. In-nefqa sal-ewwel kwart tas-sena 2025 hi ta’ kważi €4.3 miljun.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentati 26301 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25283, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-enerġija ġġenerata mis-sistemi tal-pannelli tax-xemx fl-iskejjel Għawdxin minn mindu ġew installati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 25283.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Infiq fuq hospitality
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus bħala hospitality mill-Ministeru tiegħu, xahar b’xahar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f'hospitality, id-data ta' meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f'hospitality?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-line item ta' “hospitality” fl-estimi finanzjarji tal-estimi tal-budget li kopja tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Ħaddiema full-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.
CfT: SPD3/2024/113 Sejħa għal servizzi ta’ sigurtà fil-Mitħna tax-XEWKIJA Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti s-sejħa u għaliex inħasset il-ħtieġa li toħroġ 'CfT: SPD3/2024/113 - Framework Contract For The Provision of Security Services with Crowd Control Duties at The Xewkija Windmill, Xewkija, Gozo'? Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm hu l-valur u għal kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' din is-sejħa;
ii. kemm-il siegħa ta' servizz hemm ippjanat li jingħataw permezz ta’ din is-sejħa;
iii. min kien/kienu qed jipprovdi/u dan is-servizz li hemm mitlub f'din is-sejħa f'dawn l-aħħar xhur u snin;
iv. kemm tħallas/tħallsu għal dan is-servizz;
v. meta kienet l-aħħar li ħarġet is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tender ħareġ għall-ewwel darba, bid-dettalji kollha jinstabu fid-dokumenti ppubblikati.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Għajnuniet lill-istituzzjonijiet tal-Knisja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25753 u jgħid liema parroċċi u istituzzjonijiet tal-Knisja f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tiegħu, jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25283, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-enerġija ġġenerata mis-sistemi tal-pannelli tax-xemx fl-iskejjel Għawdxin minn mindu ġew installati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2025?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 25196.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar m’għandu l-ebda direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew jew mistennija, jiġu trasposti tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025. Għaldaqstant, il-Ministeru ma għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.