Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15803 u 15601 u ċioe jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14838 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15601.

Bord tal-Evalwazzjoni — kuntratti tax-xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15811, 15600 u 15328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15600.

Korporazzjoni Enemalta — tħaffir ta' mina minn Delimara sal-Marsa

Question

Peress li għaddew erba' xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali li għadha ma ġietx imwieġba, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12889 jgħid meta tlesta x-xogħol fuq il-mina li l-Korporazzjoni Enemalta ħaffret minn Delimara sal-Marsa? Kemm ġiet tiswa finalment din il-mina?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fuq it-tħaffir tal-mina inkluż il-bankini u xogħol relatat ma’ renforz strutturali hu meqjus li tlesta fit-13 t’Ottubru 2009, għalkemm jonqos xi xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ żewġ escape shafts. Din il-mina ġiet tiswa €8,585,561.43.

Problema fil-meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15526 u jgħid fil-każ ta' l-anzjana ta' 85 sena li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tixtieq li xi ħadd tal-Korporazzjoni Enemalta jara l-meter tad-dawl għax meta kienet qed tfarfru weħlet il-biċċa maċ-ċomba u skont hi nqalgħet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15526.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — benefiċċji relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm huwa s-salarju u/jew onorarja, u benefiċċji oħra relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv, f'awtoritajiet, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa Power Station — bdil tas-saqaf tat-tinda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġej jiswa l-bdil tas-saqaf tat-tinda li hemm fil-Marsa Power Station? La l-gvern dejjem jgħid li din il- power station "se tagħlaq" għalfejn ġie deċiż issa li jinbidel dan is-saqaf? Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-apparat il-ġdid li ġie stallat fil- control room ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil tas-saqaf tat-turbine hall tal-Marsa se jiswa €261,931. Dan kien bżonnjuż ħafna li jinbidel għax kien qed ikun ta’ periklu sew għall-ħaddiema u anke għat-turbini. L-impjant irid jibqa jiġi miżmum sal-aħħar ġurnata. Ir-refurbishment tal-control system u t-tibdil tat-33kV switchgear wara l-cathastrophic failure fl-2000 ġie jiswa madwar €6,219,923 u ġew implimentati bejn l-2004 u l-2005. L-apparat il-ġdid li ġie stallat fil-control room ġie jiswa madwar €100,000.

Pjan strateġiku tal-industrija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan strateġiku tal-industrija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan strateġiku tal-industrija jinsab fuq is-sit tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.

smart readers — benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid, f'termini finanzjarji, kemm huma l-benefiċċji li l-Gvern qed jara li se jkun hemm bl-introduzzjoni tal-ismart readers għal din is-sena u għat-tliet snin li ġejjin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li l-benefiċċji finanzjarji, tanġibli u diretti ta’ l-Smart Meters matul is-sena 2010, huma stmati li jlaħqu madwar €4 miljuni. Dawn se jakkumulaw bis-saħħa ta’ iktar effiċjenza fil-ġbir ta’ flus, li huwa mistenni minn proċessi aktar effiċjenti, li qed jiġu implimentati bil-meter to bill. Il-benefiċċji finanzjarji, tanġibli u diretti għat-tliet snin li ġejjin, huma stamati li ser jammontaw għal-€32 miljun u għandhom jkomplu jakkumulaw minn aktar titjib fi ġbir ta’ flus, kif ukoll minn tnaqqis fit-telf li mhux tekniku, tad-dawl u l-ilma.

sidien li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 15789 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u ċioe dwar kemm huwa dovut mis-sidien li jaqgħu lura bħala ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlasijiet dovuti mis-sidien li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom jammonta għal €68,525,200.

Misteru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kuntratt iffirmat mal-BWSC għall-estensjoni tal-powerstation ta' Delimara

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratt li ġie iffirmat mal-BWSC għall-estensjoni tal-power station ta' Delimara? Jista' jippreżenta kopja tat-tender document li ġie preżentat mill-BWSC inkluż il-kundizzjonijiet speċjali u ġenerali tat-tender?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba n-natura kunfidenzjali tagħhom il-kuntratt iffirmat mall-BWSC għall-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara kif ukoll il-Bid ta’ BWSC mhumiex ser jiġu ippreżentati; madankollu il-Korporazzjoni diġa poġġiet għad-dispożizzjoni ta’ l-Awditur Ġenerali dawn id-dokumenti biex ikunu jistgħu isiru l-verifiki meħtieġa.

Importazzjoni ta' ikel

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif ikel impurtat minn pajjiż applikant tal-Unjoni Ewropea u li miegħu l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' dwana li huwa it-Turkija, jista' jiġi miżmum f’Malta? Ir-raġuni kienet li l-ikel li kien tin packed ma kellux lot number fuq kull pakkett imma kellu it-tikketta fuq kull kaxxa ssiġilita. Proċeduri simili, ngħataw iċ-ċans li issir labelling hawn Malta fuq kull oġġett, qabel ma nħareġ, imma f’dan il-każ ma nħadmitx din il-proċedura u l-konsinnja msemmija kellha tiġi irritornata lura lejn it-Turkija b’detriment għal importatur? Jista' l-Ministru jagħti spjega għal din il-prattika?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-konsenja ta’ tin kienet ġiet impurtata f’Malta f’Novembru 2008 u din ma kinitx miżmuma mid-Dwana iżda mill-Awtoritajiet tas-Saħħa minħabba regolamenti ta’ saħħa.

Ħal Farruġ Industrial Estate — Directional signs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Industrial Estate ta' Ħal Farruġ tistax issir tabella organizzata fi Triq Ħal Luqa sabiex il-fabbriki u l-istabbilimenti li hemm joperaw minn dan l-estate ikollhom directional signs organizzati minħabba l-problema li hemm fl-indirizzi u l-mod kif dawn l-istabbilimenti jkunu milħuqa minn nies? Jista' l-Ministru jsib x'soluzzjoni jista' jkun hemm għat-tabelli li nqalgħu minn hemm dan l-aħħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tista’ issir tabella bil-mappa tal-post fid-dħul ta’ l-Industrial Estate. Din trid issir f'dan il-post biex ma toħloqx periklu għat-traffiku li ma jkunx ser jidħol fil-Industrial Estate. Huwa possibbli wkoll li jkun hemm tabelli oħra organizzati ġewwa l- estate biex l-istabillimenti jkunu jistgħu jintlaħqu mill-klijenti. Dan huwa l-mod kif ikun hemm soluzzjoni għat-tabelli li nqalgħu. Qed tkun studjata skema ta' zoni fl-istess Industrial Estate biex tkun faċli li l-klijenti jaslu fil-post li jkunu jridu. Din l-iskema tinkludi: numerar ċar ma' kull proprjetà, ismijiet tat-toroq, żoni b'tabelli ta' kull żona li turi l-proprjetajiet fl-istess żona.

Statistika tal-impjiegi, dħul, numru ta' kumpaniji, profitti u informazzjoni ekonomika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika kollha li hemm miġbura f’impjiegi, dħul, numru ta’ kumpaniji, profitti, value added u informazzjoni ekonomika u finanzjarja oħra rilevanti dwar is-settur tal-online gaming għal dawn l-aħħar seba’ snin (2003-2009, inklussivi), sena b’sena?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

organizzazzjonijiet/servizzi pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet/servizzi pubbliċi li ġew: a) privatizzati; b) maħluqa ġodda bħala kumpaniji parastatali/aġenziji tal-gvern ċ) awtoritajiet mis-sena 1990 sal-lum; mqassmin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kont tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tiġi mitluba biex tħallas kont tad-dawl meta dawn lanqas biss għandhom is-servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proprjetà imsemmiha mill Onorevoli interpellant m’hix reġistrata fuq il-persuna li qed tagħmel l-ilment. Mill-istħarriġ li sar irriżulta li f’Awwissu 2001 irċevejna ittra fejn ġejna infurmati li l-post mhux abitabbli u sabiex jiġu riveduti l-kontijiet pendenti. Il-KSI irrispondiet b’ittra fejn il-konsumatriċi ġiet infurmata li sabiex isiru l-aġġustamenti meħtieġa hemm bżonn li jittieħed qari uffiċċjali. Dan il-qari qatt ma sar u wieħed jista’ jifhem li la ma kellniex qari uffiċċjali l-kontijiet ma ġewx riveduti. Ta’ min wieħed jiġbed l-attenzjoni li dan il-post ilu snin twal ma jinqara peress li kull meta jmur jaqra l-meter reader isib il-post magħluq. Peress li l-imsemmi post ma kienx qed jinqara il-KSI għamlet spezzjoni sabiex jiġi stabbilit is-sitwazzjoni ta’ dan il-fond, però bla ebda suċċess għax reġa’ ma kellniex aċċess. Is-Sinjura li ressqet l-ilment ġiet ikkuntatjata fejn ġejna mgħarrfin li dan il-post xtratu mingħand terzi persuni madwar 10 snin ilu però qatt ma applikat biex dan il-kont jiġi reġistrat fuq isimha kif ukoll ikkonfermat li qatt ma tat aċċess lil meter reader biex jittieħed qari. Fil-futur qrib għandha ssir spezzjoni oħra sabiex jittieħed qari (wara ħafna snin) u jkunu jistgħu jiġu aġġustati l-kontijiet pendenti. Il-konsumatriċi ġiet avżata biex timla d-dokumenti neċessarji sabiex il-kont ikun jista’ jdur fuq isimha.

dettalji biex ċens jiġi mifdi

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi mifdi ċens li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli membru li fil-fajl tal-proprjetà li dwarha ntbagħtu d-dettalji separatament ma jirriżulta li hemm l-ebda talba għall-fidi taċ-ċens. L-Uffiċċju Konġunt se jagħmel kuntatt mal-individwu biex nara nistgħux ngħinuh.

tonn esportat lejn pajjiżi esteri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie esportat tonn lejn pajjiżi esteri xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin? Lejn liema pajjiżi? Min kienu l-produtturi lokali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-esportazzjoni tat-tonn minn Malta lejn pajjiżi differenti għal dawn l-aħħar ħames snin. L-NSO qiegħed jispeċifika żewġ kwalifiki importanti rigward din l-informazzjoni: - Iċ-ċifri għas-sena 2009 għandhom jitqiesu bħala provviżorji ħafna; - Dettalji dwar il-produtturi lokali (it-tielet parti tal-mistoqsija) ma jistgħux jingħataw mill-NSO, għar-raġuni li dan l-Uffiċċju huwa marbut bil-liġi tal-iStatistika li jissalvagwardja l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni individwali.

Dipartiment tal-Artijiet — tomna raba' saqwi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il tomna raba' saqwi għandu d-Dipartiment tal-Artijiet fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament ? Kemm minnhom huma bi qbiela u/jew b'ċens/kera ?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 12140.

Dipartiment tal-Artijiet — tomna ta' raba' bagħli

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il tomna ta' raba' bagħli ( wiċċ wieħed ) għandu d-Dipartiment tal-Artijiet fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma bi qbiela u/jew b'ċens/kera ?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 12140.