Peress li gżejjer bħal Malta u b'mod aktar qawwi Għawdex, iridu jilqgħu l-isfida tal-globalizzazzjoni b'politika kuraġġjuża li tagħraf li teknoloġiji ġodda tal-komunikazzjoni u tal-informatika huma l-għodda li bihom tista' tingħeleb il-problema tal-insularità, tista' l-Ministru tgħid x'qed jiġi mwettaq biex f'Għawdex jintlaħaq dan il-għan?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru għal Għawdex minn dejjem ħadem biex jinvesti u jaġġorna l-infrastruttura tal-komunikazzjoni u tal-informatika kemm permezz ta' networks fil-gzira Għawdxija kif ukoll fil-link ta' komunikazzjoni bejn iż-żewġ gżejjer. Din ta' l-aħħar ġiet upgraded billi ġiet irdoppjata l-bandwidth.
Dan it-tisħiħ fl-infrastruttura qed jgħin biex tingħeleb il-problema ta' l-insularita' tal-gżira Għawdxija. Minħabba f'hekk sar possibbli li xogħol ta' natura back office jitla' minn Malta għal Għawdex barra li diversi ħaddiema qegħdin jibbenefikaw mill-faċilita' tat-telework.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li f'Għawdex jitwaqqaf Regional Pre-kinder Centre jew kif inhu magħruf aħjar, child care centre speċjalment għal dawk l-ommijiet li jaħdmu matul il-ġurnata u m'għandhomx fejn iħallu lit-tfal tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru qiegħed iħejji l-pjanijiet neċessarji għall-post ċentrali biex jintuża bħla Child Care Centre. Il-ħsieb hu li dan iċ-Child Care Centre l-ewwel jilqa' fih t-tfal tal-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku u wara jista' jinfetaħ ukoll għall-ħaddiema tal-privat.
Ninsab infurmata illi l-applikazzjoni lill-MEPA ser tiġi sottomessa fi żmien qasir.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra fiex jikkonsisti l-park preistoriku li hu ppjanat isir fix-Xagħra? Kemm hu stmat li hi l-ispiża biex jiġi mwettaq dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati tal-Gvern li kellhom proċeduri ta' dixxiplina kontra tagħhom fis-sena 2008? Mill-liema dipartiment ġejjien? Jekk fl-affermativ, dan il-każ tela' quddiem bord? Jekk il-każ ġie deċiż, x'kienet il-piena inflitta għal kull każ? (Dan kemm jekk il-każ ġiex deċiż mill-bord jew mid-direttur skond il-każ)
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett biex istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali jiżviluppaw campus tagħhom f'Għawdex? X'sar s'issa fuq dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li m'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parelamentari Numru 2079.
Tista' l-Ministru tara li jkun hemm child care facilities fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għal dawk il-ġenituri bi tfal żgħar li jkollhom appuntament fl-Outpatients Department jew li jżuru lil qrabathom, eċċ rikoverati l-isptar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata lli l-Ministeru qed jistħarreġ jekk jistgħux jiġu ntrodotti dawn it-tipi ta' servizzi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5602, tista' l-Ministru tgħid min irrisponda għas-sejħa għal turija ta' interess barra l-kumpannija li ħadet il-kuntratt? Tista' tgħid għaliex saret sejħa għal turija ta' interess u mhux tender u min ħa d-deċizzjoni dwar dan il-fatt? Min ta l-apporvazzjoni li ssemmiet fil-mistoqsija parlamentari imsemmija u meta ngħatat din l-approvazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li b'kollox il-Ministeru għal Għawdex irċieva tnax-il espressjoni ta' interess mingħand dawn l-applikanti għall-kiri ta' bini bil-ħsieb li dan jintuża għall-uffiċini: Paul Attard, Downtown Ltd., John Mizzi, Joseph Axiak, Victor Zammit, Rose Sultana, Brian J. Attard, John Galea, (Orienti Holidays Ltd.), Tiġrija Developments Ltd., John u Salvina Pace, General Tech Services Ltd., u Island Developments Ltd.
Il-Ministeru ħareġ sejħa għal turija ta' interess u mhux sejħa għall-offerti peress li ma kienx magħruf il-prezz fis-suq ta' kirjiet simili. Minkejja dan, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru ħareġ din is-sejħa għal turija ta' interess fil-gazzetti lokali kollha. L-approvazzjoni għall-għoti tal-kiri ta' dan il-bini ngħatat mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment fl-14 ta' Mejju 2008.
Tista' l-Ministru tikkonsidra jekk wasalx iż-żmien li l-Gozo College għandu jkompli jsaħħaħ l-organizzazzjoni u l-awtonomija tiegħu bil-ħatra ta' subject co-ordinators għas-suġġetti prinċipali kollha mgħallma fil-kulleġġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-ambjent rurali u urban huwa parti ewlenija mill-karatteristiċi tal-gżira ta' Għawdex, tista l-Ministru tgħid xi proġetti qed jiġu mwettqa mis-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi fi ħdan id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex biex ikompli jintlaħaq dan il-għan?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li is-Sezzjoni ta' l-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi bħalisa għaddejja b'xogħol ta' upgrading fil-Mixtla u Ġnien tad-Dawwara fir-Rabat. Is-sezzjoni qegħda ukoll taħdem biex jiżdiedu n-numru u l-kwantita' ta' sepċi ta' siġar u pjanti indiġeni u endemiċi biex fis-snin li ġejjin dawn ikunu jistgħu jitħawwlu fil-gżira Għawdxija. Barra minn hekk qegħdin jiġu mkattrin ukoll diversi varjetajiet ta' pjanti tal-fjuri u speċi ta' siġar u arbuxxelli ornamentali li imbagħad jintużaw fil-landscaping tat-toroq, wesgħat u ġonna pubbliċi. Is.Sezzjoni ta' l-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi qiegħda wkoll taħdem fuq pjan biex jinżabru siġar u arbuxxelli li jikbru matul it-toroq arterjali u żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tal-Gvern Ċentrali kif ukoll fl-istess żoni tagħmel xogħol ta' qtugħ taa' ħaxix ħażin u manutenzjoni b'mod regolari.
Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li din is-sezzjoni għandha wkoll rwol importanti fl-upgrading tal-Ġonna Vella Rundle li hu ppjanat għall-futur qarib.
Għawdex — Vetturi mikrija għal-użu ta' dipartimenti governattivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm vetturi għall-użu ta' kull dipartiment governattiv f'Għawdex? Tista' tgħid ukoll mingħand min huma mikrija u b'kemm kull ġurnata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Għawdex — Ċentru tal-Università - studenti gradwati u b'impjieg
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawk l-istudenti li gradwaw miċ-Ċentri tal-Università f'Għawdex fl-aħħar tliet snin kienu impjegati governattivi, f'liema dipartiment huma impjegati u f'liema grad, jekk wara l-gradwazzjoni bidlux l-impjieg/grad/dipartiment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol ta' restawr hemm għaddej bħalissa fiċ-Ċittadella? X'xogħol hemm maħsub għall-futur u kemm intefqu flus f'restawr matul is-sena 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li bħalissa għaddej xogħol ta' bdil ta' medda ta' ċangatura u xogħol ta' tiswija fuq ħitan imġarrfa li jinsabu fiċ-Ċittadella. Huwa pprogrammat ukoll li fil-ġranet li ġejjin jitkompla xogħol ta' restawr fuq parti mis-swar esterni. Bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq it-tħejjija ta' Masterplan għaċ-Ċittadella liema xogħol huwa ko-finanzjat taħt il-programm ta' fondi EEA Financial Mechanisms.
Bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq żewġ tenders importanti li huwa survey fotogrammetiku tas-swar u studju ġeo-tekniku tal-blat li fuqu hi mibnija ċ-Cittadella li ser isiru fl-2009. Iż-żewġ tenders imsemmija huma l-ewwel tnejn minn sensiela ta' tenders li ser jinħarġu taħt il-programm ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropeja ERDF li ser iwasslu għal xogħol estensiv ta' restawr u konsolidazzjoni tas-swar u l-blat sottostanti bejn il-2009 u l-2013.
Ninsab infurmata wkoll li l-ispiza matul l-2008 kienet tammaonta għal Euro15,995. L-ispiża ma tinkludix il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu fuq dawn ix-xogħlijiet.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — operazzjonijeit, eżamijiet ta' X-rays u testijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kien in-numru ta':
a) operazzjonijiet
b) eżamijiet ta' X-rays
ċ) testijiet tal-laboratorju
d) echocardiograms
li saru fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex fil-2008 ipparagunat ma' dawk li saru fl-2007?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 4443 u 5180 tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni li tlabtha u tgħid speċifikament x’inhu l-grad:
tal-uffiċjal li rċieva l-ilmenti tan-nies;
tal-uffiċjal li għamel it-talba għal dawn ix-xogħlijiet;
tal-uffċjal li ordna x-xogħlijiet;
tal-uffċjal li approva x-xogħlijiet;
tal-uffiċjal li kellu l-kompetenza li japprova dawn ix-xogħlijiet
tal-uffċjal li assenja l-ħaddiema fuq dawn ix-xogħlijiet;
tal-uffċjal li approva li l-ħaddiema jiġu assenjati fuq dawn ix-xogħlijiet;
tal-uffiċjal li għamel it-talba għall-materjal għal dawn ix-xogħlijiet;
tal-uffiċjal li approva li joħroġ il-materjal;
tal-uffiċjal li ċċertifika li x-xogħlijiet kienu saru skond il-proċeduri u r-regolamenti li jirrigwardaw xogħlijiet bħal dawn;
tal-uffiċjal li approva l-pagamenti tal-ispejjeż għal dawn ix-xogħlijiet?
Tista’ tgħid jekk kenitx taf li se jsiru dawn ix-xogħlijiet u jekk tatx l-approvazzjoni tagħha għalihom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Risposta għal din il-mistoqsija diġa ingħatat fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 5180.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsijiet parlamentari 4446 u 4794, tista’ l-Ministru taċċerta lill-Kamra li fl-14 ta’ Novembru, 2008 il-Ministeru tagħha ma kienx għadu jaf kemm kienu saru pagamenti sat-30 ta’ Settembru 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li m'għandix x'inżid mar-risposti li diġa tajt fuq dan is-suġġett.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm senior care workers, care workers u assistant care workers fil-ministeru tagħha? Tista' tgħid fejn huma assenjati u x'xogħol qed iwettqu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5520, tista’ l-Ministru tgħid fejn fl-istqarrija tan-
National
Statistics Office
numru 231/2008 hemm muri d-dħul tal-ħaddiema Għawdxin? Tista’ tgħid kemm kien dan id-
dħul kull sena mill-1999 ‘l hawn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li fl-istqarrija numru 231/2008 li tippubblika l-NSO ippubblikat m’hemmx muri d-dħul tal-ħaddiema Għawdxin izda n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu f’Malta kif ukoll f’Għawdex maqsumin skond l-industrija (A6). Din l-informazzajoni ma tiġix ikkalkulata. F’din l-istqarrija nsibu wkoll li ġej:
Valur Gross Miżjud (Prezzijiet Bażiċi) sep
aratament bejn Malta u Għawdex fl-industriji li ġejjin:
A1 – Agrikoltura, kaċċa u forestrija; said, razzett tal-ħut u servizz ta’ attivitajiet relatati
A2 – Industrija li tinkludi ukoll provvista ta’ elettriku, gass u ilma
A3 – Kostruzzjoni
A4 – Kummerċ bl-ingrosa u bl-imnut, tiswija ta’ vetturi, muturi u oġġetti personali u tad-dar, lukandi u ristoranti; trasport, ħazna u komunikazzjoni
A5 – Intermedjazzjoni finanzjarja, attivitajiet ta’ proprjeta’ mmobbli, kiri u negozju
A6- Servizzi oħra
Valur Gross Domestiku separatament bejn Malta u Għawdex
Impjiegi separatament bejn Malta u Għawdex fl-industriji li ġejjin:
A1 – Agrikoltura, kaċċa u forestrija; said , razzett tal-ħut u servizz ta’ attivitajiet relatati
A2 – Industrija li tinkludi ukoll provvista ta’ elettriku, gass u ilma
A3 – Kostruzzjoni
A4 – Kummerċ bl-ingrosa u bl-imnut, tiswija ta’ vetturi, muturi u oġġetti personali u tad-dar, lukandi u ristoranti; trasport, ħazna u komunikazzjoni
A5 – Intermedjazzjoni finanzjarja, attivitajiet ta’ proprjeta’ mmobbli, kiri u negozju
A6 - Servizzi oħra
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 5288, l-Ministru hi f`pozizzjoni li tgħid meta ser tiġi introdotta l-ispiżerija tal-għazla tiegħek f`Għawdex, jew għallinqas tista' tgħid meta ser tiġi introddota l-Quality Service Charter għal ispiżerija fl-Isptar Ġenerali ta` Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s'issa ma għandna l-ebda informazzjoni uffiċċjali dwar meta se tiġi introdotta il "Pharmacy of your Choice" f'Għawdex.