Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5004 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Nies li qasmu bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qasmu nies bejn Malta u Għawdex matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #5006 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #5096 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Marsalfron Waterfront u Xlendi Waterfront — Kompetizzjoni għad-disinn

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għal kompetizzjoni tad-disinn tal-Marsalforn Waterfront? Kemm ġew sottomessi għad-disinn tax-Xlendi Waterfront?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li saru seba' sottomissjonijiet għall-kompetizzjoni tad-disinn tal-Marsalforn Waterfront u disa' sottomissjonijiet għall-kompetizzjoni tad-disinn tax-Xlendi Waterfront.
Leg 11 PQ #4783 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan għat-titjib tas-sistema tal-ġbir tal-ilma

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3098, tista' l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li jitlesta l-pjan imsemmi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li bħalissa qiegħdin jiġu mistħarġa r-riżorsi meħtieġa biex il-Ministeru għall Għawdex jiżviluppa dan il-pjan.
Leg 11 PQ #4852 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment u uffiċini tal-gvern — Aċċessibilita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fid-dipartimenti u uffiċini tal-Gvern f'Għawdex biex jiġu ndirizzati l-problemi ta' aċċessibilità għal dawn il-postijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4853 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnuna lill-għaqdiet tal-persuni b'diżabilita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma wettaq il-Ministeru u x'għajnuna ta lill-għaqdiet tal-persunu b'diżabilità f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi minn barra l-ħidma imwettqa kif spjegat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 4852 b'risq persuni b'diżabilita', matul is-sena li għaddiet il-Ministeru iffirma ftehim mal-Federezzjoni Għawdxija Persuni b'Diżabilita' għat-twaqqif ta' one-stop-shop għas-servizzi kollha li jingħataw f'dan il-qasam.
Leg 11 PQ #5002 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo channel — vjaġġi mill-vapuri

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru vjaġġi mill-vapuri differenti tal-Gozo Channel matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4851 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Adult Training Centre

Question

Tista' l-Ministru tghid x'xogħlijiet saru fiċ-ċentru ta' taħriġ għall-adulti fir-Rabat, Ghawdex f'din l-aħħar sena, xahar xahar separatament u tgħid x'għad fadal isir biex dan iċ-ċentru jibda jiffunzjona?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi matul is-sena li għaddiet sar il-membrane tal-bejt, rampa fuq barra għall-aċċess għal persuni b’diżabilita’, xogħol ta’ tikħil, tqiegħed tal-madum, twaħħil ta’ l-aperturi ta’ barra u bibien ta’ ġewwa, inbeda it-tibjid u x-xoghol fuq l-għamara minn mastrudaxxa tal-Gvern, kif ukoll l-istallazzjoni tas-sistema ta’ l-arja kundizzjonata. It-tender ghall-installazzjoni tal-lift ġiet aġġudikata u din il-ġimgħa ser tiġi aġġudikata l-aħħar tender, dik tas-suffitti.
Leg 11 PQ #4570 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1780 u tgħid x'kien it-total ta' ħaddiema full-time, part-time, casual, eċċ rispettivament fl-aħħar tal-2007 u fl-aħħar ta' Marzu, 2008 fil-Ministeru tagħha? Kemm kienu kull xahar minn Jannar 2007 sal-aħħar ta' Marzu 2008 li ġew trasferiti minn Malta għall-ministeru tagħha? Xi gradi huma? X'xogħol ingħataw u f'liema fergħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq nirreferi lill-Onor. Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nurmru 3110.
Leg 11 PQ #4572 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Qala — Għawdex - Hotel fl-ITS

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-training hotel tal-ITS il-Qala hijiex qed taċċetta bookings għall-akkomodazzjoni (rqad) fiha? Jekk fl-affermattiv, x’irid jagħmel dak li jkun biex jibbukkja? Kemm irid iħallas kull lejl? Ħareġ avviż legali biex jistabbilixxi r-rati tal-ħlas? Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fuq l-amministrazzjoni u t-tmexxija tal-ITS fl-aħħar ta’ l-2006, 2007 u kemm hemm illum? X’inhu l-grad tagħhom? X’rosters ta’ xogħol għandu/għandha kull wieħed/waħda minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ewlieni tal-ITS il-Qala hu li tipprovdi taħriġ lill-Istudenti fis-settur turistiku u għalhekk bl-ebda mod ma hi ser tiġi użata għal skopijiet kummerċjali. In-numru ta' impjegati responsabbli għall-amministrazzjoni u t-tmexxija fl-ITS kien hekk: 2 fis-sena 2006 ( 1 Teacher u Assistant Principal ) 2 fis-sena 2007 ( 1 Acting Head/Lecturer u Assistant Principal ) u 3 fis-sena 2008 ( 1 Acting Head/Lecturer, Assistant Principal u Executive Officer ). Ħadd minn dawn il-ħaddiema ma jaħdem fuq roster. Inkompli ngħid li bħalissa m'hemm l-ebda roster imħaddem fl-ITS Qala.
Leg 11 PQ #4608 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kriterji għall-għażla tal-passaġġi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3104, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji u l-proċeduri li fuqhom issir l-prijorità u l-għażla ta' liema passaġġi jinbnew? Min jivverifika u min jawtorizza x-xogħlijiet li jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Kif informajt lil Onorevoli Nterpellant fir-risposta għall-mistoqsija 3104, it-talbiet biex jinbnew passaġġi fil-kampanja, jiġu evalwati, u x-xogħol relatat isir fuq mertu prijoritarju li jieħu in kunsiderazzjoni s-sigurta', l-utilita' u l-ambjent. Jiena infurmata li x-xogħlijiet li jsiru jiġu vverifikati u awtorizzati minn uffiċċjali tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #4845 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet orndata Herceptin mill-Gvern għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex, kemm swiet din l-ordni u meta ser tibda tiġi fornuta lill-pazjenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-mediċina Herceptin ser titqassam biss mill-Isptar Boffa.
Leg 11 PQ #4568 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizzi għall-anzjani

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4074 u cioe': b’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 2788 dwar servizz għall-anzjani, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet li għamiltilha u a) tgħid kemm għandhom sigħat ta’ servizz kull wieħed/waħda mill-10 anzjani li m’għandhomx is-sigħat kollha ta’ servizz u kemm sigħat kull wieħed/waħda għandu/ha approvati mill-bord; b) tgħid għaliex dawn l-10 anzjani mhumiex jingħataw is-servizz kollu approvat mill-bord; ċ) tgħid kemm hu n-numru ta’ applikanti anzjani, lokalità b'lokalità, li għadhom ma nagħtawx servizz u f’liema sena kull anzjan/anzjana kellu/kellha s-servizz approvat mill-bord u kemm sigħat ta’ servizz kellu/kellha approvati mill-bord; d) tagħti s-sigħat, siegħa siegħa, li l- part-time social assistants jaħdmu fil-ġimgħa; kemm hu l-massimu ta’ sigħat li part-time social assistant jaħdem fil-ġimgħa; e) tgħid għaliex, dawk li għandhom is-servizz tagħhom approvat mill-bord għadhom mhux jingħataw servizz; f) tgħid kemm sigħat ta’ servizz kienu jingħataw l-anzjani fi djarhom f’Awwissu 2007 u f’Awwissu 2008 g) tgħid għaliex in-numru ta’ part-time social assistants tħalla jonqos minn 107 għal 101 minn Awwissu 2007 sa Awwissu 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella annessa.
Leg 11 PQ #4678 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Apparat tar-recording bil-ħsara

Question

Peress li l-apparat ta' recording tal-awla magħrufa bħala ż-żgħira fil-Qorti t'Għawdex ilu ma jaħdem ġimgħat sħaħ u allura mhux qed jinstemgħu xhieda b'inkonvenjent kbir kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-avukati u anke għall-ġudikanti, tista' l-Ministru tindirizza dan l-inkonvenjent kemm jista' jkun malajr?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-apparat ta’ l-awla ż-żgħira mhux bil-ħsara imma dak ta’ l-awla l-kbira huwa bil-ħsara u qed jissewwa, u peress illi din l-awla ta’ l-aħħar l-iktar li tintuża, l-apparat tar-recording ta’ l-awla ż-żgħira kellu jiġi trasferit fl-awla l-kbira. Mhux minnu, pero’ illi mhux qed jinstemgħu xhieda fl-awla ż-żgħira anżi hemm maġistrat minnhom li jinsisti li jagħmel is-seduti tiegħu kollha f’din l-awla ż-żgħira. Ir- recording fl-awla ż-żgħira xorta jista’ jsir, u qed isir, f’din l-awla ż-żgħira billi jiġi utiliżżat recorder manwali. Biss hemm maġistrat ieħor li, għal raġunijiet tiegħu, ma jridx jutiliżża dan l-apparat. Ta’ min iżid jgħid ukoll illi apparti dawn iż-żewġ awli, hemm wkoll awla oħra ġdida, b’apparat ta’ recording ġdid li jista’ faċilment jiġi wżat fi kwalunkwe każ. Pero’ l-istess maġistrat li ma jridx juża l-apparat tar- recording manwali ma jkunx irid juża din l-awla.
Leg 11 PQ #4759 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Direct Orders

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 4526 u 4000 u tgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant għas-sena 2007 u għall-periodu Jannar 2008 sa Novembru 2008 hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Rigward is-snin 2004-2006 nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi għat-tweġibijiet Parlamentari Numri 7542, 18073 u 25148.
Leg 11 PQ #4510 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru tagħha inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li karozza ta' din ix-xorta ser tinxtara s-sena d-dieħla.
Leg 11 PQ #4559 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex,Biċċerija — Sejħa għall-offerti

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-aħħar sejħa għall-offerti għall-provvista, istallazzjoni, ittestjar u kummissjunar ta' apparat u servizz anċillari tal-biċċerija ta' Għawdex ħarġet fit-26 ta' Ottubru, 2007 u ma ħarġet l-ebda sejħa oħra minn dakinhar 'l hawn? Hemm xi problemi jew diffikultajiet biex terġa' toħroġ l-offerta? Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li terġa' toħroġ is-sejħa? Tista' tagħti assigurazzjoni lill-Kamra li l-biċċerija ta' Għawdex se terġa' tiftaħ? Jekk fl-affermattiv, meta mistennija titfaħ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li s-sejħa għall-offerti għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjunar ta' Apparat u Servizz Anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex li nħarġet fis-26 ta' Ottubru 2007 ġiet aġġudikata mill-parti amministrattiva u teknika, iżda saru appelli minn xi kuntratturi li għadhom iridu jinstemgħju mill-Bord ta' l-Appelli tal-Kuntratti Pubbliċi. Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jerġa' jiftaħ il-Biċċerija u d-data tiddependi mill-programm ta' xogħol li jkun determinat meta tiġi mogħtija t-tender.
Leg 11 PQ #4441 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Statementing board għal facilitator

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel f’Għawdex li qed jistennew id-deċiżjoni tal-Istatementing Board dwar l-eliġibilità tagħhom għal facilitator? Tista’ tgħid kull wieħed/waħda kemm ilu/ilha li għamlet l-applikazzjoni għal dan is-servizz? Kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ f’Għawdex kull sena mill-2000 ‘l hawn? Tista’ tagħti d-dati ta’ dawn il-laqgħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4442 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel f'Għawdex — counsellors

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma jiġux impjegati aktar counsellors għall-iskejjel f’Għawdex meta hemm bżonn kbir ta’ aktar servizz ta’ counselling għat-tfal?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi għalkemm għandna Counsellor, għandna wkoll Educational Psychologist u SPLD teacher assenjati l-aktar għal Għawdex. Bħalissa qed joħorġu applikazzjonijiet għal personnel trainee li jista' jgħin f'dan il-qasam, applikazzjonijiet fuq bażi nazzjonali.
Leg 11 PQ #4443 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — xogħlijiet fl-2006 mingħajr permessi u awtoizzazzjonijiet meħtieġa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min talab, min ordna u min approva x-xogħlijiet li saru f’Għajnsielem fl-2006 mingħajr il-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa u li l-Kummissarju tal-Artijiet/Diviżjoni tal-Proprjetà fil-25 ta’ Novembru 2008 bdew jaqilgħu x-xogħolijiet li saru biex jerġgħu jġibu l-art għall-istat li kienet qabel? Min assenja l-ħaddiema fuq dawn ix-xogħlijiet? Fuq awtorizzazzjoni u approvazzjoni ta’ min ġew assenjati? Min talab u min approva li joħroġ il-materjal tal-Gvern għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant sar f'Jannar 2003 u mhux fl-2006. Kien ordnat u approvat mill Ministeru għal Għawdex wara ilmenti minn bosta nies li ġibdu l-attenzjoni tal-Ministeru biex jitranġaw ir-retaining wall u l-passaġġ li kienu jinsabu fi stat ta' periklu, telqa u abbandun. Sabiex dan ix-xogħol isir sewwa u ma jiġrix li jinġarr mil-ilmijiet li jgħaddu mill-wied, il-ħajt inbena fuq pedament sod ftit 'il barra minn dak li kien hemm qabel.