Legislature:
Category:
Reset
Active:

Materjal perikoluż flyash

Question

Wara rapporti fil-media lokali li materjal perikoluż (hazardous) li jikkonsisti fil-flyash li huwa dak il-materjal li jibqa' wara li jinħareġ żejt fil-power stations, li jammonta għal madwar 4,000 metru kubu, intuża minn kuntrattur lokali biex jitħallat mal-konkos liema konkos ġie wżat biex jinbnew retaining walls f'binjiet: Jista' l-Ministru jgħid fejn u f'liema kwantitajiet intuża dan il-materjal f'bini? Jekk sarux xi testijiet għal radjuattiviata' li tista' tinsab ħierġa minn konkos magħmul minn dan il-materjal? Jekk dawn il-binijiet humiex binijiet abitati? Jekk qed isiru testijiet, meta sar l-aħħar test, kemm isiru spissi u x'kienu r-readings ta' radjuattivita' li nstabu? X'miżuri korrettivi beħsiebu jieħu l-gvern biex jissalvagwardja s-saħħa taċ-ċittadini?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14940 u 14053 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15650.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta — kordinazzjoni biex ma jsirx xogħol ripetut

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhu mistenni li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta jikkordinaw il-ħidma tagħhom mal-Awtorità dwar it-Trasport u dan biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm problemi ta' xogħol li jkollu jiġi ripetut?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif hu stabbilit b’dirrettiva tal-Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni ta’ Diċembru 2008, l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta mill-bidu ta’ din is-sena bdew jgħaddu x-xogħol li jkunu jridu jwettqu għar-rigward ta’ estensjonijiet jew tiġdid ta’ mains u cables li r-Roads & Infrastructure Directorate ta’ Transport Malta biex dawn jikkordinaw din il-ħidma u jesegwixxu x-xogħolijiet sabiex jiġi assigurat li ma jkunx hemm problemi kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15463 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — bini ta' vapur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vapur issewwa fil-Malta Drydocks sena b'sena fl-aħħar għoxrin sena? Jista' jgħid kemm-il vapur inbena fl-aħħar għoxrin sena, sena b'sena fil-Malta Shipbuilding? Jista' jgħid kemm-il yacht jew super yacht issewwa fil-Manoel Island Branch tal-MDD mid-data tat-twaqqif tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kawżi kriminali mirbuħa mid-Dwana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi kriminali mirbuħa mid-dwana matul is-snin 2008 u 2009 u kemm minn dawn ġew ippatteġġati amministrattiviment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fl-2008 id-Diviżjoni tad-Dwana rebħet 27 kawża fil-Qorti kriminali. Bħala stat ta’ fatt minn dawn is-27 kawża ma ġie ippateġġeġjat xejn, pero’ apparti dawn il-kawżi kien hemm 2 każi li għalkemm kienu ġa assenjati biex jinstemgħu quddiem il-Qrati fil-kamp kriminali sar ftehim barra mill-Qorti. Fl- 2009 id-Diviżjoni tad-Dwana rebħet 21 kawża fil-Qorti kriminali. Bħala stat ta’ fatt minn dawn il-21 kawża ma ġie ippateġġeġjat xejn, pero’ apparti dawn il-kawżi kien hemm 6 każi li għalkemm kienu ġa assenjati biex jinstemgħu quddiem il-Qrati fil-kamp kriminali sar ftehim barra mill-Qorti.

bilanċ dovut fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-imgħax fuq bilanċ dovuti fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma huwiex jiġi charged fuq estimates ukoll, jew fuq il-kont uffiċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħala regola ġenerali m’hemmx interessi fuq kontijiet stima. Hemm biss eċċezzjoni waħda għal din ir-regola li hi meta kont stima ikun ta’ sitt xhur u suppost joħrog fuq qari attwali, imma l-meter reader ma jkollux aċċess għall-qari ta’ l-arloġġ u allura l-kont joħroġ fuq stima.

riklami fuq l-impjanti tal-enerġija f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mistennija tonfoq f'riklami fil-printed media u fuq mezzi tax-xandir oħrajn il-Korporazzjoni Enemalta bħala parti mill-kampanja pubbliċitarja dwar l-impjanti tal-enerġija f'pajjiżna, fosthom l-estensjoni tad-Delimara Power Plant? Liema kumpanija qed tieħu ħsieb dawn ir-riklami? Kif intgħażlet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-kampanja informattiva li għandha mħejjija l-Korporazzjoni Enemalta għandha ħsieb li tonfoq madwar €34,000 f’riklami. Il-kumpanija li qed tieħu ħsieb dawn ir-riklami hija 26th frame. Il-kumpanija intgħażlet wara li l-Korporazzjoni ħarġet sejħa għal espressjonijiet ta’ interess f’Jannar tal-2008.

Rapporti dwar l-operat tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġie kkummissjonat ir-rapport intern dwar l-operat tal-VAT? Meta tlesta? Jekk għadu ma tlestiex, sa meta għandu jitlesta? Ġew attwati xi rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali biex issir reviżjoni ta' ċerti prattiċi fi ħdan dan id-dipartiment u jekk iva, jista' jindika x'kienu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Kont tad-dawl

Question

Peress li l-konjugi li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jgħixu ġo dar li tinfed mal-garaxx u l-arloġġ tad-dawl jinsab fil-garaxx u l-arloġġ tal-ilma jinsab fil-veranda tad-dar u allura huma qed jirċievu żewġ kontijiet, wieħed tad-dawl fejn ikun hemm indikat 0 residents u wieħed tal-ilma fejn ikun hemm indikat 3 residents, jista' l-Ministru jintervjeni biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħmel dak kollu meħtieġ sabiex jinħareġ kont wieħed li fil-kalkolu tiegħu jinkludi tliet residenti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15649 u 14689 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Misteru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16053 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Rapport ta' Ewbank Preece Ltd

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamtra kopja tar-rapport ta' Ewbank Preece Ltd ( Burton UK June 1993) ippreżentat lill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Sliema — Triq Depiro - leakage ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga leakage ta' ilma taħt it-triq fi Triq Depiro kantuniera ma' Trejqet San Injazju, Sliema li qed jispiċċa jiskula minn ġol-blat għall-basement garages li nbnew tal-kumpless Belmonte Heights? Jistgħu jsiru t-testijiet meħtieġa biex jiġi stabbilit minn fejn ġej dan l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — persuni li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm ħadd li laħaq l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhu f'din l-aħħar sena.

GRTU — flus mill-Ministeru tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti fi flus kontanti li l-Ministeru tal Finanzi għadda lil General Retailers Trade Union tul dawn l-aħħar tliet snin u għal liema raġuni dawn ġew hekk mgħoddija?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Informazzjoni rigward il-Privatisation Unit

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini ta’ referenza u l-istrutturi amministrattivi tal-Privatisation Unit? Min huma l-membri ta’ dan il-unit, kemm ilhom fil-kariga, kif jiġu appuntati u lil min jirraportaw? Kemm għandhom staff li jaħdem fil-unit u x'inhuma l-karigi tagħhom? X’inhu l-budget tal-Privatisation Unit? Il-Privatisation Unit jista’ jagħti kuntratti ta’ konsulenza? Jekk iva, hemm xi proċeduri dwar kif dan isir? Il-membri tal-privatisation jitqiesu bħala uffiċjali pubblici skont it-termini tal-kostituzzjoni? Għandhom xi kodiċi ta’ etika? Jekk iva, jista’ dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Il-Privatisation Unit ġiet imwaqqfa f’Ġunju tas-sena 2000. It-termini ta’ referenza kienet il-White Paper – Privatizzazzjoni: ‘Strateġija għall-Futur’. Din il-White Paper kienet ħarġet fit 22 ta’ Novembru, 1999 u kienet ibbażata fuq rakkommandazzjonijiet ta’ l-esperti tal Bank Dinji. Il- Privatisation Unit bdiet b’Chairman u Segretarju Eżekuttiv. Wara ftit, persuna oħra ġiet impjegata ma’ dan it-tim. Bħal issa fil-Unit hemm żewġ persuni li huma iċ-Chairman, Emanuel Ellul u Transaction Manager li hi Victoria Wilson. Iċ- Chairman ilu fil-kariga minn Ġunju 2000 u t-Transaction Manager minn Awissu 2001. Iċ-Chairman kien gie appuntat mill-Gvern wara li dan kien irrakkomandat mill-konsulenti tal Bank Dinji li kienu nvoluti fit-tfassil tal White Paper. Is-Segretarju Eżekuttiv kien seconded mill-Malta Freeport Corporation. It-Transaction Manager kienet ġiet appuntata mill-Gvern fuq rakkommandazzjoni taċ Chairman. Din ir-rakkommandazzjoni kienet saret wara intervista li kienet saritilha miċ-Chairman u mis Segretarju Eżekuttiv. Iċ-Chairman tal Privatisation Unit jirrapporta lill-Ministru dirett. Mis-sena 2000 sa Frar 2004 il-Privatisation Unit kienet taqa’ taħt il-Ministeru tal-Finanzi. Minn Marzu 2004 sa Marzu 2008 taħt il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni. Minn Marzu 2008 sal-lum taħt il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment. Il-budget tal Privatisation Unit hu ta’ Euro65,000. Il-Privatisation Unit per se ma tistax tagħti kuntratti u l-anqas tonfoq flus jekk mhux bl-approvazzjoni tal-ministeru fil-każ ta’ nfieq amministrattiv, bħal ilma u elettriku, stationary, tindif ta’ l-uffiċċju u xiri ta’ equipment etc, l-ispejjeż joħorġu mill-budget. Il-konsulentti jiġu appuntati mill-gvern, s’intendi il-Privatization Unit ikunu n-nies li jagħmlu l-proċess. Normalment issir sejħa għall-espressjoni ta’ interess u wara tintalab proposta. Fuq il-bażi tal-proposta tingħażel il-kumpanija biex tagħti konsulenza. F’numru ta’ privatizzazzjonijiet l-MIMCOL kienu nnominati biex ikunu l-konsulenti għall-proċess. F’xi każijiet il-konsulenti jiġu maħtura mill-entità li tkun qegħdha tiġi pprivatizzata. Probabbli li l-membri tal-Privatization Unit m’humiex meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi skont it-termini tal-kostituzzjoni. Il-Privatization Unit m’għandhiex kodiċi ta’ etika għaliha, iżda l-impjegati huma obbligati jimxu ma’ l-etika taċ-ċivil.

power station ta' Delimara — moniteraġġ tal-kwalità tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'moniteraġġ tal-kwalità tal-arja, tenut kont, tal-emissjonijiet tal-power station ta' Delimara qiegħed isir u jekk hemmx ħsieb li dan il-moniteraġġ ikun aċċessibbli online?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċmieni ta’ Delimara u Marsa Power Stations għandhom apparat li qed ikejjel l-emissjonijiet ta’ SO2, NOx, CO u dust. Fuq is-suġġeriment tal-On. Interpellant, li d-data tkun online, il-Korporazzjoni Enemalta se tagħmel id-data aċċessibbli fuq l-Internet mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk u minn public access points f’Marsaxlokk.

Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont tal-ilma tal-familja li dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tgħix bil-pensjoni tal-invalidità li sfortunatament kellha leakage ikkawżat minn ħarsa fl-appartament tal-gvern li tgħix fih u li rċeviet kont ta' madwar €2,410? Jista' jara li l-Bord tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jikkonsidra dan il-każ soċjali wara li l-familja ħadet il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex issolvi din il-problema, iżda ma tiflaħx tħallas dan il-kont qawwi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-każ imressaq mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi nvestigat. Fil-ġranet li ġejjin ser issir spezzjoni fil-fond imsemmi sabiex jiġi kkonfermat x’wassal għal din il-ħsara kif ukoll li l-ħsara ġiet irranġata. Kif ikollna l-informazzjoni neċessarja l-file ser jgħaddi quddiem l-Advisory Bord sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa. Madankollu l-konsumatur jista’ jħallas il-kontijiet li m’humiex kontestati.