Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li matul l-2009 u s'issa daħlu fi ftehim mal-ARMS Ltd, biex iħallsu kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma, kienu persuni pensjonanti? Kemm kien hemm persuni li għamlu l-istess ftehim minħabba kontijiet li għandhom fuq il-postijiet tan-negozju tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant, illi matul is-sena 2009 s’issa, l-ammont ta’ nies li daħlu fi ftehim ma’ l-ARMS Ltd. biex jħallsu l-kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma, kien kif ġej:
2009 (WSC / EMC)
PENSJONANTI (IL-FUQ MINN 61-SENA) 382
RESIDENZI OĦRAJN 2727
ENTITAJIET KUMMERĊJALI 243
Total 2009 3352
2010 – s’issa
PENSJONANTI (IL-FUQ MINN 61-SENA) 395
RESIDENZI OĦRAJN 1774
ENTITAJIET KUMMERĊJALI 488
Total 2010 2657
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — uffiċċju fil-Belt
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn wara li ngħalqet il-fergħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Bieb il-Belt, ma nħassitx il-ħtieġa li jinfetaħ uffiċċju ieħor fil-Belt biex minnu jingħata servizz lill-konsumaturi? Jaħseb li huwa ġust li kulħadd qed jiġi mġiegħel jitla' Ħal-Luqa b'inkonvenjent kbir għal bosta b'mod partikolari għall-anzjani u nies li m'għandhomx trasport? Possibbli li d-Dipartiment tal-Artijiet li jinsab taħt id-dekasteru tal-istess Ministru m'għandu l-ebda post fil-Belt li jista' jiġi użat għal dan l-iskop?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 16378.
Korporazzjoni Enemalta — Marsa - Triq is-Serkin - bozza tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tilqa' t-talba li qed jagħmlu residenti fi Triq is-Serkin fil-Marsa biex ikollhom servizz ta' bozza f'din it-triq li bil-lejl tkun fi dlam ċappa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onoroveli Interpellant illi l-Enemalta mhix responsabbli għall-istallazzjoni ta' bozoz ġodda. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xhur kienx hemm ċittadini barranin li ġew impjegati mal-Malta Enterprise? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kienu dawk li ġew impjegati? Ta' liema nazzjonalità huma? Saret sejħa għall-applikazzjoni għal kariga, u jekk fl-affermattiv, fejn dehret din is-sejħa? Jista' jagħti dettalji dwar l-esperjenza ta' dawk li ġew impjegati u x'ħidma qed iwettqu? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ġew offruti għal din il-kariga?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm persuna waħda ta’ nazzjonalità barranija li ġiet impjegata mal–Malta Enterprise. Din il-persuna hija ta’ nazzjonalità Franċiża. Għal din il-pożizzjoni ħarġet sejħa għall-applikazzjoni fil-gazzetti lokali.
Il-persuna ġiet impjegata biex tieħu ħsieb kuntatti għall-investimenti mis-suq Franċiż lejn Malta. Il-pakkett finanzjarju huwa bħal ta’ kull impjegat ieħor fl-istess grad.
Statistika tal-impjiegi, dħul, numru ta' kumpaniji, profitti u informazzjoni ekonomika
Question
Jista’ l-Ministru jwiegeb għal mistoqsija parlamentari 16298 u jagħti l-istatistika nazzjonali għal dawn l-aħħar snin fis-settur tal-online gaming: impjiegi, profitti u value added, output fuq livell ta’ Prodott Gross Domestiku eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15590, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fondi allokati għall-investments incentives għall-industrija f'Għawdex għas-sena 2010 taħt item 7096 - Investment Incentives (subvention)?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tal-Artijiet — komputerizazzjoni tal-files
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proġett ta' komputerizzazzjoni tal-files li għandu d-Dipartiment tal-Artijiet? Kemm hu stmat li hemm files f'dan id-Dipartiment? Meta hu mistenni li jitlesta l-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern għadha kemm iffirmat ftehim biex l-operat kollu tagħha jiġi kompjuterizzat permezz ta’ sistema integrata u komprensiva li tinkludi modules għal (a) reġistrazzjoni tal-proprjetà permezz tas-sistema GIS; (b) immaniġġjar tal-proprjetà; (ċ) immaniġġjar tal-kuntratti; (d) sistema kompleta ta’ kontabbilità u (e) immaniġġjar elettroniku tad-dokumenti. Dan il-proġett magħruf bħala Land & Estate Management Information System (LEMIS) hu mifrux fuq tliet snin u fih hemm intiż li dak kollu li diġà hu kompjuterizzat jidħol fis-sistema minnufih, u wkoll jiġi kompjuterizzat kompletament kampjun ta’ files li llum għadhom manwali biex jiġi assigurat li din is-sistema taħdem kif suppost. Parallel ma’ dan il-proġett qed isir eżerċizzju ieħor biex naraw x’riżorsi hemm bżonn biex il-files kollha tat-Taqsima jidħlu f’din is-sistema. Barra minn hekk se jkun hemm it-taħriġ neċessarju għall-impjegati biex iħaddmu din is-sistema ġdida. Fit-Taqsima hu kkalkulat li hemm madwar 131,000 file.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-Marsa Pawer Station sena b'sena mis-sena 2000 sal-2009? F'liema xahar hu mistenni li din il-power station tkun tista' tiġi shut down?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta bdiet tirrikordja CO2 emissions li huma vverifikati mill-2005. Madankollu l-informazzjoni li tinsab hawn taħt huwa kkalkulat minn records ta’ kemm inħaraq fuel fil-Marsa Power Station (MPS).
Sena CO2 li gie produtt mill-MPS (tonnes)
2000 970548
2001 1116980
2002 1108139
2003 1141771
2004 1127616
2005 1159927
2006 1175288
2007 1213460
2008 1043935
2009 961727
Huwa ppjanat li l-Marsa Power Station ħa tingħalaq wara li jidħol fis-servizz l-
interconnector
għal Italja fl-2012 u tiġi istallata l-estenzjoni tal-144 MW
plant
f’Delimara.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern, fil-każijiet kollha ta' ħaddiema li (a) t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji sab li dawn sofrew inġustizzja u li kellhom jitqiegħdu fl-istat bħallikieku l-inġustizzja ma ġietx kommessa lilhom u (b) għandhom l-età ta' pensjoni u (ċ) is-sentenza tagħhom ma tistax tiġi esegwita minħabba raġunijiet varji, bħal per eżempju privatizzazzjoni tal-entità li kkommettiet id-diskriminazzjoni fil-frattemp (eż. l-MIA), huwiex qed iħallas lil dawn il-ħaddiema pensjoni bħallikieku s-sentenza ġiet esegwita jew inkella bil-pensjoni baxxa frott id-diskriminazzjoni li sofrew?
Jekk il-ġvern qed iħallas lil dawn il-ħaddiema bħallikieku t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji ma ppronunzja xejn, ma jaħsibx li dan hu ġust għax ikompli jżid is-sofferenza u d-diskriminazzjoni? Jaf il-gvern li l-Ombudsman ippronunzja ruħu ripetutament favur li bla ħsara għad-drittijiet l-oħra dawn jitħallsu pensjoni bħallikieku s-sentenza ġiet esegwita?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15999.
Ministerut tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
telf ta' produzzjoni fl-industrija — qtugħ tal-provvista
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kien hemm telf ta’produzzjoni fl-industrija minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku nhar it-Tnejn 22 ta’Marzu, 2010? Kien hemm industriji li lmentaw mal-Korporazzjoni Enemalta dwar dan? Kien hemm min talab kumpens?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ilmenti li kien hemm xi telf ta’ produzzjoni fl-industrija. Ta’ min iżid jgħid ukoll li l-Enemalta ma rċeviet l-ebda lment mingħand sezzjonijiet industrijali għall-qtugħ tal-provvista ta’ l-elettriku fid-data msemmija.
Applikazjzonijiet ta' fabbriki minn investituri barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal ftuħ ta’ fabbriki minn investituri barranin quddiem il-Malta Enterprise bħalissa? X’qegħdin jitolbu? X’beħsiehom jipproduċu? Kemm huwa pproġettat li se jimpjegaw nies?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Malta Enterprise qed tevalwa żewġ proġetti ppreżentati minn investituri barranin. Dawn joperaw fis-setturi ta’ l-inġinerija mekkanika u fl-ICT rispettivament u qegħdin jitolbu fabbrika u inċentivi tat-taxxa għal impjieg ta’ 73 persuna full time.
Il-korporazzjoni qegħdha tiddiskuti ukoll żewġ investimenti barranin oħra li għadhom fi stadju bikri.
Billi l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġie kkwotat mill-media jgħid fil-kuntest ta’ użu aħjar tal-Malta Conference Centre bħala multi purpose theatre li l-gvern Malti kien daħal f’negozjati biex jixtri proprjetà madwar l-MCC sabiex jipprovdi faċilitajiet għall-espansjoni, jista' l-Ministru jgħid dwar liema valur ta’ proprjetà qegħdin nitkellmu u x’inhi l-footprint kkonċernata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin isiru negozjati sabiex il-Gvern jixtri proprjetà mingħand il-privat sabiex jipprovdi faċilitajiet għall-espansjoni tal-Malta Conference Centre. Madanakollu, il-valuri tal-proprjetà u l-footprint kkonċernata, għadhom qed jiġu stabbiliti, peress li għadhom għaddejjin it-taħditiet mas-sidien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm safar minn uffiċjali tal-Malta Enterprise mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena? Min kienu l-uffiċjali li marru fuq kull safra, fejn marru u x'kienet ir-raġuni għal dan is-safar? Jista' jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa fuq kull delegazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2008 saru 165 safra, matul is-sena 2009 saru 121 safra, u minn Jannar sa Marzu tas-sena 2010 saru 23 safra, kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Malta Enterprise mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena? Kemm kienu l-ammonti separatament li ngħataw u x'kienet ir-raġuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm safar minn uffiċjali tal-Malta Industrial Parks mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena? Min kienu l-uffiċjali li marru fuq kull safra, fejn marru u x'kienet ir-raġuni għal dan is-safar? Jista' jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa fuq kull delegazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ safriet minn impjegati ta’ l-MIP mill-2008 sa llum kien dak ta’ tliet safriet u li saru minn tliet uffiċjali differenti, kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Malta Industrial Parks mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena? Kemm kienu l-ammonti separatament li ngħataw u x'kienet r-raġuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
Fabbriki li temmew l-operazzjonijiet tagħhom f'Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema fabbriki temmew l-operazzjoni tagħhom f'Malta matul is-sena 2009? Kemm kienu ilhom joperaw f'Malta u kemm kienu jimpjegaw nies?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15352.
Jista' l-Ministru jgħid kemm, kull dipartiment separat, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għandu jagħti lura ħlasijiet liċ-ċittadini Matlin u Għawdxin u lil kumpaniji, industriji eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
skemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm swew l-iskemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn mal-kumpaniji eż. Tarzna, Maltacom, monti, tal-linja, Ship Building, Sea Malta, Korporazzjoni Enemalta, Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Ajruport Internazzjonali ta' Malta eċċ., f'dawn l-aħħar 20 sena, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15816.