Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjoni ta' enerġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5837 u jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-enerġija kull xahar għal dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm minn dan l-elettriku ġie prodott mill-power station tal-Marsa u kemm minn ta' Delimara?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-sena 2008.

Każ ta' bejgħ ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux minnu li sinjur li d-dettajli tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu post li jrid ibiegħu u ġie infurmat li jekk jixtri ċ-ċens ikollu jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar? Jista' jsir xi ħaġa jew dan is-sinjur hemm bżonn li jkollu laqgħa mad-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex — terminal - manutenzjoni ħabba xita

Question

Peress li kull meta tagħmel ix-xita, it-terminal tal-passiġġieri f'Għawdex jimtela' bl-ilma, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-kaġun ta' dan u x'qed isir biex dan jiġi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din ix-xitwa żviluppaw problemi lokalizzati ta’ dħul ta’ ilma fit-terminal ta’ l-Imġarr. Kawżi huma relatati ma’ xi problemi ta’ waterproofing u expansion joints . It-terminal mhux qed “jimtela bl-ilma” u l-ilma li qed jidħol qed jiġi kkontrollat mill-operatur tat-terminal, il-Gozo Channel Co. Ltd. Xi xogħolijiet ta’ manutenzjoni diġa saru biex twaqqfu xi wħud mill-problemi ta’ l-ilma. Hemm ukoll xi xogħolijiet li għalihom ħarġet offerta pubblika.

Mġarr — Parkeġġ - illuminazzjoni mhux adegwata u senjaletika mhux ċara

Question

Peress li qed ikun hemm ilmenti li s-senjaletika fil-parkeġġ tal-Imġarr mhux ċara biżejjed u hemm ukoll problema ta' illuminazzjoni mhux adegwata u in konsegwenza ta' dan ħafna qed ilaqtu ċitazzjonijiet appuntu għax mhux qed jaraw is-sinjal, jista' l-Ministru ġentilment jindirizza din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil-ADT.

Sistemi ta' telefonija ċellulari — periklu tar-raġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiċċertifika li l-antenni/repeaters li qed jitwaħħlu għal sistemi ta' telefonija ċellulari fuq il-bjut humiex bla periklu jew ħsara fiżika lir-residenti tal-viċin minħabba r-raġġi li jkunu qed joħorġu minnhom? Kif wasal għall-konkluzjonijiet tiegħu u liema studji qed jikkwota?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li-liċenzja li l-MCA toħroġ lill-operaturi tirrikjiedi li l-operaturi jiddisinjaw u jħaddmu in-network tagħhom b’mod li l-livelli ta’ radjazzjoni ma’ jeċċedux il-levelli tal-ICNIRP (International Commission for Non-Ionising Radiation Protection). Għaldaqstant l-MCA tagħmel audits fuq installazzjonijiet ta’ mobile phone base station antennae biex tkejjel il-livelli ta’ radjazzjoni emessi minn dawn l-installazzjonijiet biex jiġi kkonfermat li r-radjazzjoni hija konformi ma l’obbligi tal-liċenzja. Ir-riżultati ta dawn l-audits huma pubbliċi. Peress li l-MCA m’għandha l-ebda kompetenza li tirrigwarda is-saħħa pubblika, il-levelli msemmija huwa ikkonfermat mid-Dipartiment tas-Saħħa, u huma wkoll konformi mar-Rakomandazzjoni tal- World Health Organisation kif wkoll tal-EU 1999/519/EC.

WasteServ — Kunsulenti legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn huma l-konsulenti legali tal-WasteServ Malta? Meta rebħu l-offerta? Kemm hu twil f'ammont ta' żmien il-kuntratt li sar magħhom? Kemm hi r-rata li jitħallsu biha? Il-Gvern huwa marbut magħhom b'xi mod? Huma kif inhuma marbutin mal-Gvern? Xi jsir jekk jinkiser dan il-ftehim? Hemm penali min-naħa tal-Gvern jew tagħhom li jridu jħallsu jew jitħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Tarxien — Triq Bartolomew - Linja tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu azzjoni immedjatament sabiex il-linja tad-dawl li tinsab fi Triq Bartolomew, Tarxien tinbidel peress li dik eżistenti hija antika u r-residenti qed ikollhom problema minħabba li d-dawl qiegħed dejjem jilgħab?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Enemalta.

Tarxien — Triq Sant Anna - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi tip ta' xogħol fi Triq Sant Anna, Tarxien peress li qiegħed jiżbokka drenaġġ bl-ilma f'kantina fi Triq San Bartolomew, Tarxien peress li s-sistema tad-drenaġġ hija antika u t-tarmak huwa fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku ħalli nkun nista' nwieġbu aħjar, dejjem jekk ikollu l-kunsens bil-miktub tal-individwu/i konċernat/i.

Toroq arterjali li se jsir xogħol fuqhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tat-Toroq — bdil fl-isem

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5668 u jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq (Network Infrastructure Directorate) fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport inbidilx l-isem tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-isem il-ġdid u għalfejn saret din il-bidla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Operaturu fis-servizz differenti tal-kommunikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma, u liema huma, l-operaturi fis-servizzi differenti tal-komunikazzjoni li għandhom liċenzja jew l-awtorizazzjoni li jagħtu dan is-servizz? Liema huma f'kull settur l-kampanniji li huma meqjusa li għandhom dominant position fil-qasam partikolari tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Ninsab infurmat li ħadd mill-operaturi m'għandu posizzjoni dominanti.

Kuntratturi għax-xogħol ta' manutenzzjoni urġenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kuntrattrui li tqabbdu jagħmlu xogħol ta' manutenzzjoni urġenti wara li kellna ġimgħat sħaħ ta' xita f'pajjiżna? Minbarra dan ix-xogħol hemm il-ħsieb li joħorġu tenders oħra speċifiċi biex ikun hemm programm kontinwu ta' manutenzjoni fit-toroq tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċilindri tal-gass maħżuna fuq trakk

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn suppost jiġu maħżuna ċ-ċilindri tal-gass meta jkunu fuq it-trakk? Huwa permess li dawn jinżammu f'postijiet li huma abitati min-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Speed limit fit-Triq tal-Barrani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5243 u 5730 u jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmel speed limit wieħed fit-Triq tal-Barrani minħabba li hemm tabelli li qed juru limiti tas-sewqan differenti? Nista' nissuġġerixxi li l-limitu tas-sewqan f'din it-triq arterjali jkun bħal f'toroq oħra simili jiġifieri dak ta' 70 km/h?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

każ ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji eżatti dwar il-vettura li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament, u jgħid fuq min qegħda din il-vettura u meta sar, jekk sar transfer fuqha?

Response (GATT, AUSTIN)

Għal raġunijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data inħoss li ma nistax nagħti l-informazzjoni mitluba.

Għawdex — Cruise Liners

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5690 u jgħid jekk sarx xi studju ta’ fattibilità ta’ impatt ambjentali, ta’ fattibilità finanzjarja, loġistika, eċċ. dwar proġetti ta’ faċilitajiet ġodda fil-portijiet f’Għawdex biex ikunu jistgħu jidħlu cruise liners f’Għawdex? Jekk saru meta saru u minn min? Liema portijiet ġew identifikati fejn dawn il-faċilitajiet għandhom jiġu provduti? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2005 l-Awtorita’ Marittima kkumissjonat feasibility study u Environmental Impact Assessment (EIA) għall-iżvilupp ta’ cruise berth l’barra mill-port ta’ l-Imġarr, Għawdex. Dan l-istudju sar mill-kumpanija Ecorys B.V. L-EIA ġie sottomess lill-MEPA fejn fuq rakkomandazzjonijiet ta’ din l-Awtorita’ se jiġi aġġornat. Min-naħa l-oħra, aktar reċenti, ġew żviluppati disinji iktar dettaljati u ser jiġu ikkonsidrati alternattivi oħra għal dan il-proġett. Għaldaqstant il- feasibilty study oriġinali għandu wkoll jiġi rivedut.

Birżebbuġa — Triq tal-Ġebel - drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk sarx xi ħaġa biex meta tkun ix-xita ma jinżilx materjal fi Triq tal-Ġebel, Birżebbuġa minn mandra tal-baqar li tinsab f'nofs l-istess Triq? Jista' jgħid ukoll jekk hux se jittieħdu xi passi biex dan l-inkonvenjent jispiċċa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.