Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5199 u jassigura li l-culvert tal-ilma tax-xita li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ b’mod partikolari l-bokok tiegħu li ħafna minnhom huma miksura, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5222 u jagħti rendikont sena b’sena, tax-xogħlijiet infrastrutturali kollha (inkluż toroq) li saru mill-Gvern Ċentrali f’Ħaż-Żebbuġ, mill-2005 sal-2008? Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet infrastrutturali li huma fil-programm tal-Gvern Ċentrali u jagħti l-ordni ta' prijorità tal-istess xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Minħabba l-iżviluppi li seħħew fil-qasam tat-telefonija fl-aħħar snin u b'mod partikolari minħabba l-age-divide fil-qasam tal-IT, jista' l-Ministru jara li r-regolatur jinforza li jiġi ppubblikat direttorju tat-telefon mill-aktar fis, peress li l-aħħar ħarġa mill-eks kumpannija Maltacom tmur lura għas-sena 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f'deċiżjoni tagħha ta' Lulju 2002, l-Aworita` dwar il-Komunikazzjoni (MCA) obbligat lill-Maltacom (issa Go plc) biex tippublika d-direttorju tat-telephone. Id-direttorju fil-fatt ġie ppublikat fis-sena 2004. L-istess deċiżjoni tgħid li supplimenti aġġornati għal dan id-direttorju għandhom jiġu ippublikata mhux anqas minn darba kull tlett snin.
Min dak iż-żmien l-introduzzjoni ta’ operaturi ġodda fit-telefonija fissa rrekjediet reviżjoni tad-Deċiżjoni, u fix-xhur li ġejjin, l-MCA ser tkun qiegħda tniedi konsultazzjoni fuq l’ hekk imsejħa
‘Universal Service Obligations’
biex tistabbilixxi jekk dan id-direttorju għandux jkun ippublikat, u jekk iva, f’liema format ikun ippublikat, il-kontenut tad-direttorju, u liema operatur għandu jingħata l-obbligu li jippublikah.
Sadanittant fil-preżent il-kumpanija Go plc qiegħda toffri servizz komprensiv ta’ direttorju telefoniku elettroniku aġġornat bla ħlas fuq l-Internet li jinkludi aċċess għan-numri kollha, jiġifieri anke ta’ operaturi oħra li jipprovdu telefonija fissa kif ukoll telefonija mobbli.
Pjazza San Ġorġ — Żarmar, irfiegħ u ġarr fl-imħażen
Question
Wara li fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Frar 2009 deher avviż bin-numru 16/09 li fih intqal li ser jintlaqgħu offerti għaż-żarmar, irfiegħ u ġarr għal maħżen għall-monument tas-7 Gugnio li hemm fil-Pjazza San Ġorġ, jista' l-Ministru jgħid għalfejn ser isir dan u jekk dan ser isir minħabba xi proġett għal din il-Pjazza, x'inhu dan il-proġett u meta ser jibda u jkun lest?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-avviż li hu rrefera għalih ma nħariġx mill-Ministeru tiegħi u għalhekk nistiednu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5619, fil-każ ta' Triq Dun Ġorġ Preca, Blata l-Bajda, Hamrun, peress li hemm serje ta' lamp posts wara xulxin bla dawl fil-viċinanza ta' siġar, jista' l-Ministru jara jirriżultax li hi l-Korporazzjoni Enemalta li trid tirranġa l-ħsarat x'aktarx taħt l-art - u dan wara ġimgħat ta' dlam ċappa li dwaru rrapportaw diversi residenti kif ukoll il-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5634 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-kunsill lokali għal tant żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jingħatax mezz alternattiv lil stazzjon tat-televiżjoni privat li jkun irid ixandar u li providers privati ma jkunux iridu jagħtuh spazju biex jagħmel dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xandara privati qed jingħataw aċċess minn network operators privati mingħajr xkiel. Ma jirriżulta li hemm l’ebda każ ta’ xandara licenzjati li m’humiex jingħataw aċċess. Jekk xi xandar jallega li ma hux qed jingħata spazju b’mod diskriminatorju jista’ jagħmel rikors lill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Ġusta biex dan ta’ l-aħħar jinvestiga l-każ u jiddetermina jekk hemmx każ ta’ abbuż ta’ dominanza.
Ta’ min wieħed ifakkar li l-Awtorita Maltija għall-Komunikazzjoni għamlet analizi estensiva tas-suq skond il-poteri li tippermettilha l-ligi u ppublikat ir-rapport tagħha fl-24 ta’ Novembru 2008. L-Awtorita ma’ sabet l-ebda indikazzjoni ta’ dominanza minn xi network operator u għaldaqstant m’għandiex il-poter li tirregola l-aċċess li jingħata lil xandara minn dawn in-network operators.
Dan ifisser li sa ma’ jkun hemm indikazzjonijiet ulterjuri il-ħarsien ta’ dan is-suq issa huwa biss kompitu ta’ l-Ufficcju għal Kompetizzjoni Ġusta. Għaldaqstant xandara privati jistgħu jagħmlu rikors ma’ dan l-uffiċċju f’kaz ta’ ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda ix-xogħol mil-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-Kunsill Lokali għal tant żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5205 u jgħid kemm għamlet xogħlijiet ta' konsulenza l-kumpannija ADI mis-sena 2005 'il quddiem għad-dipartimenti, entitatjiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu? Liema kienu? Kemm tħallsu? Kemm u liema minnhom kienu b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5407 u 5235 u jgħid minn fejn tixtri ż-żejt il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm xtrat żejt matul l-2008 u kemm sewa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2008 il-Korporazzjoni Enemalta xtrat total ta’ 964,604 MT żejt li sewa USD 712,092,900 minn għand:
Totsa Total Oil Trading SA 901,052 MT
Litasco 62,557 MT
FSSL 911 MT
ENI 84 MT
Dan l-ammont jinkludi żejt kemm għall-użu fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku kif ukoll għas-suq lokali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5403 u cioè: meta ser jinbeda x-xogħol fuq il-bypass ta' Wied il-Għajn li issa ilha tissemma għal tul ta' żmien, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-kuntratt mal-fornitur, meta din it-triq suppost li bdiet żmien qabel l-aħħar elezzjoni anke kont kif jindika billboard li kien tpoġġa fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi bħalissa għaddejjin il-proċeduri biex jiġi ffirmat il-kuntratt tax-xogħolijiet għar-rikostruzzjoni tal-
By-Pass
ta’ Wied il-Ghajn. Sussegwentament, ikun hemm il-fazi ta’ koordinazzjoni bejn l-
istakeholders
tal-proġett in kwistjoni biex ikun jista' jinbeda x-xogħol meta dan il-proċess tal-aħħar ikun konkluż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5404 u jgħid meta ser isir ix-xogħol fuq parti minn Triq Merħba fil-Fgura li għadha ma ġietx asfaltata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorita' dwar it-Trasport — Speed limit fit-Triq tal-Barrani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5243 u jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmel speed limit wieħed fit-Triq tal-Barrani minħabba li hemm tabelli li qed juru limiti tas-sewqan differenti? Nista' nissuggerixxi li l-limitu tas-sewqan f'din it-triq arterjali jkun bħal f'toroq oħra simili jiġifieri dak ta' 70 km/h?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Elezzjoni ġenerali — Nies li ġew minn barra biex jivvutaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ivvutaw nies fis-siegħa żejda li ngħatat fl-aħħar elezzjoni ġenerali? Jista' jgħid kemm ivvutaw nies li ġew minn barra minn Malta bl-ajruplani apposta biex jivvutaw? Minn fejn kienu dawn in-nies u fi x'ħin illandjaw l-ajruplani li kienu qed iġorru n-nies? X'ħin għamlu iċ-checkout dawn il-passiġġieri? Minn liema pajjiżi ġew?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Dritt ta' ċittadin — ħsarat fil-vettura/karozza minħabba ħofor
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ċittadin li jġarrab ħsarat fil-vettura/karozza tiegħu minħabba n-nuqqas ta' manutenzjoni fit-toroq tagħna, għandux dritt li jfittex lil kunsill lokali għall-ispejjeż? Jista' ċittadin ifittex lil xi awtorità minħabba l-ħsarat li jkun ġarrab minħabba xi ħofra fit-triq? Jekk iva, xi proċedura jrid jagħmel? Jekk le, għal liema raġuni dan id-dritt huwa miċħud?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor Interpellant li mhix il-konswetudini li f'din il-Kamra jintalbu jew jingħataw pariri legali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2903 jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm
mobile phone base station antennae
twaħħlu din is-sena lokalità b'lokalità?
b) xi kriterji stabbiliti internazzjonalment ittieħdu għat-talbiet li saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-installazzjonijiet ta’ mobile phone base station antenna huma regolati, fost l-oħrajn, minn kundizzjonijiet ta’ liċenzji jew awtoriżżazzjonijiet ġenerali maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) skond l-Att li jirregola l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399) favur operaturi li jipprovdu servizzi u networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn l-operaturi jġawdu wkoll minn liċenzji biex jużaw frekwenzi u jwaqqfu networks biex jipprovdu servizzi wireless.
L-imsemmija liċenzji w awtorizzazzjonijiet ġenerali huma suġġetti għal numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom li:
n-network irid ikun konformi ma l-istandards rekwiżiti biex ma tiġix kkawżata interferenza fuq servizzi jew networks oħra.
l-livell ta’ radjazzjoni jrid ikun konformi ma’ l-istandards ta’ l-ICNIRP (
International Commission for Non-Ionising Radiation Protection
).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba riġward kemm twaħħlu
mobile phone base station antennae
.
Issa li għadda ħafna żmien minn mindu l-Ministru ta' qablu kien wiegħed li kienet ser tiġi asfaltata Triq Sliema, Kappara, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta dan ix-xogħol se jsir mill-gvern ċentrali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa Bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermativ meta ser isir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq (Network Infrastructure Directorate) fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport inbidilx l-isem tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-isem il-ġdid u għalfejn saret din il-bidla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.