Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar mal-Environment Landscapes Consortium għall-estensjoni għal Għawdex tal-kuntratt tagħhom għal Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi l-Ministeru għal Għawdex ma għamel l-ebda kuntratt mal-Environment Landscapes Consortium, pero dan il-Konsorzju estenda x-xogħol ta' "Landscaping" f'Għawdex.
Gozo College — unit partikolari għal ħidma fuq opportunitajiet
Question
Tista' l-Ministru tikkonsidra li l-Gozo College ikollu unit partikolari fi ħdanu li tkun taħdem fuq opportunitajiet li jista' jibbenefika minnhom il-kulleġġ permezz ta' programmi tal-Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Is-suġġeriment tal-Onorevoli Nterpellant qiegħed jiġi kkunsidrat.
Tista' l-Ministru tgħid x'investiment f'tagħmir ġdid tas-saħħa hemm maħsub għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tagħmir ġdid tas-saħħa li hemm maħsub għall-isptar Ġenerali ta' Għawdex huwa indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'hemm proġettat għall-futur biex Għawdex jkompli jiġi reklamat bħala destinazzjoni turistika distinta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Li Għawdex hu rikonoxxut bħala destinazzjoni distinta hu riżultat ta’ kif ħdimna matul l-aħħar snin ma’ l-istakeholders involuti fis-settur turistiku f’Għawdex, biex jintlaħaq dan il-għan. Għalhekk hija l-intenzjoni tagħna, li kif għamilna fis-snin li għaddew ser inkomplu nagħmlu dak kollu possibbli biex nagħtu distinzjoni lil destinazzjoni Għawdex.
Ta’ min isemmi li r-reklamar tas-settur turistiku, inkluż dak relatat mal-gżira ta’ Għawdex, jaqa taħt ir-responsabilita’ ta’ l-awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Din l-Awtorita’ tinkopora fi ħdana t-taqsima li twaqqfet speċifikament biex tirreklama u tikkoordina l-ħidma b’risq is-settur turistiku f’Għawdex. Il-funzjoni ta’ din it-taqsima hija integrata f’dik li hi l-istrateġija pubbliċitarja ta’ l-MTA anke fir-rigward tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali attwali.
Il-Ministeru għal Għawdex, kif għamel f’dawn l-aħħar snin, ser ikompli jagħti għajnuna lil dan is-settur anke permezz ta’ finanzjament biex tagħmel possibbli l-preżenza ta’ rappreżentanti tal-GTA f’fieri internazzjonali ewlenin tat-turiżmu. Ser inkomplu naħdmu u nagħtu l-appoġġ biex jiġu organizzati attivitajiet li jkollhom potenzjal li jattiraw numru mdaqqas ta’ turisti kemm barranin kif ukoll Maltin, speċjalment fix-xhur anqas popolari. Dawn l-attivitajiet qegħdin ikunu strumentali biex jesponu l-karattru distint Għawdxi u għalhekk huma wkoll mezz li fl-istess waqt jirreklamaw lil gżira. Fuq kollox ser inkomplu nikkunsidraw mezzi oħra li bihom Għawdex jista' jibqa jiġi rreklamat b'mod distint bħal ma għamilna s'issa.
Ilkoll konvinti li Għawdex għandu l-karatteristiċi soċjoloġiċi u ekoloġiċi tiegħu li għandhom bżonn ikunu mħarsa fid-dimensjoni fiżika tagħhom kif ukoll f'dik umana, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid x'inhu jwettaq il-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex, filwaqt li għaddej bil-ħidma tiegħu biex jara li l-programm tal-Gvern fħal Għawdex għal din il-Leġistura fitwettaq, qed jassigura li d-dimensjoni u r-realtajiet ta' Għawdex ikunu indirizzati kif xieraq kemm fl-istrateġija, dif ukoll fil-ħidma ordinarja tal-Gvern.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jitħejja xi dokument ta’ strateġija għat-twettiq tal-Viżjoni eko-Għawdex? Jekk fl-affermattiv, minn min qed jitħejja? Meta mistenni li jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa qed jitħejja dokument ta’ strateġija mill-Ministeru għal Għawdex mgħejjun minn team ta' esperti kkordinat mill-Kumpanija Ernst & Young. Dan mistenni jitlesta fix-xhur li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inizzjattivi ġodda ttieħdu dwar l-Eko-Għawdex minn meta ġie varat dan il-konċett ‘l hawn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li apparti li sar programm ta’ konsultazzjoni wiesa u qed tiġi mħejjija l-istrategija, fil-Ministeru għal Għawdex, sar, jew għaddej xogħol fuq diversi proġetti fosthom xiri ta’ karozzi elettriċi, pakkett ta’ riżorsi għall-għalliema, kampanja ta’ edukazzjoni fid-djar, iniżjattiva l-enerġija alternattiva, valorizzar tal-enerġija alternattiva tradizzjonali, korsijiet edukattivi, promozzjoni ta Għawdex għall-investiment, l-użu ta’ ilma
‘
second class
’, u riżorsi edukattivi għat-tfal.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6429, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-tifdil fuq miżura 4.1? Meta saret it-talba u lil min biex dan it-tifdil jintuża għal xogħolijiet addizzjonali fuq it-training hotel? X’inhuma x-xogħlijiet addizzjonali li hemm/kien hemm bżonn li jsiru fuq it-training hotel? Għaliex inħoloq il-bżonn għal dawn ix-xogħlijiet addizzjonali u meta nħoloq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tifdil fuq miżura 4.1 kien jammonta għal €52,255.06. It-talba biex jintużaw dawn il-fondi saret f'Diċembru 2008 lill-Managing Authority. Ix-xogħolijiet jinkluldu x-xiri u tqegħid ta' photovoltaic panels u x-xiri ta' iżjed tagħmir għal kċejjen. L-għan hu li tinutża enerġija altlernalttiva u li jkompli jiżdied il-potenzjal tat-taħriġ li jista jingħata fl-ITS.
Peress li l-Gvern għandu l-iskop li joħloq ambjent ekonomiku, soċjali u politiku fejn l-ekonomija ta' pajjiżna tkun tista' tikber u tiżviluppa, jista' l-Ministru jgħid kif din il-politika qed tiġi applikata għar-rigward tal-gżira Għawdxija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Nterpellant li peress li dan l-iskop huwa fuq bażi nazzjonali wieħed jifhem li dan hu wkoll applikabbli għall-Għawdex.
Naturalment, il-Ministeru għal Għawdex fl-inizjattivi u proġetti li jidħol għalihom iżomm quddiem għajnejh dawn l-oqsma biex ikun hemm effett pozittiv fuq l-ekonomija f'Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibda jiffunzjona ċ-ċentru tal-Adult Training Centre fir-Rabat Għawdex? Tista' tinforma lill-Kamra jekk meta jiftaħ dan iċ-ċentru hux ser jibdew jingħataw xi servizzi speċjalizzati fil-komunità mill-persuni li jattendu dan iċ-ċentru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li l-Adult Training Centre fir-Rabat ser jibda jiffunzjona fi żmien qasir.
Dan iċ-Ċentru inbena apposta biex jagħti servizz lil adulti b'diżabilita' u allura kemm l-ambjent innifsu tal-post kif ukoll is-servizz ser ikun possibbli li jingħata b'mod aktar adattat u professjonali.
Skema għal Proġetti Turistiċi — fondi strutturali ewropej
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-€10 miljun li ġew allokati għall-Iskema għal Proġetti Turstiċi minn fondi strutturali Ewropej hux se jibbenifikaw minnhom operaturi turistiċi Għawdxin? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-operaturi li jistgħu jibbenefikaw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għawdex — San Lawrenz - Triq ir-Rabat - xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jibda u jitlesta ix-xogħol għat-tkomplija tat-Triq Rabat f'San Lawrenz? Fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-offerta għax-xogħlijiet fl-ewwel parti tat-triq ser tiġi ppubblikata fi ftit żmien ieħor, filwaqt li qiegħdin jiġu ppreparati offerti għall-bqija tat-triq, kif ukoll t-triq li twassal għad-Dwejra. Ix-xogħlijiet ppjanati li jsiru din is-sena u d-dati tagħhom jiddependu mill-eżitu ta' l-offerti. Ix-xogħlijiet li ser jsiru jinvolvu rikostruzzjoni ta' Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz u kisi mill-ġdid ta' Triq il-Ġebla tal-Ġeneral. Minħabba li għadhom qegħdin joħorġu l-offerti, ma huwiex prudenti li tingħata l-istima f'dan l-istadju.
Tista' l-Ministru tispjega għalfejn xogħol li kien inbeda madwar tliet snin ilu biex jiġi restawrat parti mis-swar taċ-Ċitadella, issa ilu għal bosta xhur wieqaf bil-konsegwenza li fl-istess żona qed tirrenja dehra ta' telqa, abbandun, ħmieġ u mismanagement assolut f'post li huwa t'attrazzjoni kbira għat-turisti li jżuru Għawdex? Tista' tindika data meta dan ix-xogħol ser ikun jista' jitkompla u fuq kollox jitlesta biex jitneħħew l-istrutturi li ilhom għal żmien twil fil-post?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa qiegħed isir xogħol fuq l-armar tal-iskaffolding biex ikun jista jitkompla ix-xogħol ta' restawr.