Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-korsijiet tal-Istitut għal-Istudji Turistiċi f'Għawdex? X'korsijiet qed isiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li din is-sena skolastika in-numru ta' studenti fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex hu ta' tletin (30). Sittax (16) il-student fl-ewwel sena u erbgħatax (14) il-student fit-tieni sena.
Dawn l-istudenti huma tal-iskema ESTS (Extended Skill Training Scheme)
Istitut għall-Istudji Turistiċi — Għawdex - ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex? X'kariga jokkupaw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawded hemm disa' impjegati.
Dawn huma kif ġej:
1 A/Head of School
1 Full Time Lecturer
2 Part Time Lecturers
2 Administration Staff
3 General Hands.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol sar fuq ir-riabilitazzjoni ta' widien f'Għawdex permezz ta' Environment Landscapes Consortium? Tista' tgħid meta ngħata l-kuntratt għal Għawdex dan il-consortium? Kemm kien iħaddem nies meta twaqqaf f'Għawdex? Kemm kien iħaddem nies fl-aħħar tas-snin 2007 u 2008 u illum? Kemm minnhom huma impjegati tas-Settur Pubbliku? Fuq liema bażi (ie: permanenti, temporanja, kuntrattwali, każwali,eċċ) ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Environment Landscapes Consortium ma ngħatax inkarigu ta' riabilitazjoni ta' Widien f'Għawdex. Ninsab infurmata wkoll li l-kuntratt tal-Consortium f'Għawdex huwa estensjoni ta' dak ta' Malta.
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra kemm qed jintlaħaq l-għan li l-Uffiċċju tal-Kultura f'Għawdex ikun verament xprun u ko-ordinatru għal livell ogħla ta' ammont dejjem jikber ta' inzjattivi kulturali f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex flimkien mal-Kunsill tal-Kultura u l-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jaħdem kontinwament fuq program annwali ta’ attivitajiet kulturali, uħud minnhom bħal Karnival, il-Festi Nazzjonali, l-Milied u Lejlet Lapsi li huma fissi u oħrajn li jsiru matul il-bqija tas-sena. Barra minn hekk l-Uffiċċju tal-Kultura joffri assistenza kontinwa lill-Kunsilli Lokali u entitajiet kulturali u soċjali oħra fl-ippjanar u fil-loġistika ta’ l-attivitajiet li jorganiżżaw fil-belt u l-irħula ta’ Għawdex. Mis-sena l-oħra l’hawn, l-uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex qiegħed ukoll joffri opportunita’ unika għall-koordinazzjoni ta’ kultura ta’ livell għoli permezz taċ-Ċentru għal Kultura u Arti fiċ-Ċittadella. Dan mhux biss qed iservi bħala post għall-wirjiet varji jew kontinwi ta’ l-arti bħas-Sala tal-Ministeru għal Għawdex u l-Banca Giuratale imma qed ikun ukoll il-post fejn ser jiġi offrut program varju ta’ kultura krejattiva u nnovattiva. L-uffiċċju tal-Kultura, b’mod regolari wkoll joffri għajnuna varja lil diversi artisti Għawdxin, ta’ kull ġeneru biex jistabilixxu ruħhom fir-rejalta’ kulturali Għawdxija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5788 u cioè: billi jien nifhem li l-ebda unjoni tal-ħaddiema u tal-pensjonanti ma tagħti l-approvazzjoni tagħha biex min ikun ilu jistenna fil-kju ma jinqediex,u billi l-impjegati tal-ispiżerija jispiċċaw wara is-2 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa u f`nofsinhar nhar ta` Sibt, tista' l-Ministru tgħid min ħareġ l-ordni biex il-membri tal-pubbliku li kien ikunu ilhom jistennew fil-kju jintbagħtu lura f`nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt fil-ħdax x`ħin tagħlaq l-ispiżerija ?
Konxja l-Ministru li f`dipartimenti u sezzjonijet oħra tal-Gvern, f`Malta ma jsirx hekk ?
Billi l-Għawdxin li jużaw dan is-servizz m'għandhomx jkunu meqjusa bħala ċittadini tat-tieni klassi x`passi se tieħu kontra min ħareġ dawn l-istruzzjonijiet jew abbuża u kien qed ikeċċi lil iktar nies vunerabli fil-ħin li kienet tagħlaq l-ispiżerija, u meta l-istaff ta` l-ispizerija kien qed jibqagħlu sagħtejn u nofs xogħol qabel jispiċċa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u siegħa xogħol nhar ta` Sibt ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li minn xi nofs siegħa qabel, jiġifieri madwar il-11.30a.m., in-nies fil-kju kienu qed jiġu avżati mis-security staff ta' l-Isptar li kienu se jinqdew biss sa nofs in-nhar. Din is-sitwazzjoni ġrat biss għal għal ftit jiem għax id-Dipartiment ħareġ ordni biex jerġa' jitwal il-ħin tal-ftuħ tal-ispiżerija hekk kif ġiet innutata il-problema.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — Spiżerija - Quality Service Charter
Question
B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 5783,tista` l-Ministru tgħid meta se tiġi introdota l-Quality Service Charter għall-ispiżerija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li għal issa l-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex għad m'għandha l-ebda ħsieb li jiġi introdott il-Quality Service Charter għall-ispiżerija ta' l-isptar.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Spiżerija - ftehim bejn il-Unjoni Ħaddiema Magħqudin u d-Direttur tal-Customers Services
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5288 qalet li kien intlaħaq ftehim bejn il-Unjoni Ħaddiema Magħqudin u d-Direttur tal-Customers Services filwaqt li issa qed tikontradixxi lilha innfisha billi tgħid li ma hemmx ftehim bil-miktub “per se” ?
Tista` l-Ministru tagħti definizzjoni ta' ftehim?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ftehim li rreferiet għalih fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5288 huwa spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5788. Dan kien parti bil-miktub u parti verbali kif spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5788.
B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 5788, tista` l-Ministru tgħid jekk fejn se jibda jonqos l-istaff fid-Dipartiment tal-Customers Services hux sa jibdew jonqsu l-ħinijiet bħalma ġara fil-każ tal-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta` Għawdex?
X`se tagħmel il-Ministru fejn hemm
staff
iktar milli hemm bżonn,se jiżdiedu l-ħinijiet tal-ħaddiema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qatt ma tnaqqsu l-ħinijiet tax-xogħol ta' xi kategorija ta' ħaddiema.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5788, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-email li bagħtet l-Unjoni Ħaddiema Magħqudin fit-12 ta' Ottubru 2008 ?
Tista' l-Ministru titlob statement mingħand l-uffiċjal/uffiċjali fil-Ministeru tagħha li ħadu sehem f`dawn it-trattivi li saru mal-Unjoni Ħaddiema Magħqudin u tpoġġihom fuq il-Medja tal-Kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma nħossx li għandi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' korrispondenza li għaddiet bejn dipartimenti tal-gvern u xi unjoni.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5788, l-Unjoni Ħaddiema Magħqudin ġiet infurmata li l-pubbliku li kien qed ikun jistenna fil-kju għal siegħat twal fl-ispiżerija tal-gvern, kien qed jintbagħat d-dar u li kien ikollu jerġa' jmur darba oħra, u forsi anki iktar minn darba waħda jerġa' jistenna biex forsi jinqeda. Tista' l-Ministru tara li din il-kwestjoni tiġi solvuta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-ispiżerija ġewwa l-isptar t'Għawdex ġew mtawla mill-bidu ta' din is-sena. Ma jidhirx li baqa' xi problemi u kull min qed ikun fil-kju qed jinqeda.
Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tista` l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-indafa fit-triq imsemmija hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tal-lokalita'. Għaldaqstant nitlob lill-Onoreevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li r-residenti ta' Triq Qortin, Nadur, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-kwantità ta' ilma li din it-triq qed iżżomm kif ukoll dwar l-istat ħażin tat-triq u dan b'inkonvenjent għall-istess residenti, tista` l-Ministru tara li din il-problema tiġi ndirizzata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija taqa' fir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalita', nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista` l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta' x'ġara minn meta għalqet il-biċċerija f'Għawdex biex suppost reġgħet infettħet wara ftit xhur u tgħid għaliex kien hemm dan id-dewmien kollu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jien infurmata li minn meta għalqet il-biċċerija nħarġet offerta għal estensjoni tal-bini u saret il-kostruzzjoni. Inħarġet ukoll offerta għal Disinn, Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' apparat tal-biċċerija u Servizzi Anċillari fejn ħadd mill-offerti ma kien skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta. L-offerta reġgħet inħarġet u wara li l-bord tal-evalwazzjoni ta l-konklużjonijiet tiegħu kien hemm oġġezzjonijiet minn żewġ offerenti u l-appell tagħhom mistenni jinstema' fi ftit żmien ieħor. Sadanittant qiegħda ssir parti oħra mill-bini permezz ta' ħaddiema tal-Gvern.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm laboratorji tax-Xjenza u Teknoloġija fl-iskejjel tal-Istat f’Għawdex? F’liema skejjel qegħdin? X’apparat hemm f’kull wieħed minnhom? X’apparat hemm bżonn f’kull laboratorju? X’apparat hu maħsub li jinxtara matul din is-sena u fl-2010? Kemm hija stmata l-ispiża għax-xiri ta’ dan l-apparat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li skond survey ibbażat fuq l-opinjoni ta' dawk li għamlu użu mill-Gozo Discovery Bus is-sena l-oħra jirriżulta li l-proġett kien suċċess, tista' l-Ministru tgħid jekk din is-sena hux se jerġa jkun introdott dan is-servizz? Tista' tgħid kemm hemm persuni li għamlu użu minn dan is-servizz is-sena l-oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkorċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm persuni żari l-mużewijiet u postijiet arkeoligiċi ta' Għawdex matul is-sena 2008 separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2008, in-numru ta' viżitaturi li żaru l-mużewijiet u s-siti arkeoloġiċi f'Għawdex kienu dawn li ġejjin:
1. Mużewijiet : 49,843
2. Siti arkeoloġiċi: 197,152
Nirreferi lill-Ministru għall-istqarrija nru 0191 li l-Ministeru tagħha ħareġ fit-8 ta' Frar, 2009. Tista' l-Ministru tgħid:
Jekk l-arkivji humiex se jiġu wkoll rilokati fil-kumpless tal-lukanda Downtown?
Għaliex l-offerenti għall-kiri ta' spazju ma kenux mitluba jintrabtu b'bid bond biex jitħarsu l-interessi pubbliċi? Għaliex ma nħassitx l-ħtieġa li l-offerenti jkun hekk marbuta?
Kemm kienet l-orħos offerta? Min kien l-offerent? Tista' tpoġġi kopja ta' dik l-offerta u tal-irtirar tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Dwar xhiex intalbu l-approvazzjonijiet mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment? Meta saret kull talba? Meta ġiet approvata? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn it-talbiet u l-approvazzjoni tagħhom?
Liema artiklu tal-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali jesiġi li r-Reġistru Pubbliku u r-Reġistru ta' l-Artijiet ikunu fiżakament magħquda f'lokal wieħed?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li waħda mill-oriġinali tad-dokumenti li tinsab fl-arkivji se tibqa' fiċ-Ċentru Amministrattiv. L-offerenti għall-kiri ta' spazju ma kinux mitluba jintrabtu b'bid bond peress li dan il-każ ma kienx jinvolvi sejħa għall-offerti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Rigward il-mistoqsijiet l-oħra, ma nħossx li għandi nagħti aktar informazzjoni fuq dan il-każ aktar minn dik li tajt fir-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 5602 u 6009 minħabba n-natura kummerċjali tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid x'azzjonijiet, skemi, eċċ se jsir taħt Operational Programme II Project No 2.7 Training Courses to Enhance Employability and Adaptability of the Workforce?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li taħt Operational Programme II Project No 2.7 Training Courses to Enhanace Employability and Adaptability of the Workforce ser isiru korsijiet f'diversi lingwi.
Tista’ l-Ministru twieġeb l-aħħar żewġ mistoqsijiet ta’ mistoqsija parlamentari 5333 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġew riferuti lilha u tgħid kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw il-fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li tidher hawn taħt.
Din it-tabella turi t-total ta’ nies li jaħdmu fiż-żona industrijali ta’ Għawdex kif ukoll it-tip ta’ manifattura li ssir mill-fabbriki. Matul il-perjodu mitlub fil-mistoqsija jirriżulta li kien hemm seba` (7) fabbriki li naqqsu xi ħaddiema.
Total ta’ nies jaħdmu
Jannar 2008 2009
529 504
Fabbriki jimmanifatturaw
MARBLE WORKS
STONE DECORATORS
FURNITURE
FURNITURE
WEAVING
WROUGHT IRON PROD.
FURNITURE
FOODSTUFFS MANUF.
ALUMINIUM
LAUNDRY & DRY CLEANING
FURNITURE
SOFTWARE
SERVICE CENTRE
FOODSTUFFS MANUF.
TOOLS
BONDED SEALS
BAKERY
METAL PRODUCTS
FURNITURE
ICE CREAM MANUF.
DOUBLE-GLAZING GLASS
FASHION ACCESSORIES
PRINTING
FURNITURE
FURNITURE
FURNITURE