Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet fuq ftehim dwar double taxation agreement mal-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ftehim dwar double taxation agreement mal-Federazzjoni Russa kien ġie konkluż u ffirmat f’Diċembru ta’ l-2000. Il-Federazzjoni Russa qatt ma waslet sabiex tirratifika dan it-trattat. Riċentement, din il-Federazzjoni talbet li jerġgħu jibdew negozjati mill-ġdid fuq dan it-trattat. Dawn it-trattati ġodda, però, għadhom ma bdewx.
Ftehim ukoll kien ġie konkluż ma’ l-Ukrajina f’Settembru ta’ l-1997, iżda dan it-trattat, qatt ma ġie ffirmat. L-Ukrajina wkoll kienet talbet li jerġgħu jinfetħu t-trattati dwar dan il-Ftehim. Sar
round
wieħed ta’ negozjati fi Frar ta’ l-2008. Qegħdin nistennew konferma għal meta jista’ jsir it-tieni
round
dwar dawn in-negozjati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li qed juża l-Gvern sabiex sit li jintuża bħala residenza tkun tista' tinxtara mill-inkwilini li qegħdin fiha illum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli membru li l-iskema li kienet taħseb biex persuni li qed jokkupaw proprjetà tal-Gvern taħt titlu ta’ kera jew ċens temporanju setgħu jixtru r-residenza tagħhom twaqqfet fid-29 ta’ Jannar 2009 sakemm jiġu proċessati t-talbiet pendenti. Għalhekk bħalissa t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ma għandha l-ebda skema li biha inkwilin jista’ jixtri r-residenza fejn joqgħod u qed tipproċessa biss dawk it-talbiet li kienu saru qabel id-29 ta’ Jannar 2009.
Spezzjonijiet mill-WSC fl-inħawi tal-Għolja ta' Spencer fil-Marsa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15285, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-ispezzjonijiet tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Spencer Hill, il-Marsa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15855.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex il-fondi allokati għall-investment incentives għas-sena 2010 ġew ivvotati taħt item 7096 - Investments Incentives (subvention) taħt il-Ministeru tiegħu meta qabel kienu jiġu vvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni li dawn il-fondi jiġu vvotati taħt il-Ministeru tiegħu u ma jibqgħux jiġu vvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, fl-2010, l-assistenza li titħallas minn taħt l-expenditure item imsemmi, bħala inċentiv għall-investiment f’Għawdex, qegħdha tiġi amministrata mill-Malta Enterprise, bil-kordinazzjoni neċessarja mal-Ministeru ta’ Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi peress li l-‘Public Service Obligation’ tender se tkun mngħedijha minn Transport Malta, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu, ta’ min jgħid li l-curriculum vitae ta’ dawn l-uffiċjali ma tistax tingħata għar-raġuni ta’ protezzjoni tad-data.
Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14838 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? Jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq nikkonferma li l-‘JPF Joint Venture’ u ‘Gaudos Joint Venture’ biss għaddew mill-evalwazzjoni teknika tat-toroq tax-Xlendi u ta’ Pinu rispettivament. Dwar il-kompożizzjoni tal-Joint Ventures, id-Direttur tal-Kuntratti huwa marbut bir-Regolamenti dwar Kuntratti Pubbliċi li jżomm din l-informazzjoni kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tal-pakketti finanzjarji imħallsa fil-Bank Ċentrali lill-Gvernatur, Deputat Gvernatur, Diretturi, Senior Managers u gradi oħra maniġerjali tal-Bank?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3217 għal pakkett finanzjarju tal-Gvernatur u Deputat Gvernatur u nikkonferma li l-pożizzjoni ma nbidlitx mit-tweġiba mogħtija għal dik il-Mistoqsija.
Id-Diretturi, li jagħmlu parti mill-
Executive Management Committee
tal-Bank Ċentrali ta' Malta, għandhom remunerazzjoni annwali fi skala ta' €44,556 (Minimu) sa € 51,595 (Massimu) biż-żidiet fl-iskala jsiru fuq bażi ta'
performance pot
annwali ta’ 4.50%, inkluża l-COLA.
Is-
Senior Managers
tal-Bank Ċentrali ta' Malta għandhom remunerazzjoni annwali fi skala ta’ €36,864 (Minimu) sa €44,059 (Massimu) biż-żidiet fl-iskala jsiru fuq bażi ta’
performance pot
annwali ta’ 4.50%, inkluża l-COLA.
Rigward il-gradi l-oħra maniġerjali, is-salarji huma dettaljati fil-ftehim kollettiv iffirmat mal-MUBE. Kopja ta’
Appendix
A
tal-ftehim kollettiv, li ġiet sottomessa lid-Direttur responsabbli għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-Diretturi, is-
Senior Managers
u l-gradi l-oħra maniġerjali jgawdu mill-benefiċċji oħra miftiehma mal-unjon.
Tenut kont illi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament huwa self employed fl-Industrija tal-Melħ u b'ittra tat-3 ta' Diċembru 2009 li qed tintbagħat separatament applika mal-Korporazzjoni Enemalta biex ikollu arblu tad-dawl qrib tax-Xatt tal-Melħ, tenut kont li arblu bħal dan jgħin lis-sajjieda biex ikunu jafu fejn hi l-art f'każ ta' maltemp, u li l-awtoritaijiet l-oħra kollha jaqblu ma' arblu bħal dan, tenut kont li l-Korporazzjoni Enemalta taqbel li jitwaħħal dan l-arblu imma għandha tħassib fuq it-tul involut bejn point u ieħor, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tagħmel dan l-arblu biex tgħin lil dan is-self employed li qatta' għomru u żmienu fl-Industrija tal-Melħ in linea mal-politika tal-Gvern tal-ġurnata li tassisti lis-self-employed apparti mill-ġid li din l-industrija tagħmel fuq il-pajsaġġ ta' pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-talba għal dawl fl-inħawi msemmija qiegħda tiġi kkunsidrata u għandha tintbagħat risposta lill-Kunsill Lokali fi żmien qasir.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — xogħol ta' back office
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15360 fejn staqsejt jekk il-Ministru jaqbilx li x-xogħol ta' back office li s-sorsi amministrativi jagħmlu għall-ġbir tad-data nazzjonali u mhux biss dik regjonali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jiġi trasferit għal Għawdex fejn jibda jsir minn ħaddiema Għawdxin, jista’ l-Ministru jwiegeb għall-mistoqsija kif magħmula?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan l-istadju, ix-xogħol ta’ back office li s-sorsi amministrativi jagħmlu għal ġbir tad-data nazzjonali mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jistax jiġi trasferit għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm huwa n-numru ta' irżieżet li huwa fit-titolu tad-Dipartiment tal-Artijiet fil-preżent f' Malta u f'Għawdex separatament? Kemm minnhom huma bi qbiela u/jew b'ċens/kera ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern tkun tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba, irid isir eżerċizzju sħiħ li jinvolvi ħafna ħin u riżorsi minħabba li għad m’għandniex il-mezzi teknoloġiċi biex tagħmel dan. Għaldaqstant, it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’hiex f’pożizzjoni li tagħti din l-informazzjoni.
Fid-dawl tal-fatt li f'Malta t-taxxa fuq il-proprjetà li tinxtara mill-barranin hija ta' 35% filwaqt li fi stati oħra fl-Unjoni Ewropeja tvarja bejn 18% u 20% bħal fil-każ tal-gżira ta' Ċipru, u b'detriment ta' dan Malta mhux qed tkun daqstant kompetittiva, jista' l-Ministru jara li din it-taxxa tiġi riveduta bil-għan li tiġi inċentivata u tissaħħaħ din l-industrija ħolistikament? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhijiex policy tal-Gvern u lanqas fl-interess in ġenerali ta’ Malta li persuni barranin jiġu inċentivati biex jixtru propjetà f’Malta, kif qed ikun issuġġerit fil-mistoqsija parlamentari.
National Insurance — self employed qed jaqgħu lura fil-ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dawl tal-fatt li eluf ta' self employed qed jaqgħu lura fil-ħlas tan-National Insurance huwiex jirrevedi s-sistema quddiem il-qagħda ekonomika attwali ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-fatt li xi self-employed waqgħu lura fil-ħlas tas-sigurtà soċjali ma jfissirx li għandha tiġi riveduta s-sistema.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14689 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14940 u 14053 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ċ-ċifra għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 kienet ta’ €1,500,248 f’vetturi, €3,763,767 f’vapuri u €40,607,972 f’ajruplani. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
bejgħ ta' proprjetà tal-gvern — skema biex ir-residenti jixtru r-residenza tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupp dwar dak li hu l-bejgħ ta' proprjetà tal-gvern li fiha joqogħdu l-bdiewa u jaħdmu r-raba' fl-inħawi tar-residenza tagħhom? Meta hu mistenni li titħabbar xi skema li permezz tagħha dawn il-persuni li kultant ikun ilhom joqogħdu fil-proprjetà għal ġenerazzjonijet sħaħ, fil-fatt ikollhom ċans jixtru din l-istess proprjetà?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li individwu li jabita f’fond li jkun parti minn kirja agrikola seta’ jixtri biss il-fond ta’abitazzjoni tiegħu taħt l-Iskema tal-2002 dwar il-bejgħ/fidi ta’ ċnus ta’ proprjetajiet residenzjali, filwaqt li l-bqija tal-art tibqa’ għandu bi qbiela. Din l-iskema għalqet fid-29 ta’ Jannar 2009, sakemm jiġu proċessati t-talbiet li għad hemm pendenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15600 u 15328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15600.
Għarb Għawdex — Bini ta' Sewage Pumping Station f'Wied il-Mielaħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex? Jekk ħarġet meta? Min rebaħha? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Meta beda x-xogħol? Meta huwa marbut li jlesti x-xogħol kollu l-kuntrattur? X’sar s’issa u x’jonqos isir biex jitlesta x-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kienet ħarġet tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb. Is-sejħa għall-offerta kienet ħarget fit-3 ta’ April, 2007 u din it-tender rebaħha il-kuntrattur Road Construction Ltd għal valur ta’ € 852,131.29. Dan ix-xogħol huwa mistenni li jkun lest sal-31 ta’ Mejju, 2010 skont it-termini tal-kuntratt.
Sa issa tlesta ix-xogħol kollu ta’ skavar u 25 fil-mija tax-xogħol ta’
concrete
. Jonqos il-kumplament tax-xogħol tal-
concrete
kif ukoll jinbnew strutturi għal-elettriku u kontrol tal-pompa kif ukoll jiġu nstallati l-pompi u apparat ieħor.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — xogħol ta' back office
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15614 u 15360 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15360 fejn staqsejt jekk il-Ministru jaqbilx li x-xogħol ta' back office li s-sorsi amministrativi jagħmlu għall-ġbir tad-data nazzjonali u mhux biss dik regjonali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jiġi trasferit għal Għawdex fejn jibda jsir minn ħaddiema Għawdxin, jista’ l-Ministru jwiegeb għall-mistoqsija kif magħmula?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15614.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta bdietx tosserva d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-Elettriku (2009/72/EC)? Jista' jingħata rendikont ta’ minn liema lokalitajiet ġejjin il-familji li spiċċaw bi qtugħ fil-provista tal-elettriku minħabba kontijiet pendenti? Kemm damu l-familji mingħajr il-provista tal-elettriku? Kemm ikollha tħallas familja biex ikollha l-provista tal-elettriku mill-ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi meta konsumatur ikollu diffikultajiet u jkellimna nippruvaw insibu rimedju li hu ta’ benefiċċju kemm għall-konsumatur u għall-Korporazzjoni. Lista ta’ minn liema lokalitajiet ġejjin il-familji li spiċċaw bi qtugħ fil-provista ta’ l-elettriku minħabba kontijiet pendenti fl-2009 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dak in-nhar stess li jitħallas l-kont pendenti, tingħata lura l-provista ta’ l-elettriku. Il-kont ta’ familja jkun iddebitat b’Euro70 talli tinqata’ l-provista ta’ l-elettriku u jitħallsu Euro 70 oħra biex tingħata l-provista ta’ l-elettriku mill-ġdid.