Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar it-Trasport — Liċenzja għal double-deckers open tops

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm-il liċenzja ngħatat mill-ADT sabiex jigu operati double-deckers open tops matul dawn l-aħħar erba' snin? Lil min ingħataw dawn il-liċenzji u għal liema skop qed jintużaw? Jista' jispjega għaliex liċenzja simili għadha s'issa ma ngħatatx. lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jaf bid-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust f'każ simili ftit xhur ilu fil-każ tal-Garden of Eden? Jista' jgħid x'inhuma l-konsiderazzjonijiet tiegħu fuq tali deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Imġarr, Għajn Tuffieħa u Xemxija — features ta' sigurtà fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-toroq mill-Imġarr sa Għajn Tuffieħa u mix-Xemxija sa Għajn Tuffieħa, li fil-parti l-kbira tagħhom qatt ma kellhom dawl stallat fihom, jiżdiedu fihom dawn il-features ta' sigurtà li hemm bżonn biex jiġi assigurat li jonqsu l-perikli għas-sewwieqa b'mod partikolari matul il-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Privatizzazzjoni tat-Tarnża

Question

Peress li issa n-numru ta' ħaddiema fuq il-kotba tal-Malta Shipyards niżlu għan-numru li xtaq il-gvern jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fuq il-privatizzazzjoni tat-Tarzna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Direttorat tat-Toroq — field Officers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk xi wieħed mil-field officers fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li saru f'Ottubru 2006 u li huma inkompetenti se jitneħħew? Jekk fl-affermativ, kif se jingħażlu l-persuni li se jitiħdulhom posthom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — main ta' anzjana

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5567 u jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċirkewwa — terminal ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jinbena terminal ġdid fiċ-Ċirkewwa bħal dak li sar fl-Imġarr Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hu ippjanat li jinbeda x-xogħol fuq dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.6067.

Paola — Triq Għajn Dwieli

Question

Jista' l-Ministru jara li fi triq arterja, Għajn Dwieli Road, Paola quddiem id-dar no: 122, issir crash barrier u issir speed camera minħabba l-ammont ta' inċidenti li qegħdin iseħħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Xemxija — Simar - għaqda ambjentali - diskussjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk tkomplewx id-diskussjonijiet ma' xi għaqda ambjentali biex is-Simar (fl-inħawi tax-Xemxija) jgħaddi taħt l-amministrazzjoni ta' din l-għaqda? Jekk iva, fiex waslu d-diskussjonijiet u meta hu mistenni li fil-fatt jiġu konklużi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Karozzi Second Hand — importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex l-importaturi tal-karozzi second hand ma setgħux jistabilixxu il-prezzijiet li bihom kellhom ibiegħu l-vetturi impurtati, u dan minkejja li għaddew diversi ġimgħat matul l-2009? X'wassal għal dan id-dewmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li b'eċċezzjoni ta' vetturi wżati impurtati minn barra l-Unjoni Ewropeja, il-valuri tal-karozzi second-hand ilhom jistgħu jkunu jiġu aċċessati mill-portal www.vehicleregistration.gov.mt sa mill 14 ta' Jannar 2009. Kif kien tħabbar kien hemm waqfa fir-reġistrazzjoni ta' vetturi second-hand impurtati qabel din id-data sakemm saret verifika ta' l-informazzjoni. Ukoll, fejn jirriżulta li jkun hemm bżonn xi tibdiliet tekniċi għal xi mudelli partikolari dan qed isir. Ta' min isemmi li fis-sistema' hemm madwar 40,000 kombinazzjonijiet ta' vetturi. F'dak li għandu x'jaqsam ma' vetturi wżati li huma impurtati minn barra s-suq Ewropej, il-Gvern ukoll stabilixxa l-valuri ta' dawn il-vetturi. Dan billi l-Vehicle Certification Agency (VCA) ipprovdiet informazzjoni li biha kienu identifikati mudelli ekwivalenti jew simili fis-suq Ewropej. Ukoll, peress li l-carbon dioxide emissions ta' dawn il-vetturi huma mkejla b'mod differenti mis-sistema' Ewropeja qegħdin nistennew riżultati mingħand il-VCA ta' testijiet fuq kampjun ta' vetturi, li bihom ser ikun stabilit ir-ratio ekwivalenti għal standards Ewropej. Ta' min jgħid li l-bidla f'din is-sistema kienet waħda komplessa, u għalhekk bħal kull bidla radikali jkun jinħtieġ perjodu ta' tranżizzjoni. Fil-frattemp nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern laħaq ftehim ma' l-importaturi tal-karozzi second hand, illi mill-11 ta' Frar 2009, jistgħu jirreġistraw karozzi li m'humiex immanifatturati għas-suq Ewropew la darba jkunu ċertifikati l-emmissjonijiet tal-karozza, jiġifieri l-livell tas-CO 2 ikun konformi ma dawk immanifatturati għas-suq Ewropew. Din iċ-ċertifikazzjoni tinħareġ biss minn aġenziji speċjaliżżati u awtoriżżati għal dan il-għan fl-Ewropa bħal per eżempju il-Vehicle Certification Agency (VCA). Għalhekk dawk l-importaturi li għandhom karozzi importati minn swieq mhux Ewropej fl-imħażen tagħhom għandhom jinfurmaw lid-Direttorat tal-Liċenzji fi ħdan l-ADT.Għal dawn il-karozzi li jinsabu f'Malta diġa, l-importaturi għandhom jippreżentaw ċertifikat temporanju ta' ekwivalenza ma' mudelli simili fl-Ewropa li għandu wkoll jinħareġ minn l-istess aġenziji speċjaliżżati u awtoriżżati għal dan il-għan fl-Ewropa. Id-data ta' l-għeluq għal din il-miżura temporanja hija t-Tlieta, 3 ta' Marzu 2009.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

B’riferenza għall-mistoqsijiet 5338, 4813, 3052, 3465 u 5721, il-fatt li l-Ministru mhux qed jagħti t-tweġiba mitluba jfisser li għad mhux deċiż ix-xogħol li ser isir matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Le, ir-raġuni hi li l-file għadu ma ġiex lura mill-enti konċernata.

Smart City — Xogħol infrastrutturali

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5723, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jagħti risposta għall-mistoqsijiet dwar xogħol infrastrutturali marbut mal-proġett ta’ Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċirkewwa — terminal - manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-passaġġ li hemm fiċ-Ċirkewwa li jieħu mit-terminal sa ħdejn il-vapur, issirlu manutenzjoni u tibjijda xierqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita Marittima ser tikkordina mal-Gozo Channel, bħala l-operatur tat-Terminal ġewwa iċ-Ċirkewwa sabiex ssir manutenzjoni neċessarja. Dan ser isir fl-ambitu u f’ko-ordinament max-xogħolijiet relatati mal-bini tat-terminal il-ġdid sabiex ma jsirux xogħolijiet fuq strutturi li ser jitwaqqgħu fil-futur.

San Pawl il-Baħar — Limbordin - bini ta' substation

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li fl-inħawi ta' Limbordin (San Pawl il-Baħar) tinbena substation ġdida mill-Korporazzjoni Enemalta? Meta hu mistenni li tinbena din is-substation u x'se jkun l-użu tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Furjana — Triq Sant' Anna - Mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5928 u 5634 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-kunsill lokali għal tant żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Blata l-Bajda — Triq Dun Ġorġ Preċa

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5619, fil-każ ta' Triq Dun Ġorġ Preca, Blata l-Bajda, Ħamrun, peress li hemm serje ta' lamp posts wara xulxin bla dawl fil-viċinanza ta' siġar, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5927 u jara jirriżultax li hi l-Korporazzjoni Enemalta li trid tirranġa l-ħsarat x'aktarx taħt l-art - u dan wara ġimgħat ta' dlam ċappa li dwaru rrapportaw diversi residenti kif ukoll il-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Naxxar u Iklin — cats eyes fit-toroq

Question

Billi numru sostenzjali mill-cats eyes li kien hemm fit-triq bejn is-Salina u n-Naxxar u mis-Salina sa l-Iklin, fil-fatt jew inqalgħu jew m'għadhomx jidhru, u billi d-dawl f'din l-istess triq qatt ma ġie stallat, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex din it-triq issir iktar tajba għas-sewqan bil-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.