Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15193 u jara li l-proċeduri tal-art skond ir-referenza, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jitmexxew mid-Dipartiment tal-Artijiet u/jew is-sezzjoni konċernata?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 15193.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċiviet Arms Ltd mit-twaqqif tagħha sal-lum skont il-mezzi bħal telefon, e-mails eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minn mindu twaqqfet l-ARMS Ltd., l-ammont ta’ ilmenti li waslu għandha permezz tal-mezzi tat-telefon, emails, etc., huma kif ġej:
Jannar 2010
Frar 2010
Total ta' telefonati li rċevejna
KONTIJIET - 13636
TEKNIĊI - 3742
KONTIJIET - 21442
TEKNIĊI - 2572
E-Mails li rċevejna
2027
4379
Messaġġi li tħallew irrekordjati fuq l-
answering machine
1230
2375
appelli mill-valutazzjonijiet tal-periti tal-gvern — informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru appelli mill-valutazzjonijiet tal-periti tal-gvern wara xiri jew bejgħ ta' proprjetà immobbli xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin? Kemm damu biex ġew deċiżi? Kemm minnhom kellhom riżultat vinċenti u kemm minnhom ma kellhomx it-talba tagħhom milqugħa?
Minn min hu fformat il-bord li jiddeċiedi dawn l-appelli? X'remunerazzjoni għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra n-numru ta’ appelli li daħlu xahar b’xahar fl-aħħar ħames snin.
Fl-2008 u l-2009 ma setgħux isiru appelli minħabba li f’Marzu tal-2008 ċ-
Chairman
u l-Membri tal-Bord kienu rriżenjaw u, peress li l-Board ma kienx kostitwit, id-dipartiment ma ħariġx aktar rifjuti tal-oġġezzjonijiet.
L-ebda wieħed minn dawn l-appelli ma dehru quddiem il-Bord ta’ Kummissarji Speċjali għat-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti minħabba li fl-2005 sal-2007 il-Board ma setax jiltaqa’ għax kien hemm problema dwar il-post fil-bini tal-Qorti fejn jagħmel is-seduti tiegħu. Fl-2008 u 2009 ma ltaqax għax kif intqal diġà, ma kienx kostitwit minħabba li kienet mistennija deċiżjoni dwar jekk dawn il-każijiet jinstemgħux quddiem Tribunal ġdid. Effettivament, b’Avviż Legali Numru 245 tal-2009 l-appelli li qabel kienu jidhru quddiem il-Bord ta’ Kummissarji Specjali issa se jibdew jinstemgħu quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva (Materji Fiskali).
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u Korporazzjoni Enemalta — mandat ta' sekwestru lil service users
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mandat ta' sekwestru, kemm jekk kawtelatorju u kemm jekk eżekuttiv fuq il-kontijiet bankarji tal-konsumaturi tas-servizz ħarġu l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin?
Kemm hu l-ammont tas-service users li ntbagħtitilhom ittra legali biex iħallsu d-debitu tagħhom favur il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin?
Kemm hu l-ammont ta' flus li għandha tiġbor l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta minn kontijiet li għadhom ma tħallsux sal-lum? Kemm kien dan l-ammont sena ilu? Kemm kien dan l-ammont sentejn ilu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar mandati ta’ sekwestru u ittri legali qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-ammont ta’ flus li għandhom jiġbru l-Korporazzjoni ta’ l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta, minn kontijiet li għadhom ma tħallsux mid-data ta’ sentejn ilu, tas-sena li għaddiet u sal-ġurnata tal-lum, huma kif ġej:
ENEMALTA
WATER SERVICES
Frar 2008
€ 55,835,251
€ 14,037,900
Frar 2009
€ 43,942,761
€ 9,523,674
16 ta’ Marzu 2010
€ 100,089,324
€ 21,620,071
Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — kontijiet tal-ilma mħallsa bin-nifs
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għamlu ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex iħallsu l-kont bin-nifs?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li għamlu ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma biex iħallsu l-kont bin-nifs mill-bidu tas-sena 2010 sal-lum huwa ta’ 1878.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont tad-dawl u l-ilma tal-individwu li dettalji tieghu qed jinbagħtu separatament li tgħix waħidha bil-benefiċċju soċjali, li qed tirċievi kontijiet aktar għaljin u suppost li l-każ tagħha kellu jkun investigat mill-Bord tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma wara li l-uffiċjal ta' din il-korporazzjoni għamlu testijiet neċessarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ġiet infurmata li fil-fond imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, seta kien hemm xi tip ta’ anomalija. Għalhekk fit-28 ta’ Jannar 2010 saret spezzjoni, fejn il-ħaddiema tal-KSI ma sabu l-ebda anomalija, pero l-istess ħaddiema ġew infurmati li xi żmien qabel kienu nbiddlu xi pajpijiet interni kif ukoll saru xi tiswijiet fuq is-sistema tal-flushing. Barra minhekk inbidel ukoll it-tank ta’ fuq il-bejt. Kif diġa spjegajt, ma nstab l-ebda leakage u ta’ min wieħed jirraġuna li l-pajpijiet, it-tank ta’ fuq il-bejt u s-sistema tal-flushing ma nbidlux ta’ xejn. Il-kontijiet għoljin jiġu attribwiti għal dan il-fatt u għalhekk dan il-każ ġie mgħoddi quddiem l-Advisory Board sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Ta’ min wieħed jiġbed l-attenzjoni li s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal u l-kontijiet li ħarġu minn Marzu 2009 ‘l quddiem jistgħu faċilment jiġu regolati.
Jista' l-Ministru jgħid:
1) Kemm kien hemm qtugħ ta' servizzi ta' dawl fid-djar matul is-sena 2009 għax ma tħallsux il-kontijiet dovuti?
(2) Kemm kien hemm qtugħ ta' servizzi ta' dawl bejn Diċembru u Jannar li għaddew, għax ma tħalsux il-kontijiet dovuti?
(3) Kemm minn dawk li nqatgħalhom is-servizz kellhom il-vouchers ta' għajnuna?
(4) X'inhi u kif taħdem eżattament din l-iskema tal-vouchers?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2009, in-numru ta’ qtugħ ta’ servizzi tad-dawl li ġew infurzata minħabba li ma jkunux tħallsu l-kontijiet dovuti, huwa ta 2438.
Il-qtugħ tas-servizzi tad-dawl li ġew infurzata minħabba li ma jkunux tħallsu l-kontijiet dovuti huwa ta’;
Dicembru 2009
102
qtugħ ta’ servizzi
Jannar 2010
84
qtugħ ta’ servizzi
Il-qtugħ tas-servizz jiġi nfurzat skond il-valur tal-kontijiet, meta jkunu tħallsu l-aħħar pagamenti u fuq ammonti pendenti li fihom mhux inklużi kontijiet li jaqaw taħt il-45 ġurnata. Għaldaqstant, din it-tip ta’ informazzjoni kif mitluba mill-interpellant, m’hijiex disponibbli f’dan il-mument.
B’referenza għall-iskema tal-
vouchers
,
il-proċess jibda wara li jkunu nħarġu l-kontijiet. Wara li jsir dan, jintbagħat
file
li jkun ġie mfassal minn informazzjoni bbażata fuq kontijiet li jkunu ħarġu, lid-dipartiment tas-Sigurta Soċjali. Imbgħad dawn il-vouchers jiġu mgħamula u mibgħuta lill-konsumaturi, minn naħa tal-istess dipartiment.
Meta l-konsumaturi jirċievu l-kont u imbgħad wara l-
vouchers
ripsettivi tagħhom, jikkuntatjaw lill-uffiċini tagħna li jieħdu ħsieb il-ħlasijiet, biex jkunu jistgħu jħallsu l-kontijiet tagħhom. F’dan l-istadju, l-proċedura timxi skond il-mod kif jsegwi hawn:
Il-
voucher
jissarraf biss jekk dak il-kont partikolari jitħallas kollu, jew
jekk il-konsumatur ma jkunx għadu ħallas l-kont jew l-istima ta’ qabel.
Għal-ħlas sħiħ ta’ kont, jistgħu jiġu msarfa sa massimu ta’ żewġ
vouchers
. Jekk dawn il-
vouchers
jintilfu jew jiskadu, il-konsumatur jrid jistenna SITT xuhur biex dan jkun ikkonsidrat skadut mis-sistema tas-Sigurta Soċjali u biex ieħor jiġi mniedi mil-istess sistema.
L-istess metodu kif għadu ġie spjegat hawn fuq, jiġi applikat fil-każ tas-sistema tal-ħlasijiet bin-nifs.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15369, jista' l-Ministru jgħid meta kienu inxtraw il-meters diġitali? Meta kienu bdew jitwaħħlu fid-djar? Kemm kienet l-ispiża totali fuq ix-xiri tad-9,000 meter diġitali? Kemm minn dawn id-9,000 meter twaħħlu fid-djar? Lil min se jinbiegħu l-meters diġitali l-ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar konsenja ta’ three-phase u single-phase meters waslet f’Awwissu u Diċembru tat-2008 rispettivament. Il-meters elettroniċi bdew jitwaħħlu għal ewwel darba wara Mejju tat-2003.
Id-9000 meter huma stock fl-stores u l-ispiża totali ta’ dawn il-meters kienet 178,489.8 Euro. Dawn il-meters għandhom jinbiegħu lil aħjar offerent wara sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-familji li jgħixu bis-servizzi soċjali u inqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma ħallsux il-kont relatat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-qtugħ tas-servizz jiġi nfurzat skont l-valur tal-kontijiet, meta jkunu tħallsu l-aħħar pagamenti u fuq ammonti pendenti li fihom mhux inklużi kontijiet li jaqgħu taħt l-45 ġurnata. Għaldaqstant, l-informazzjoni ta’ kemm familji li jgħixu bis-servizzi soċjali u nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma ħallsux il-kont relatat, m’hijiex disponibbli f’dan il-mument minħabba li ma ssirx distinzjoni fil-proċess imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-indirizz li qed jintbagħat separatament jirreferix għall-proprjetà tal-Gvern jew li kienet tal-Gvern matul dawn l-aħħar 5 snin? F’kaz li din il-proprjetà kienet tal-Gvern jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratt tat-trasferiment anke jekk sempliċement kuntratt ta’ kirja?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji f’Malta li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma? X’inhu l-ammont totali dovut bħalissa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ kumpaniji f’Malta li waqgħu lura b’aktar minn 45 ġurnata fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa ta’ 10567, bl-ammont totali dovut ta’ €44,354,758.10.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' sinjura, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li l-kont tad-dawl u l-ilma tagħha ġie għoli u meta maret l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalulha li l-problema ġejja mill-ilma? Jista' jinvestiga l-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-ewwel investigazzjonijiet li saru ma jirriżultax li hemm xi anomaliji fuq dan il-kont. Sa mis-sena 2000 l’hawn il-konsum ta’ l-ilma baqa’ l-istess u ma kienx hemm xi tibdil fil-konsum, pero kien hemm żieda minima fl-aħħar żewġ kontijiet.
Għalhekk fil-futur qrib il-KSI ser tagħmel spezzjoni sabiex jiġi assigurat li m’hemm l-ebda rregolarita’ fis-sistema ta’ l-ilma.
Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15601 u ċioe jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14838 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15600 u 15328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15592 u jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
karozzi reġistrati TFI ma jħallsux il-liċenzja tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11505 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li kif kienet ipproponiet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, karozzi reġistrati TFI ma jħallsux il-liċenzja tat-triq (road licence)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bi qbil mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità fuq vetturi mixtrija b'rabta ma' rakkmandazzjoni mill-istess Kummissjoni, mill-ewwel ta’ Jannar 2009, ma titħallasx liċenzja tat-triq għall-ewwel ħames snin mis-sena tal-manifattura, u mis-sitt sena ‘l quddiem, titħallas 50 fil-mija tal-liċenzja tat-triq applikabbli fuq karozzi petrol sa 180g/Km CO2 u karozzi diesel sa 150g/Km CO2. Titħallas il-liċenzja tat-triq kollha fuq vetturi li għandhom emissjonijiet ‘il fuq minn dawn il-livelli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentri 11507 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi tip ta' eżenzjoni tal-liċenzja tal-vettura? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min hu eżentat u xi jrid jagħmel biex jikkwalifika għal din l-eżenzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13788. L-applikazzjonijiet jiġu milqugħa għand il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.