Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tariffi għall-ilma, ikel u agrikultura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5469 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5213, jista' jgħid jekk kienx hemm bdil fit-tariffi li japplikaw taħt l-iskema Water Food and Agriculture? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma t-tariffi l-ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall- Malta Resources Authority Act (Cap 423) - Water Supply (Amendment) Regulations 2008.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5338, 4813, 3052 u 3465 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser issir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Smart City — Sejħiet għal xogħol tal-Infrastruttura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5237 u ċioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3629 jista' jgħid għal liema tip ta' xogħlijiet saru sejħiet għal xogħol ta' infrastruttura għal Smart City? Jista' jgħid jekk ingħatawx xi kuntratti? Min ħadhom? Għal liema xogħol? Kemm jiswa kull kuntratt li ngħata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Zurrieq — Triq Zakkarija Roncalli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta' Triq Zakkarija Roncalli, li huwa mħabbar li għandha titlesta sa Frar 2009, liema triq trid tgħaddi minn ġo l-għelieqi u tibqa' sejra sa Fra Luca Zurki, iffissirx li din it-triq ser tinbena u tiġi asfaltata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq li tagħti miz-Zurrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li tagħti miż-Żurrieq għal Ħal Far terġa' tinbena b'mod li anke jiġu kreati bays sabiex fil-partijiet dojoq tagħha l-vetturi jkunu jistgħu jieqfu sakemm titbattal il-karreġġjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Passaġġi fir-raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'policy se tkun qed taddotta l-Awtorità dwar it-Trasport rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu aktar aċċessibbli? Skond il-mistoqsija parlamentari 1042 il-Ministru kien żvela li ta direzzjoni lill-Awtorità dwar it-Trasport biex tevalwa fid-dettall din il-materja.

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3169.

Passaġġi fir-raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif żviluppat il-policy li ser tirregola l-ħidma biex sqaqien u passaġġi fir-raba' jkunu aktar aċċessibbli u mtejba speċjalment wara l-istaġun tax-xitwa fejn il-passaġġi f'raba' ssirilhom ħafna ħsara? Din il-mistoqsija qed isir sabiex tiġi mogħtija informazzjoni fuq xi żviluppi li seta' kien hemm wara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1042.

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3169.

Korporazzjoni Enemalta — użu ta' gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Kemm għandha ċilindri tagħha l-Korporazzjoni Enemalta? b) Kemm jintuża' gass kull sena? ċ) Kemm jintuża' f'bulky supply u kemm f'ċilindri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għanda madwar 580,000 ċilindru ta’ diversi daqsijiet fosthom ta’ 10 ,12,15 u ta’ 25 Kgs. Il-konsum ta’ gass hawn Malta huwa ta madwar 20,500 tunellata fis-sena. Min dawn, madwar 3,300 tunnelata huwa bulk il-kumplament huma f’ċilindri.

Mosta — Triq in-Naxxar - Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4451, 4008 u 2955 u jgħid jekk jistax jieħu passi ħalli s-sistema tad-drenaġġ fi Triq in-Naxxar, inti u tiela' lejn il-Mosta tiġi rranġata ħalli tieqaf darba għal dejjem il-problema li wara kull bexxa xita jfur id-drenaġġ fl-istess triq u dawn it-toroq idumu ġranet wara x-xita bir-riħa tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Imtarfa — bypass - dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4453, 3914 u 2856 u jgħid meta l-bypass tal-Imtarfa sejra tiddawwal sewwa tul it-triq kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita’ qed tagħmel studju dwar il-possibilta li jitnaqqas id-dawl f’toroq arterjali u minflok jiġu użati aktar apparat passiv bħal rifletturi. F’dan il-kuntest, bħalissa l-ADT mhiex qed tikkunsidra li ddawwal l-imsemmija triq.

Mosta — Triq Wied is-Sir - Irranġar tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir xi proġett biex tinqala' triq u terġa' ssir fin-naħa ta' Triq Wied is-Sir il-Mosta wara l-Knisja? Jista' jgħid jekk hemmx xi proġett ippjanat għal din in-naħa tat-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mosta — Triq id-9 ta' April - water culvert

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-problemi tal-ilma tax-xita fi Triq id-9 ta' April il-Mosta, liema ilmijiet jinġabru ġo l-istess triq b'inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi, jiġu solvuti permezz tat-tkabbir tal-culvert eżistenti jew isir xi intervent ieħor ħalli dak l-ilma li jinġabar f'din it-triq jimxi u ma jibqax qiegħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Ex Human Resources Manager

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ex Human Resources Manager tal-Awtorità dwar it-Trasport inħarġilhiex ħlas ta' €34,500 f'cheque wieħed? Jista' jispjega għaliex sar dan il-ħlas mill-Awtorità lil din il-persuna li isimha qed jidher separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 5519.

Pelican Lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta twaħħlu l-aħħar pelican lights, u li qed jaħdmu, madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn il-lights?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-aħħar pelican lights li twaħħlu u nxtegħlu huma kif ġej: 2 f’Għawdex, 1 f’Ħal-Għaxaq, 1 f’Ħal-Balzan, 1 l-Mġarr, u 3 x-Xemxija. Sadattant twaħħlu wkoll żewġ pelican lights in-Naxxar u sett ieħor San Ġwann u li għandhom jinxtegħlu dalwaqt.

tħaffir ta' trinek

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4212 li saret mill-Onor. Philip Mifsud, jista' l-Ministru jgħid f'liema partijiet tar-rotta hu mistenni li jitħaffru trinek ġodda? Meta hu mistenni li dawn it-trinek jitħaffru u x'ser isir biex jiġi assigurat li l-inkonvenjenti (meħtieġa) jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq affetwati minn dawn ix-xogħolijiet huma: Triq Għajn Tuffieħa, Mġarr Triq il-Bidnija, Żebbieħ Triq il-Bidnija, Bidnija Triq tal-Għazzi, Bidnija Triq Burrmarrad, Mosta Triq F. Napuljun Tagliaferro, Mosta Ninsab infurmat ukoll li l-ADT qed tħejji pjan għat-traffiku biex jitnaqqsu l-inkonvenjenzi fit-toroq pubbliċi matul dawn ix-xogħolijiet.

overhang signs

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li d-diversi overhang signs li għandna madwar Malta jiġu rranġati? Fejn hu meħtieġ, meta se jsir bdil totali ta' dawn l-istess sinjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT qed tħejji pjanti u stejjem tax-xogħol meħtieġ kemm fuq ħsarat f’dawn l-overhang signs ta’ Rotta Numru 1, kif ukoll dawk li jridu jinbidlu sabiex juru aħjar id-direzzjoni lejn l-isptar Mater Dei.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Awtoritajiet u aġenziji

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri tal-bord ta' kull waħda minnhom? X'inhi r-remunerazzjoni għal kull membru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — konsulenti ADI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Ministeru u /jew l-Awtorità dwar it-Trasport biex ħallas lill-konsulenti ADI tas-servizzi li taw lill-għaqdiet ambjentali, lill-istampa u ta’ xogħol ieħor relatat mal-pjanijiet b’konnessjoni mal-proġett ta’ l-Għadira? Jista' jgħid jekk huwiex veru li l-istess ditta ta’ konsulenza u / jew konsulenti privati oħra diġà ingħataw xogħol ta’ konsulenza b’konnessjoni ma’ studji li jridu jsiru ma’ dan l-istess proġett? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid min huma dawn id-ditti ta’ konsulenza u/jew individwi u għala ma nħarġitx sejħa pubblika biex isir dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.