Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il tomna raba' xagħri għandu d-Dipartiment ta' l-Artijiet fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament ?
Kemm minnhom huma bi qbiela u/jew b'ċens/kera ?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' Small and Medium Enterprises jew self employed kif reġistrati għal skop ta' taxxa? Jista' jagħti dan it-tagħrif għas-snin 2009, 2008 u 2007 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’
Small and Medium Enterprises
u
self-employed
fis-snin 2007, 2008 u 2009 hu indikat fit-tabella hawn taħt.
Sena
Self-employed
Small & Medium Enterprises
2007
19,787
7,993
2008
21,140
8,486
2009
20,320
9,283
skemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15522 u jgħid kemm swew l-iskemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn mal-kumpaniji eż. Tarzna, Maltacom, monti, tal-linja, Ship Building, Sea Malta, Korporazzjoni Enemalta, Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Ajruport Internazzjonali ta' Malta eċċ., f'dawn l-aħħar 20 sena, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlasijiet li saru biex il-ħaddiema tal-Malta Shipyards Limited irtiraw kmieni jew telqu mill-post tax-xogħol tagħhom huwa kif ġej:
Skema 2008
Irtirar kmieni permezz ta’ Skema A - €1,248,917
Riżenji volontarji permezz ta’ Skemi B, Ċ u D - €56,255,884
Skema 2003
Irtirar kmieni permezz ta’ Skema A - €611,784
Riżenji volontarji permezz ta’ Skemi B, Ċ u D - €5,177,277
Skema 2002
Irtirar kmieni permezz ta’ Skema A - €1,481,659
Riżenji volontarji permezz ta’ Skemi B, Ċ u D - €11,508,350
Bonuses - €265,549
Total għat-tliet skemi
Irtirar kmieni permezz ta’ Skema A - €3,342,360
Riżenji volontarji permezz ta’ Skemi B, Ċ u D - €72,941,511
Bonuses - €265,549
Rigward l-Enemalta, fis-sena 2004 din il-Korporazzjoni nefqet is-somma ta’ €57,070 fi skema ta’ irtirar.
Fil-każ tas-Sea Malta, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ma kienx hemm skemi ta’ rtirar.
Rigward tal-Linja, tal-Monti u l-Maltacom nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm users privati u kummerċjali separatement, li qed iħallsu l-kontijiet tad-dawl u ilma b'installments u jekk dawn l-arranġamenti tkomplewx taħt ARMS Ltd tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
B’referenza għad-domanda hawn imressqa mill-Onor. Interpellant, matul is-sena 2009, 3352 ftehim intlaħqu bejn il-konsumaturi flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l-Enemalta. Dan in-numru jinkludi 3109
users
privati u 243
users
kummerċjali.
Matul din is-sena (sal-ġurnata tal-lum it-18 ta’ Marzu 2010), 1906 ftehim intlaħqu taħt l-ARMS Ltd.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15591 u jagħti r-raġuni għaliex il-fondi għal xogħlijiet maġġuri fil-Qasam Industrijali f'Għawdex ġew ivvotati taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni li dawn il-fondi jiġu vvotati taħt il-Ministeru tiegħu u ma jibqgħux ivvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15380 u 15617 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Sistema komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet
Question
B'referenza għall-kuntratt mogħti mid-Dipartiment tal-Artijiet dwar is-sistema ta' kompjuterizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Artijiet, jista' l-Ministru:
a) jpoġġi tali kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
b) jgħid kemm kien hemm offerti għall-istess kuntratt u kemm kienu l-valuri tal-offerti magħmula minn kull wieħed?
ċ) min kienu l-kumpaniji li tefgħu l-offerti?
Jista' jgħid jekk id-dipartiment talabx lill-MITA biex tagħmel is-sistema ta' kompjuterizzazzjoni tad-dipartiment? Jekk iva, għaliex din l-entità pubblika ma ngħatatx il-kuntratt? Jekk ma kenitx imsejħa biex tagħmel offerta, qatt ġiet konsultata biex l-aħjar sistema tkun assigurata?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-contract of service tal-persuna li dettalji tagħha qed jinbtagħtu separatament, mal-Malta Enterprise?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Entitajiet governattivi permessi li jissellfu minn banek jew istituzzjonijiet finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat, lista tal-entitajiet kollha governattivi li minn Ġunju 1987 sal-lum, ingħataw il-permess mill-istess Ministeru biex jissellfu minn banek jew istituzzjonijiet finanzjarji kemm lokali kif ukoll barranin, filwaqt li jgħid x'inhu l-massimu li kull entità hi permessa tissellef?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Proġett tat-Teatru Rjal u l-Parlament il-ġdid — national investment fund
Question
Ladarba x-xogħol fuq il-bini tat-Teatru Rjal u l-Parlament il-Ġdid se jibda fil-ġimgħat li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid meta nħoloq in-National Investment Fund li skont l-aħħar budget kellu jiffinanzja l-proġett? Jista' jagħti lista tal-proprjetajiet tal-gvern li jirreġistra dħul minnhom f'kirjiet u konċessjonijiet u li se jiġu nklużi f'dan il-fond? Kemm hu dan id-dħul? Liema huma l-investimenti fi stocks u shares li se jikkontribwixxu għal dan il fond? Kemm huma?
Kemm intnefaq diġà għal dan il-proġett u fiex intefaq? Minn fejn sar il-finanzjament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ preparament għall-ħolqien tan-National Investment Fund hu għaddej u d-dettalji jitħabbru aktar tard la jitwaqqaf dan il-Fund. Sadanittant, huwa ppjanat li l-iffinanzjar tax-xogħlijiet li se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin, ikun eventwalment inkorporat taħt dan il-Fund.
proprjetajiet tal-gvern jew ta' korpi parastatali li se jinbiegħu
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk il-proprjetajiet tal-gvern jew ta' korpi parastatali li huma mistennija li jitqiegħdu għall-bejgħ matul l-2010? Meta hu mistenni li joħorġu għall-bejgħ dawn il-proprjetajiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
bejgħ ta' proprjetà tal-gvern — skema biex ir-residenti jixtru r-residenza tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupp dwar dak li hu l-bejgħ ta' proprjetà tal-gvern li fiha joqogħdu l-bdiewa u jaħdmu r-raba' fl-inħawi tar-residenza tagħhom? Meta hu mistenni li titħabbar xi skema li permezz tagħha dawn il-persuni li kultant ikun ilhom joqogħdu fil-proprjetà għal ġenerazzjonijet sħaħ, fil-fatt ikollhom ċans jixtru din l-istess proprjetà?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — ftehim mal-kunsilli lokali għall-amministrazzjoni tad-dwal pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il ftehim għandha l-Korporazzjoni Enemalta mal-kunsilli lokali biex dawn jamministraw id-dwal pubbliċi? Billi f'diversi lokalitajiet għad hemm dwal pubbliċi nieqsa, kif se jiġi assigurat li dawn id-dwal jitwaħħlu? Meta jkun hemm rapporti ta' ħsarat fis-sistemi tad-dawl pubbliku, kif se jiġi assigurat li dawn il-ħsarat inkluż ħruq ta' bozoz fil-fatt jissewwew malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dwal pubbliċi ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali kollha minbarra l-Belt Valletta fejn dawn huma responsabbli tal-manutenzjoni tal-bozoz istallati mal-ħajt u dawk imdendlin f’nofs tat-triq. Bozoz istallati fuq arbli għadhom responsabbiltà tal-Enemalta.
L-istallazzjoni tal-bozoz ġodda hija responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali. Il-manutenzjoni tal-bozoz issir kemm mill-Kunsilli Lokali kif ukoll mill-Enemalta u anke l-ADT skont liema entità huwa responsabbli għall-bozza partikolari. Ħsarat fis-sistema tad-dwal pubbliċi huma rrapurtati mill-Kunsill Lokali fuq sistema elettronika apposta. Isir kull sforz biex il-manutenzjoni meħtieġa ssir fl-iqsar żmien possibbli.
kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlasijiet tat-taxxa tad-dħul tal-impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlasijiet tat-taxxa tad-dħul tal-impjegati tagħhom? Jista’ jgħid kemm hija s-somma dovuta bħalissa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlasijiet tat-taxxa tad-dħul tal-impjegati tagħhom kien ta’ 12,300. Is-somma dovuta bħalissa hi ta’ €23,186,000.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15280 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li hemm persuni li ngħataw art pubblika f'Tal-Ibraġġ, fil-Mellieħa (bejn il-Mellieħa u Selmun) biex jibnu f'inħawi li sas-sena 2006 kien Outside Development Zone? Min huma l-persuni li se jibbenefikaw minn din id-deċiżjoni u kemm se jingħataw art?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li ma jħallsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jibdew iħallsu imgħax, allura jekk ikunu ħallsu iktar u fil-kont ikun hemm miktub li għandhom jieħdu, se jagħti imgħax tal-flus żejda li jkunu ħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont il-liġi li tirregola l-provista tad-dawl u l-ilma, m'hemm l-ebda provissjoni mfassla, biex jitħallas xi forma ta’ imgħax lill-konsumatur, ta’ flus żejda li jkunu tħallsu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15590 u jagħti r-raġunijiet għaliex il-fondi allokati għall-investment incentives għas-sena 2010 ġew ivvotati taħt item 7096 - Investments Incentives (subvention) taħt il-Ministeru tiegħu meta qabel kienu jiġu vvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni li dawn il-fondi jiġu vvotati taħt il-Ministeru tiegħu u ma jibqgħux jiġu vvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Għarb Għawdex — Bini ta' Sewage Pumping Station f'Wied il-Mielaħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex? Jekk ħarġet meta? Min rebaħha? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Meta beda x-xogħol? Meta huwa marbut li jlesti x-xogħol kollu l-kuntrattur? X’sar s’issa u x’jonqos isir biex jitlesta x-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Spezzjonijiet mill-WSC fl-inħawi tal-Għolja ta' Spencer fil-Marsa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15576 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15285, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-ispezzjonijiet tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Spencer Hill, il-Marsa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-erba’ spezzjonijiet fl-inħawi msemmija li saru mid-Discharge Permit Unit fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-perjodu ta’ Jannar u Frar 2010 irriżulta li fis-sistema tad-drenaġġ kien hemm drenaġġ ta’ natura domestika.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14940 u 14053 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.