Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5006 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Nies li qasmu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5004 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm qasmu nies bejn Malta u Għawdex matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Cottonera — Triq ta' quddiem De La Salle College - manutenzjoni ta' triq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4176, peress li l-Ministru qed jgħid li mill-informazzjoni li għaddewlu ma jiriżultax li t-Triq ta' quddiem De La Salle College Cottonera tkun mgħarqa kull meta tagħmel ix-xita, u peress li l-interpellant stess jaf b'din is-sitwazzjoni, jista' l-Ministru jara li din il-verifika terġa' ssir jew adirittura jiġu mistoqsija dwar din il-kwestjoni l-uffiċjali għolja ta' De La Salle stess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Wied il-Għajn bypass — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol fuq il-bypass ta' Wied il-Għajn li issa ilha tissemma għal tul ta' żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT tistima li x-xogħol jinbeda madwar erba' ġimgħat wara li jkun iffirmat il-kuntratt mal-fornitur ġà identifikat għal dan il-proġett.

Baċier numru 1 — proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk interessati fil-proġett tal-Baċir numru 1? Kemm minnhom ressqu l-proposti? Kemm-il darba iltaqa' magħhom? X'inhi r-raġuni li ttieħdet id-deċiżjoni li l-proġett ma jsirx, meta sa ftit qabel kienu qed isiru diskussjonijiet u saru pjanti ġodda minn xi ħadd interessat partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' kumpaniji jew individwi li wrew interess fil progett tal Bacir numru 1 kienu sbatax. Tnejn minnhom issottomettew proposti. Dak li ntghazel bhala il preferred bidder kellhu ghaxar laqghat man Negotiating Board. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari magħmula minnu stess, ċioe' Nru 4999.

Surveillance fuq offerti tat-telefonija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni tagħmilx xi tip ta' surveillance fuq l-offerti li jitħabbru minn żmien għal żmien mill-operaturi tat-telefonija f'Malta? Meta saret l-aħħar investigazzjoni biex jiġi assigurat li fil-fatt skemi jew offerti oħra li jitħabbru minn żmien għal żmien ikunu qed jiġu osservati mill-operaturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l- Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni teżerċita price control fuq servizzi tat-telefonija biss fejn l-operatur ikun ġie meqjus li għandu Significant Market Power fis-suq wara li jkun sar analiżi tas-suq li jsegwi l-proċedura stabbilita taħt il-qafas komuni tal-Unjoni Ewropeja. Fil-każ li servizz provdut minn operatur partikolari huwa suġġett għal price control, kull tariffa ġdida jew tibdil fit-tariffi jeħtieġ il-permess tal-Awtorità. Dan isir biss wara li jkun ġie mitmum analiżi dettaljat tat-tariffi proposti mill-operatur. Fir-rigward ta’ servizzi pprovduti minn operaturi tat-telefonija fejn l-obbligu ta’ price control ma jkunx ġie stabbilit minħabba li l-operatur ma jkunx meqjus li għandu Significant Market Power fis-suq partikolari, ma jinħtieġ ebda permess mill-Awtorità u tariffi ġodda jew tibdil fit-tariffi jistgħu jiġu mħabbrin mill-operatur fuq bażi kompetittiva. Madanakollu, l-Awtorità għandha proċessi fejn tilqa' mistoqsijiet jew ilmenti mill-publiku rigward servizzi pprovduti fis-suq sabiex tagħti l-informazzjoni neċessarja lill-publiku, u fejn jiġi meqjus li iżjed investigazzjoni hija meħtieġa, tqajjem l-ilmenti rispettivi mal-operaturi kkonċernati.

Proġett fiċ-Ċirkewwa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4784 jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex meħtieġa konferma mill-Kummissjoni Ewropea għall-allokazzjoni ta’ fondi għall-proġetti individwali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kontijiet tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kont tal-Korporazzjoni tal-ilma intbgħat li bih intalab ħlas tal-metres li kienu jaħdmu bil-mod? Jista jgħid kemm hu l-ammont totali li qed jintalab b'dawn il-kontijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Triq il-Waqqafa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 999 u jagħti time frame ta' meta sejjer jibda x-xogħol fuq Triq il-Waqqafa, fil-Mosta, liema triq diġa' għandha parti minnha li saret u fadlilha parti oħra li għad trid tingħata wiċċ ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-parti li ġa saret mill-Gvern Ċentrali kienet dik il-parti li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Gvern Ċentrali. Il-manutenzjoni neċessarja li trid issir fil-parti l-oħra hija responsabbilita’ tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat..

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Interventi u telf ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-interventi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra, Xemxija, Burmarrad u Wardija matul ix-xhur April - Awwissu 2008? Kemm kien it-telf ta' ilma reġistrat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'dawn l-istess inħawi matul il-perjodu msemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' interventi li saru f'dawn il-lokalitajiet kollha bejn April u Awissu tal-2008 hija ta 963 li jammontaw għal 10% ta' l-interventi kollha li saru fl-istess perjodu f'Malta. L-ammont ta' telf t'ilma reġistrat varja minn madwar 39.9 metru kubu fis-siegħa għal madwar 84.9 metru kubu fis-siegħa.

Public Service Garages

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' "public service garages" li kienu liċenzjati fl-aħħar tal-1998, 2003 u Settembru 2008 rispettivament? Kemm kien, fl-istess dati, in-numru ta' karozzi reġistrati bħala K plates, QZ plates, VY plates, GY plates, MY plates u CY plates fuq dawn l-istess garages?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Aċċess tal-bdiewa għar-raba' tagħhom

Question

Billi kif inhu magħruf l-aċċess tal-bdiewa għar-raba' tagħhom hu importanti ferm biex l-istess bdiewa jaslu fir-raba' u biex iġorru l-prodotti tagħhom, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda programm komprensiv ta' bini u rranġar ta' toroq fil-kampanja għall-benefiċċju tas-settur agrikolu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li waqt li napprezza l-osservazzjoni li qed jagħmel, fil-mument preżenti jeżistu prioritajiet oħra fejn jintużaw ir-riżorsi limitati li għandna fit-tiswija tat-toroq.

Fondi għal e-learning

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin, kull sena, kemm kien l-ammont ta' fondi li ngħataw lill-iskejjel għall-e-learning? Liema skejjel ingħataw dawn il-fondi u fiex intnefqu dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-programm ta' l-e-Learning ġie mniedi fl-2008 u s'issa l-Gvern għamel commitment ta' €16,949,091.27 għall-infrastruttura edukattiva ta' l-e-Learning. Dan l-investiment kommess ser jinfirex fuq medda ta' ħames snin. Dan m'hux l-unika Ministeru li lilu huma allokati fondi għal dan is-settur, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pembroke — Irranġar ta' toroq

Question

Peress li qed nirċievi ilmenti konsistenti dwar toroq fi stat ħażin ħafna li jwasslu għal istituzzjonijiet edukattivi f'Pembroke bħal Sir Adrian Dingli, Crafts Centre, Kulleġġ Santa Klara, Science Centre u Kumpless Martin Luther King, jista' l-Ministru jara li ssir pressjoni fuq l-entitajiet konċernati biex it-toroq jitranġaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tat-toroq imsemmija taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kunsill Lokali rispettiv.

Żurrieq — Triq Valletta - rikostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex pjanijiet li timbarka fuq ir-rikostruzzjoni ta' Triq Valletta Żurrieq li tibda minn Ħal Kirkop u tispiċċa ż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ser jinbeda dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex il-ħsieb tiddiskuti mal-kunsilli lokali l-impatt ta' kif se jaffettwa l-inħawi t-tibdil fil- management tat-traffiku ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ser tibni mill-ġdid Triq il-Belt Valletta Żurrieq/Kirkop. Ix-xogħol mistenni jibda lejn nofs 2009. Il-kunsilli lokali kollha ta’ l-inħawi li ser jiġu affetwati bid-devjazzjoni tat-traffiku, u matul ix-xogħolijiet ser jiġu kkonsultati qabel u waqt ix-xogħolijiet.