Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4000 u tgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-perjodu Jannar 2008 sa Marzu 2009 hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Rigward is-snin 2004-2007 nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet Parlamentari Numri 7542, 18073, 25148, 26033 u 28280.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7065, tista’ l-Ministru tgħid fuq liema bażi l-Ministeru tagħha qed iħallas għax-xogħol li jagħmel dan il-consortium f’Għawdex ladarba l-Ministeru tagħha m’għandu l-ebda kuntratt mal-istess consortium? X’awtorità u/jew kontroll għandu l-Ministeru tagħha fuq il-consortium? Min jagħti lill-consortium id-direttivi u l-istruzzjonijiet dwar x’għandu jsir f’Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Environmental Landscapes Consortium estenda l-kuntratt li għandu f'Malta biex ikopri xogħolijiet ta' landscaping f'Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex jiddeċiedi liema proġetti għandhom isiru.
Bħalma jsir f'Malta, ix-xogħolijiet huma kkontrollati mill-Malta Embellishment and Landscaping Project, li tanalizza l-proposti tal-ELC, tiċċekkja l-istejjem tagħhom, tagħmel monitoring waqt ix-xogħolijiet, u finalment tiċċekkja li x-xogholijiet kollha saru kif miftiehem.
Għawdex — sheltering - vittmi ta' vjolenza domestika
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għall-faċilitajiet ta' sheltering f'Għawdex għan-nisa u t-tfal li huma vittmi ta' vjolenza domestika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi m'hemmx pjanijiet għall-faċilitajiet ta’ sheltering għan-nisa u t-tfal vittmi ta’ vjolenza domestika f’Għawdex peress li dan is-servizz diġa' jingħata mill-Knisja f’Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jiġu offruti mill-Istat lill-pazjenti diabetiċi tfal?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li t-tfal dijabetiċi f’Għawdex huma offruti s-servizzi dijanjostiċi u terapeutiċi kollha neċessarji mis-Sala tat-Tfal fl-Isptar Ġenerali ta’Għawdex u mid-Dipartiment tal-Outpatients. Huma jiddaħħlu l-isptar skond il-bżonn waqt l-ewwel episodju fejn tiġi stabiliżżata l-kundizzjoni medika tagħhom u tinbeda l-kura bl-insulina. Hawn titieħed l-okkażżjoni biex isir tgħalim intensiv dwar id-dijabete fit-tfal, kif għandhom jieklu, il-kura bl-insulina, kif isiru l-injezzjonijiet, kif jiċċekkjaw il-livell ta’ zokkor fid-demm u x’għandu jsir meta t-tfal ma jħossuhomx sewwa. Jekk ikunu iridu, il-familji jiġu mlaqqgħin ma’ oħrajn li wkoll għandhom tfal bid-dijabete u li huma lesti li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ dawk li qed jiffaċċjaw id-dijabete għall-ewwel darba. Ġaladarba joħorġu mill-isptar it-tfal dijabetiċi jinżammu taħt osservazzjoni mill-qrib. Fil-bidu dan isir billi jattendu fis-sala tat-tfal u wara xi żmien ikomplu jattendu l-outpatients. Il-kura tat-tfal bid-dijabete hija primarjament ikkordinata mill-pedjatri li jikkonsultaw ma’ speċjalisti tal-għajnejn, tal-ENT, dentisti, dieticians, speċjalisti tal-endokrinoloġija fit-tfal u nefroloġisti skond il-bżonn. L-Isptar joffri wkoll ċertu mediċini, siringi u monitoring strips b’xejn lil tfal li għandhom id-Dijabete.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex mhux il-ECG Technicians kollha fl-Isptar t'Għawdex għandhom l-istess shifts? Għaliex l-ECG Technicians jaħdmu sat-8.00 p.m. meta s-servizz tal-ECG għandek bżonnu 24 siegħa kuljum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ECG Technicians mhux kollha għandhom l-istess shift għax hekk jirrikjedi is-servizz.
Wara it-8.00p.m., l-ECG isir, kif dejjem sar ħlief għall-perjodu ta' ftit xhur, min-nurses u t-tobba tal-Emerġenza.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm pazjenti ġew riferuti mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-kura fl-isptarijiet tal-Istat f’Malta kull sena mill-1999 sal-2008? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skond il-kura meħtieġa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6893 li minkejja t-tweġiba mogħtija mill-Ministru Triq Ta' Sannat, fis-Sannat Għawdex xorta għadha fi stat ħażin ħafna, tista' l-Ministru tara verament x'hemm bżonn isir biex l-inkonvenjent kollu jiġu ndirizzat kif suppost?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li t-triq imsemmija qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6892, peress li t-tweġiba mogħtija ma rrispondietx il-mistoqsija, tista' l-Ministru tgħid kemm ser jiswew it-tiswijiet fl-incubation centre f'Għajnsielem Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-Onoroveli Nterpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 6892 fejn għamiltha ċara li l-ispejjeż ser jagħmel tajjeb għalihom il-kuntrattur.
Fondi Soċjali Ewropew — ċentri li benefikaw minn dawn il-fondi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6622 li fir-risposta ngħatat fis-Seduta 95 ġejt mitlub nispeċifika l-perijodu tal-programm li qiegħed nirreferi għalih, tista' l-Ministru tgħid, f'dawn l-aħħar tlett snin, liema proġetti b'risq ir-riżorsi umani f'Għawdex ġew ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Fondi Strutturali għal Malta? Tista' tgħid ukoll liema kienu ċ-ċentri li bbenefikaw minn dawn il-fondi? Kemm kien in-numru ta' individwi li bbenefikaw minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li f'dawn l-aħħar tlett snin erba' proġetti b'risq ir-riżorsi umani ġew ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Fondi strutturali għal Malta (2004-2006). Dawn huma ESF 27-ETC Courses and schemes, ESF 28-Crafts Courses for sustainable Careers in Gozo, ESF 29-University of Malta Gozo Centre Courses u ESF 35-Training Courses to Enhance the Employability of the Workforce in Gozo. Iċ-Ċentru tal-Impjiegi u t-Taħriġ, iċ-Ċentru tal-Universita' f'Għawdex u dak tal-Arti u Artiġġjanat kollha bbenifikaw bl' akwist ta' tagħmir ġdid li għen biex ikunu jistgħu jsiru dawn il-korsijiet.
In-numru ta' individwi li bbenifikaw minn dawn il-korsijiet huwa ta' 797.
In vista tal-fatt li fis-7 ta' Marzu 2008, d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili ta l-permess lil Island Microlight Club biex jopera titjiriet b'aircraft microlight fil-heliport t'Għawdex, tista' l-Ministru tispjega x'qed iżomm milli l-istess club jingħata aċċess għall-heliport sabiex jibda dawn l-operazzjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għawdex -Marsalforn Waterfront u Xlendi Waterfront — disinni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6748, tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-riżultat tal-aġġudikazzjoni ġiex ippubblikat? Jekk fl-affermattiv, tista’ tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, għaliex għadu ma ġiex ippubblikat? Meta mistenni li jkun ippubblikat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li r-riżultati ta' l-aġġudikazzjoni tas-sottomissjonijiet għall-kompetizzjonijiet għad-disinn tal-Marsalforn Waterfront u tax-Xlendi Waterfront ġew ppubblikati u qegħda npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 6426 u tgħid kemm hemm laboratorji tax-Xjenza u Teknoloġija fl-iskejjel tal-Istat f’Għawdex? F’liema skejjel qegħdin? X’apparat hemm f’kull wieħed minnhom? X’apparat hemm bżonn f’kull laboratorju? X’apparat hu maħsub li jinxtara matul din is-sena u fl-2010? Kemm hija stmata l-ispiża għax-xiri ta’ dan l-apparat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Health Promotion Unit — kampanja edukattiva fuq bażi reġjonali
Question
Tista' l-Ministru tikkonsidra li f'sinerġija mal-Health Promotion Unit titnieda kampanja edukattiva fuq bażi reġjonali fuq kif wieħed jieħu ħsieb saħħtu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Health Promotion and Disease Prevention ilu jorganizza programmi u jieħu inizjattivi ġewwa Għawdex. Fost dawn wieħed jista' jsemmi inizjattivi li jittieħdu regolarment fl-iskejjel u postijiet oħra bħall-Kunsilli Lokali bil-għan li tiżdied l-awareness dwar is-saħħa.
L-uffiċċju tal-Health Promotion f'Għawdex li jinsab fl-Isptar Ġenerali jikkordina dawn il-diversi inizjattivi.
Fondi Soċjali Ewropew — ċentri li benefikaw minn dawn il-fondi
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema proġetti b'risq ir-riżorsi umani f'Għawdex ġew kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Fondi Strutturali għal Malta? Tista' tgħid liema kienu ċ-ċentri li benefikaw minn dawn il-fondi? Kemm kien in-numru ta' individwi li bbenefikaw minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu tal-programm li qiegħed jirreferi għalih.
Peress li s-settur turistiku huwa element determinanti li jaffetwa l-andament tal-ekonomija f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont li bbenefika minnu l-bini taċ-Ċentru ġdid għat-taħriġ turistiku taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea? Tista' l-Ministru tgħid x'kien jirrikjedi ix-xogħol fuq dan iċ-ċentru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari Nru. 6429, inżid ngħid li x-xogħol fuq dan iċ-Ċentru kien jikkonsisti fil-bini mill-ġdid taċ-ċentru u l-attreżżar tiegħu.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamnetari 5347 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u jgħid x'inhu l-użu tal-heliport f'Għawdex bħalissa? Kemm hemm impjegati jaħdmu hemm? Minn min hu ffurmat il-bord tal-heliport? Kemm jitħallsu l-membri ta' dan l-bord? X'inhuma l-pjanijiet għall-2009 għall-heliport? Vera li l-Armata sejra tibda tagħmel użu minnu għall-helicopters tagħha? Kemm kienet l-ispiża fil-manutenzjoni tal-heliport għas-sena 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li wieħed jinnota li l-premises tal-poliklinika ta' Għawdex m'għadhomx adegwati għad-domanda u għas-servizzi li joffru, tista' l-Ministru tikkonsidra li jinstab premises li huwa iktar kompatibbli mas-servizzi li jingħataw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-servizzi offruti fil-preżent fil-poliklinika ta' Għawdex huma servizzi tajbin, pero' il-Ministeru għal Għawdex mhux qed jiskludi li 'l quddiem jinstab premises ieħor.