Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mtarfa Bypass — tarmac cracks

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa Bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5616 u 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermativ meta ser isir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — ħlas tal-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Raħħala b'titolu ta' qbiela — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-Gvern huwiex se joffri akkomodazzjoni alternattiva lir-raħħala kollha li jgħixu fid-diversi rziezet b'titolu ta' qbiela pagabbli lill-Joint Office liema rziezet se jkollhom jispiċċaw biex tiġi mgħoddija t-triq li se sservi lil Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Heliport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-użu tal-Heliport f'Għawdex bħalissa? Kemm hemm impjegati jaħdmu hemm? Minn min hu ffurmat il-bord tal-heliport? Kemm jitħallsu l-membri ta' dan l-bord? X'inhuma l-pjanijiet għall-2009 għall-Heliport? Vera li l-Armata sejra tibda tagħmel użu minnu għall-helicopters tagħha? Kemm kienet l-ispiża fil-manutenzjoni tal-heliport għas-sena 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità dwar it-trasport — Enforcement Units - overtime

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-ammont ta' overtime li sar mill-Enforcement Unit tal-Awtorità dwar it-Trasport bejn Jannar u Diċembru 2008? Jista' dan l-ammont jinqasam fi tliet kategoriji, jiġifieri l-overtime li sar mill-Enforcement Officers li jagħmlu testijiet tar-roadside, l-overtime li sar mill-Enforcement Officer responsabbli minn il-karozzi bi pjanċi ta' barra minn Malta (liema unit kien jikkonsisti għall-parti kbira tas-sena minn Enforcement Officer wieħed u l-overtime l-ieħor li sar mill-bqija tal-Enforcement Officers?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kontijiet tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kont tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma intbgħat li bih intalab ħlas tal-metres li kienu jaħdmu bil-mod? Jista jgħid kemm hu l-ammont totali li qed jintalab b'dawn il-kontijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma toħroġx kontijiet addizzjonali, kemm għal konsum jew renta ta’ meter f’każ ta’ meters li jaħdmu bil-mod.

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — Impjegati - deputizing allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li għandhom deputizing allowance u kemm minnhom jaħdmu Għawdex? Jista' jelenka f'liema gradi qegħdin dawn l-impjegati u għal liema raġuni qed jieħdu din l-allowance?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm għaxar (10) ħaddiema mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li jieħdu Deputizing Allowance u wieħed minnhom jaħdem Għawdex kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta — Kontijiet tad-dawl

Question

Stante li l-metre reader tal-Koroprazzjoni Enemalta jaqraw l-arloġġ kull sitt xhur u stante li l-kontijiet joħorġu kull xahrejn, jaħsibx il-Ministru li dan qed iwassal biex in-nies iħallsu flus għall-units li jkunu jiswew aktar skond iċ-ċaqliq tas-surcharge? Dan ifisser per eżempju li wieħed se jħallas f'Ottubru bis-surcharge bl-għoli ta' konsum li jkun sar f'Settembru meta surcharge kienet irħas. Jista' jindirizza din l-anomalija lill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Le. L-iskejjem tal-konsum u l-aġġustamenti spissi bil-qari attwali statistikament jinnewtralizzaw kull anomalija. Iżda barra minn hekk, jekk il-konsumatur ma tgħoġbux din is-sistema jista jċempel hu stess ir-"reading" tal-meter. Il-meters il-ġodda li jżommu kont tal-konsum għadhom jagħtu dettalji li għandhom jissodisfaw lill-konsumaturi kollha li qed iħallsu biss għal dak li jikkonsmaw.

Għawdex — Xlendi - Cruise Liners - faċilità ta' baga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-akbar tunnellaġġ u tul tal-cruise liners li jkunu jistgħu jużaw il-faċilità tal-baga fix-Xlendi? Meta hu mistenni li titqiegħed din il-baga? Kif u b’liema opri tal-baħar huwa maħsub li l-passiġġieri jkunu jistgħu jinżlu l-art? Fejn se jittrakkaw l-opri tal-baħar li jniżżlu l-passiġġieri l-art?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-cruise liners li se jkunu jistgħu ju¿aw il-baga fix-Xlendi jridu jkunu ta’ mhux iktar minn 20,000 tunnellaġġ (displacement) u 130 metru. Din il-baga mistennija li titqiegħed lejn nofs din is-sena. Il-passiġġieri huma mistennija jitwasslu l-art permezz ta’ tenders (dgħajjes ¿għar) tal-vapuri stess, u jitrakkaw mal-moll e¿istenti li hemm fil-bajja.

Liċenzja D

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex kien hemm numru ta' persuni li ġabu liċenzja D biex ikunu jistgħu issuqu coach/tal-linja/minibuses/taxi u minkejja li ħallsu kollox u għaddew mit-testijiet, il-liċenzja għadha miżmuma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għalkemm l-individwi kkonċernati huma liċenzjati biex isuqu vetturi għall-ġarr ta’ aktar minn tminn passiġġieri, (kategorija D), skond Parti IV tar-regolamenti dwar vetturi bil-mutur (licenzji tas-sewqan) – S.L.65.18, l-individwi għad iridu jottjenu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali skond l-istess regolament. Din ġiet fis-seħħ mill-10 ta’ Settembru 2008. Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex xufiera li ġabu l-liċenzja wara din id-data jiġu ippreparati biex jkunu jistgħu joqgħodu għal eżami necessarju biex jottjenu dan iċ-ċertifikat skond ir-regolament imsemmi aktar l’fuq.

Ħsara fil-linja tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li irrapurtat il-linja tat-telephone bil-ħsara peress li issa ilu gimgħat li l-każ ġie rapurtat?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-sistema tat-telefon ilha ma tkun responsabbilta tal-Gvern minn mindu l-Maltacom ġiet privatiżżata.

Fabbriki — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali li għandhom jitħallsu f’kontijiet tad-dawl u ilma minn fabbriki li joperaw minn Malta u Ghawdex? Kemm hemm li ilhom aktar minn sena li ħallsu xi kont u kemm ilhom aktar minn tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Imtarfa Bypass — junction

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir junction fl-Imtarfa bypass il-parti li tgħaddi quddiem il-bridge fejn l-Istazzjon Restaurant b'tali mod li l-vetturi li jkunu neżlin mill-Imtarfa jkunu jistgħu jaqsmu l-bypass għar-Rabat mingħajr periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li min-naħa ta’ l-Imtarfa (it-traffiku li nieżel l-isfel) il-karreġġjata hija one lane u m’hemmx post biex tiġi introdotta lay-by biex il-karozzi jkunu jistgħu jieqfu u jistennew it-traffiku tad-direzzjoni opposta, junction f’din il-parti tat-triq tkun perikoluża għas-sewwieqa.

Għawdex — Rabat - Skola tal-Lyceum - zebra crossing

Question

Peress li ż-zebra crossing li hemm quddiem l-iskola tal-Lyceum fir-Rabat Għawdex qed tkun ta' periklu, speċjalment bil-lejl, jista' l-Ministru jara li jsiru dwal biex jindikaw li hemm din iż-zebra crossing?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Bormla — Sur Santa Liena - xogħlijiet fuq triq

Question

Peress li fil-leġislatura l-oħra, f'domanda lill-Ministru responsabbli dwar xogħlijiet fit-triq ta' quddiem id-djar Sur Santa Liena Bormla, hu kien irrisponda "li l-Awtorità dwar it-Trasport tikkonferma li xogħlijiet f'din it-triq se jinbdew fil-ġranet li ġejjin peress li kien hemm id-diskussjonjiet bejn l-entitajiet li ħadu daqsxejn żmien aktar milli mistenni. Dawn id-diskussjonijiet waslu fil-final u kif ikunu ffinalizzati l-kuntratti ikun jista' jibda ix-xogħol". U peress li din ir-risposta ingħatat aktar minn sena ilum, ezattament fit-8 ta' Ottubru 2007, jista' l-Ministru jagħti indikazzjon meta jista' fl-aħħar isir dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-permessi meħtieġa nħarġu fil-ġranet li għaddew u x-xogħol għandu jibda.

Venda tal-Isptar Mater Dei — Public convenience

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5617, 5282, 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar u Xemxija — karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarx xi progress dwar il-possibilità li jkun hemm karozzi tal-linja li f'ċertu ħinijiet tal-ġurnata jitilqu mix-Xemxija, biex jaqdu aħjar lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi tax-Xemxija u San Pawl il-Baħar? Jekk ma ntlaħaqx ftehim, jista' jipprova jiffinalizza dawn id-diskussjonjiet qabel is-sajf?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija Nru. 2184, ninfurmah li s-suġġeriment tiegħu qiegħed ikun meqjus.

Buqana — Limiti tar-Rabat - ranġar il-linja tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-linja tad-dawl li tforni ż-żona ta' Buqana limiti tar-Rabat Malta tiġi mibdula għal waħda ġdida, liema linja u l-qtugħ kontinwu tagħha qed jikkawża ħsarat kontinwi fl-apparat domestiku tar-residenti fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ħafna mill-linji li saret referenza għalihom għandhom jitneħħew, u minnflokhom jibdew jaħdmu cables ta’ taħt l-art li diġa hemm fil-post, la darba x-xogħolijiet jitlestew.