Legislature:
Category:
Reset
Active:

pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pompi tal-petrol f'Malta u Għawdex u jgħid fejn qegħdin? Jista' jgħid kemm infetħu pompi ġodda mis-sena 2000 sal-lum u fejn jinsabu?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-MRA.

servizzi u prodotti mill-pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizz u xi prodotti jistgħu jinbiegħu mill-pompi tal-petrol?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Maltco — numru ta' banek tal-lottu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-banek tal-lottu li għandha l-Maltco f'Malta? Fejn jinsabu dawn il-banek tal-lottu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dan in-numru ta' banek jistax jiżdied, u jekk iva, x'inhi l-proċedura biex tinfetaħ banka simili?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija hawn taħt. 1. Preżentament il-Maltco għandha 217 banka tal-lottu. 2. L-informazzjoni dwar il-lokalità ta’ fejn jinsabu kull banka tal-lottu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. 3. Skont l-Att dwar il-Lotteriji u Logħob Ieħor, 2001, il-liċenzjat li preżentament hija l-Maltco trid tassigura li f’kull ħin in-numru ta’ banek li mhumiex tal-Keno ma jistax jaqbeż il-230. Waqt li n-numru ta’ banek tal-Keno ma jistax ikun aktar minn 350. 4. Sabiex banek tal-lottu tingħata liċenzja biex topera din teħtieġ tapplika għal-liċenzja mill-Maltco.

persuni 'l fuq minn 61 li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni 'l fuq minn 61 sena li jaħdmu u li jħallsu l-bolla? Kif inhuma maqsumin dawn bejn persuni self employed u impjegati rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-sena ta’ stima 2009 (sena bażi 2008) kien hemm 907 persuna 'l fuq minn 61 sena li jaħdmu u li jħallsu l-bolla. Minn dawn il-persuni, hemm 271 li huma self-employed u 636 li huma impjegati.

proċedura biex bdiewa jaqilbu l-qbiela għal lease

Question

Billi ġie rappurtat li l-bdiewa li għandhom qbiela jistgħu jaqilbu l-istess qbiela għal lease, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proċedura li trid tintuża minn min hu interessat li jagħmel din il-bidla? Kemm, sal-lum, kien hemm talbiet biex tkun tista' ssir tali bidla?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

ARMS Ltd. — penali għal min ma jħallasx il-kont fil-ħin

Question

Jista' l-Ministru jara li ARMS Ltd tirrevoka l-penali ta' 6% meta kont ma jitħallasx fil-ħin minn konsumaturi fil-bżonn tal-benefiċċju tal-enerġija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lil-Onorevoli interpellant, li l-vouchers tal-benefiċċju ta’ l-enerġija jinħarġu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ma' kull kont li jinħareġ lill-konsumaturi kkonċernati, liema benefiċċju jiġi rċevut ftit jiem wara li l-konsumaturi jirċievu l-kont. Dan isir bl-iskop li l-konsumaturi jużgħu l- voucher bħala ‘ part settlement ’ tal-kont li jirċievu, bil-bqija jkun jrid jitħallas mill-konsumatur innifsu. Peress li qed tingħata din il-għajnuna lil dawn il-konsumaturi, ma nħossux li għandha tiġi rrevokata din il-penali.

Korporazzjoni Enemalta — prezz tal-LPG mibjugħ lil Gasco

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari15524 u jgħid jekk il-mark up li sar mill-Korporazzjoni Enemalta fuq bejgħ ta’ LPG lil Gasco kienx ogħla jew inqas mis-sussidju fl-istess perjodu u b’kemm?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 15524.

Twaqqif ta' percipitators

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 15536, 15016 u 14644 u jispjega kif waqt li fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 13554, il-Ministru ta’ qablu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta Austin Gatt, qal li l-precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station għal numru ta' xhur matul l-2009 ġew imwaqqfin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba li nħarġet stop notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli, min-naħa l-oħra l-awtorità f'rapport datat Novembru 2009 qalet li l-Korporazzjoni Enemalta minn rajha waqqfet dawn il-precipitators?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kumpaniji ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15535 u 15017 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 15017.

Industrija — Piżijiet ġodda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15321, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar x'ried ifisser meta wieġeb li d-Divizjoni tal-Kummerċ ma daħħlet l-ebda piżijiet ġodda fuq l-industrija?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.

Proġett ta' Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta l-Lands Department ser ikun waqqaf in-National Investment Fund? Jista l-Ministru jagħti garanzija li mhu ser jkun hemm l-ebda piżijiet fuq it- taxpayers Maltin? Se jiġi żgurat li ma jkunx hemm kontijiet pendenti sakemm tintemm din il-legislatura b’riżultat tal-proġett ta’ Bieb il-Belt? Billi fil-konferenza stampa tiegħu ta’ wara il- budget il-Prim Ministru kien ħabbar li l-fond ser ikollu d-dħul tiegħu ġej mill- income fuq il-kirjiet u konċessjonijiet ta' art tal-gvern, kif ukoll minn investimenti fi stocks and shares lokalment u barra il-pajjiz, tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- projections li saru s’issa mill-Ministeru tal-Finanzi? Kif wieħed jista’ jirrikonċilja l-fatt li filwaqt li l-Prim Ministru qal li in-National Investment Fund se jkun imwaqqaf mil-Lands Department, is-Segretarju Parlamentari konċernat qal lil ġurnal lokali nhar l-14 ta' Marzu 2010 li m'huwa fl-ebda mod responsabbli għal dan l- investment fund ? Jekk il-gvern ser jiffinanzja l- investment fund minn bejgħ ta’ assi tal-gvern, dan mhux xorta waħda se jirrappreżenta nuqqas fid-dħul totali tal-gvern bħala gvern fejn jidħol revenue ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif kollu meħtieġ dwar it-twaqqif tan-National Investment Fund, kif imħabbar fid-diskors tal-budget, se jingħata meta jitlestew il-pjani kollha li qegħdin jitħejjew.

pjan tal-gvern tal-ġenerazzjoni tal-enerġija

Question

B'referenza għall-pjan tal-gvern tal-ġenerazzjoni tal-enerġija 2006-2015, jista' l-Ministru jgħid liema biċċiet minn dan ir-rapport implimenta u liema ma implimentax? Għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-generation plan rrakkomandat l-istallazzjoni tal-impjant il-ġdid u l-interconnector. L-Enemalta diġà għamlet kuntratt għall-istallazzjoni tal-impjant il-ġdid tal-144MW u qiegħda fil-proċess għat-tender tal-interconnector għal Sqallija.

Malta Drydocks — bini ta' vapur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vapur issewwa fil-Malta Drydocks sena f'sena fl-aħħar għoxrin sena? Jista' jgħid kemm-il vapur inbena fl-aħħar għoxrin sena, sena b'sena fil-Malta Shipbuilding? Jista' jgħid kemm-il yacht jew super yacht issewwa fil-Manoel Island Branch tal-MDD mid-data tat-twaqqif tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — flus f'tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-Korporazzjoni Enemalta sena b'sena fl-aħħar ħames snin f'tiswijiet straordinarji fuq il-units tal-power stations nostrani li jipproduċu l-enerġija? Fuq liema units?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Units tal-power stations

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-units (boilers eċċ.) fi ħdan il-power station ta: a) Delimara; b) il-Marsa; li jipproduċu l-elettriku u jgħid f'kull unit kemm-il darba l-unit de quo: a) kien wieqaf; b) kellu ħsarat xahar b'xahar fl-aħħar sentejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rabat — Triq għal Ħad-Dingli - riħa ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi investigata l-kawża għall-ħolqien ta' riħa ta' drenaġġ li qed ikun hemm fl-inħawi tar-Rabat qabel ma tibda t-triq għal Ħad-Dingli (Dingli Road) peress li din ir-riħa qed toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għalkemm kien hemm problema fis-sistema tad-drenaġġ li kienet qed tikkawża riħa tinten fit-toroq imsemmija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma solviet din il-problema u r-riħa m’għadhiex hemm. Peress li din il-mistoqsija diġà ġiet imwieġba f’Jannar li għadda, jekk l-Onorevoli Interpellant għandu dettalji ta’ min qed jagħmel l-ilment, il-Korporazzjoni tista’ titkellem mal-konsumatur biex tikkonferma li m’għadx baqa’ xi problema lokaliżżata.

post alternattiv ġol-Belt Valletta stess għall-uffiċċju tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li wara li ngħalaq l-uffiċċju tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-Belt Valletta minħabba l-proġett ta' Bieb il-Belt, jinstab post alternattiv fil-Belt stess peress li dawn l-uffiċini kienu komdi għal dawk il-persuni li jużaw it-trasport pubbliku u t-trasferiment ta' dawn l-uffiċċji għal Ħal Luqa qiegħed joħloq inkonvenjent għal dawn il-persuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi għaddej eżerċizzju sabiex ijġi identifikat sit alternativ għal uffiċċju tal-Customer Care li kien f’Bieb il-Belt.

Korporazzjoni Enemalta — wire tad-dawl irranġat

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tirranġa wire tad-dawl li nqala' minn postu u li ġie rapportat mill-Kunsill Lokali Qormi quddiem id-dar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-wire li qiegħda ssir referenza għalih mhux responsabilta tal-Enemalta iżda ta’ terzi persuni.

Kuntratt ta' Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15289 li ilha pendenti għal dawn l-aħħar xahar u nofs u ċioe: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tal-kuntratt ta' meta l-Gvern għadda Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc, inkluż il-kopji uffiċjali tad-dokumenti kollha u l-pjanti annessi mal-istess kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.