Legislature:
Category:
Reset
Active:

Isla — Dock 1 - asbestos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li fl-ewwel żewġ imħażen lejn in-naħa tal-Isla, f'Dock 1 hemm midfun, fuq wara, ammont ta' asbestos liema asbestosintradam f'dan il-post ħafna snin ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dock 1 — ċentru kummerċjali u residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta jaħseb li ser ikun f'pożizzjoni li jgħid x'ser isir f'Dock 1 minflok il-wegħda elettorali li jinbidel f'ċentru kummerċjali u residenzjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif ġie avżat fil-medja reċentement, il-ħsieb tal-gvern hu li l- bini eżiżtenti fuq is sit ta' Dock 1, jiġi restawarat għal skop ta' 'arts and crafts'.

Ta' Qali Crafts Village — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti fuq il-Crafts Village ta' Ta' Qali mis-sena 1987 sal-lum? Jista' jgħid minn min saru u x'kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Kaħwiela - irranġar tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5419 u jara li tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Kaħwiela f'Ħaż-Żabbar min-naħa ta' Triq Santa Maria, biswit l-għalqa f'tarf it-triq, peress li din qed iżżomm ħafna ilma meta tagħmel ix-xita, tant li tikkawża inkonvenjenza għar-residenti tal-imsemmija triq u ma jistax isir parking fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Total ta' elettriku li intuża mill-fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsiijiet parlamentari 5334, 4802 u 4163 u 4462 u jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żejtun — Triq tal-Barrani - Camera

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5335, jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li minn meta twaħħlet il-camera sal-lum kien hemm inqas incidenti, jew le? Kemm kienet din id-differenza, jekk il-każ huwa li kien hemm inqas inċidenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaddiema mal-kuntratturi tat-toroq — taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx xi skema ta' taħriġ għall-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi tat-toroq? Jekk hemm, liema huma dawn l-iskemi u kemm hemm ħaddiema li qed jiġu mħarrġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kappara — Sliema Road - tiswija tat-triq

Question

Fi sfont ta' ħafna mistoqsijiet parlamentari li saru fuq Sliema Road, Kappara, u l-istat ħażin ħafna ta' din it-triq li tagħti ukoll lejn l-isptar, jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru dawn it-tiswijiet, u jekk hux aħjar li t-triq ssir darba għal dejjem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ħa jkun qed isir xogħol ta’ resurfacing fuq din it-triq bi sħab bejn l-ADT u l-Kunsill Lokali ta’ San Gwann li tiegħu hi r-responsabbiltá.

Cirkewwa — Spazju għal parkeġġ

Question

Peress li fiċ-Ċirkewwa qed jingħataw ħafna ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali minħabba kontravenzjonijiet ta' sinjali, peress li f'dawk l-inħawi fejn ikun hemm ipparkjati l-vetturi, li ħafna minnhom ikunu ta' Għawdxin li ta' kuljum jiġu Malta għax-xogħol, mhemmx senjaletika, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema u cioe' billi ssir senjaletika adegwata u ċara kif wkoll jiġi provdut spazju għal parkeġġ adegwat għal dawn il-vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — Vjal il-Ħaddiema - Ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4225, 3972 u 3676 u jara li jiġu rimedjati bla aktar dewmien il-ħsarat u cioè l-iżbroff tad-drenaġġ li regolarment jiżbroffa ħdejn ir-residenza 51 Vjal il-Ħaddiem Rabat, Malta kull meta tagħmel ix-xita għad-detriment li jispiċċa jitħallat mal-ilma tal-uċuħ tar-raba' u dawk fil-widien? Jekk fl-affermativ, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt dan l-ilment lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Ninsab infurmat li dan is is-sit jinsab fil-lista ta' prioritajiet fil-Master Plan tad-drenaġġ għal dawn l-inħawi u dan ix-xogħol għandu jsir meta l-finanzi jippermettu.

Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - rakkomandazzjonijet lill-kunsill lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4407 u cioè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 940 li skond dik ir-riposta l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każi li qed isemmi il-mistoqsija u skond l-istess risposta l-awtorità kellha tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali tal-Mosta, jista' jgħid x'kienu dawn ir-rakkmandazzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5581 u 5122 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq imkissrin minħabba x-xita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5658 u ċioè: Peress li x-xita qawwija riċenti għamlet ħafna ħsara fit-toroq, inkluż toroq mibnija b'finanzjament tal-Protokoll Taljan u bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-Bridge Manwel Dimech, jista' jgħid jekk saritx evalwazzjoni tad-difetti li żviluppaw f'dawn it-toroq minħabba x-xita u x'passi se jittieħdu biex dawn id-difetti jiġu rranġati jew korretti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi ħafna mill-ħsarat li ġew irrapurtati fit toroq tal-Protokoll Taljan u mill-fondi tal-Unjoni Ewropea kienu jikkonsistu fi ħsarat ta' tappieri u gradilji tat-tappieri tax-xita miżduda. Fejn dawn il-ħsarat ġew attribwiti għall-nuqqasijiet tal-kuntratturi li bnew l-istess toroq, il-ħsarat gew irranġati mill-istess kuntratturi mingħajr spejjez għall-ADT.

Ta' Qali Crafts village — irranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5564 u jgħid kemm kien stmat ix-xogħol li kellu jsir għall-irranġar tat-toroq fil-Crafts Village ta' Ta' Qali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istima tax-xogħlijiet għall-bini ta’ toroq u installazzjoni ta’ servizzi għal-proġett tal-Crafts Village hija hekk:- Lot 1 – roads, parking areas & pedestrian areas €11,961,332 including VAT (LM5,135,000) Lot 2 – new drinking and sewer mains €1,061,016 including VAT (LM455,494) Lot 3 – civil works for cable works €317,261 including VAT (LM136,200)

Produzzjoni ta' enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-enerġija kull xahar għal dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm min dan l-elettriku ġie prodott mill-power station tal-Marsa u kemm minn ta' Delimara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kappara — Triq Sliema - Asfaltar ta' triq

Question

Issa li għadda ħafna żmien minn mindu l-Ministru ta' qablu kien wiegħed li kienet ser tiġi asfaltata Triq Sliema, Kappara, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5606 u jagħti indikazzjoni dwar meta dan ix-xogħol se jsir mill-gvern ċentrali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.5781.