Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid fiex waslet l-investigazzjoni rigward l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fir-rigward ta' dak li ġie magħruf minn dokumenti tal-
Public Records Office
Ingliz, li juru li l-imsemmi uffiċjal pubbliku kien qiegħed jagħti informazzjoni lill-Gvern Ingliz dwar dak li kien għaddej bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan, mill-pożizzjoni tiegħu ta' diplomatiku ?
Response (BORG, TONIO)
Il-każ qed jiġi investigat. Kif inhu l-prassi l-persuna konċernata intalbet ma tirraportax għax-xogħol waqt l-investigazzjoni.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Mobile phones u fixed lines
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jirriżulta li hemm 3 każi fejn hemm aktar minn linja waħda mħallsa mill-Gvern kif qed nuri fit-Tabelli A, B u C li qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7647, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħarrafni min huma l-membri tal-bord inkluż l-attendenza tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
numru ta' ċittadini barranin li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini barranin li s-sena li għaddiet ingħataw iċ-ċittadinanza Maltija? Ta' liema nazzjonalità kienu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fl-"Annual Reports of Government Departments" maħruġ kull sena mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratti minn dawn ir-rapporti għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 li juru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru tieghi il-Kap tas-Segretarjat ghandu s-servizz ta’ l-internet mhux provdut mill MITTS u l-hlas huwa ta’ €23.18 fix-xahar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza hux qed iżid xi ġimgħat jew xhur mal-perijodu ta' ħames snin, li huwa l-perijodu li matulu wieħed jista' japplika għall-passaport Malti, meta persuna barranija tiżżewweġ persuna Maltija u dawn ikunu qed iqattgħu xi żmien barra? Dan ifisser allura li l-perijodu sabiex wieħed japplika għall-passaport Malti se jkun ta' aktar minn ħames snin jekk dawn ikunu qattgħu xi żmien barra minn Malta matul dan il-perijodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li skond l-artikli 4 u 6 ta' l-Att dwar ic-Ċittadinanza Maltija (Kap 188), persuna miżżewġa ċittadin Malti tkun tista' tapplika biex tiġi reġistrata bħala ċittadin ta' Malta jekk, fost kundizzjonijiet oħra,
ikunu għaddew ħames snin mid-data taż-żwieg tagħhom;
ikunu għexu għal ħames snin flimkien minn din id-data; u
fid-data ta' l-applikazzjoni l-koppja jkunu għadhom miżżewġin.
M'hemm ebda ħtieġa ta' residenza f'Malta fil-każ ta' applikazzjonijiet li konjugi ta' ċittadini ta' Malta għandhom dritt jagħmlu bis-saħħa taż-żwieġ tagħhom.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l -Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarjiet Barranin jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru ta' l-Affarjiiet Barranin u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi hemm żewġ karozzi li huma mikrija. Dawn il-karozzi jinkrew għal ammont ta' € 16.00 kuljum li jiġi ekwivalenti għal madwar € 990.00 fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-Għaqdiet Volontarji li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea mid-dħul ta' pajjiżna sal-lum? Kemm kien l-ammont li minnu bbenefikaw u għal liema raġuni?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onervoli Interpellant li jirreferri l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat peress li l-Ministru tiegħi ma jamministrax fondi għal dan l-iskop.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-policy ta' l-Istat għal dak li jikkonċerna visa jekk mara ta' nisel barrani jkollha t-tfal minn ċittadin Malti u jkunu huma stess ċittadini Maltin pero' tkun hawn irregolarment tingħatax visa bħal fil-każ speċifiku li d-dettalji dwaru qed jidhru separatament ? Jidhirlu li f'każijiet simili, anke mill-aspett umanitarju u mill-aspett tad-drittijiet Kostituzzjonali tat-tfal (d-dritt għall-familja) għandu jipprovdi sabiex il-pożizzjoni ta' dawn in-nies tiġi regolarizzata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates jaċċetta biss applikazzjonijiet għall-permessi ta' residenza mingħand persuni li qegħdin jirrisjedu f'Malta legalment. Il-każijiet, bħal dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, jiġu ttrattati mid-Dipartiment fuq il-mertu tagħhom u normalment it-talbiet għall-ħruġ tal-permessi jintlaqgħu sakemm il-persuni konċernati, fil-waqt tal-applikazzjoni, jkunu qegħdin Malta legalment. Minħabba il l-Mistoqsija tirrigwarda l-aktar immigranti projbiti, kif definit fl-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap 217), nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
immigranti illegali salvati minn vapur Tork — żviluppi u deċiżjonijiet permanenti
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi u deċiżjonijiet permanenti li ttieħdu fuq livell nazzjonali, jew Ewropew, wara l-każ ta' l-immigranti li ġew salvati minn vapur Tork, u li ħoloq diffikultajiet bejn Malta u l-Italja? Jekk kien hemm, x'kienu dawn id-deċiżjonijiet u kif jaffettwawna bħala nazzjon?
Response (BORG, TONIO)
Aktar minn deċiżjonijiet, kien hemm żviluppi mportanti u pozittivi għal Malta li ttieħdu fuq livell Ewropew.
Saru żewġ laqgħat importanti. Fi Brussels il-Ħamis 23/04/09, saret laqgħa bejn il-Ministru C. Mifsud Bonnici, il-Ministru Maroni u l-Kummissarju Ewropew Jacques Barrot. F’dil-laqgħa kien hemm qbil dwar impenn komuni mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Italja u Malta, sabiex ikun hemm iktar solidarjeta fost l-Istati Membri.
Jiena kelli laqgħa positiva ħafna mal-Ministru Frattini f’Lussemburgu fil-27/04/09 dwar strategija komuni dwar l-imigrazzjoni fil-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin (GAERC)
Ta’ min jgħid ukoll li fuq livell tal-Parlament Ewropew, saret ħidma ko-ordinata bejn il-Gvern Malti u wħud mill-Membri li jirrapreżentawna, biex jittieħed vot fil-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili dwar burden sharing u dwar is-sospensjoni tar-Regolament Ewropew ta’ Dublin fil-każ ta’ pajjiżi bħal Malta li qegħdin jiffaċjaw pressjoni migratorja disproporzjonata. Dan il-vot hu pass ieħor mill-proċedura ta’ ko-deċizjoni li biħ jitħaddem il-proċess leġistlattiv Ewropew.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm hawn Libjani li għandhom resident's permit? Kemm inħarġu visas minn Jannar 2009 sal-lum lil ċittadini Libjani sabiex iżuru Malta? Kemm minnhom applikaw għall-visa extension u kemm minnhom ingħataw refusal?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 719 Libjan għandhom resident's permit u li minn Jannar 2009 sad-29 ta' April 2009 inħarġu 2,346 visa lil ċittadini Libjani biex iżuru Malta.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel it-tielet parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-proċedura segwita biex tingħata l-visa għal third country nationals minn kemm ilna li dħalna fix-schengen?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura segwita għall-ħruġ ta' visas għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi huma skond l-istruzzjonijiet magħrufa bħala il-"Common Consular Instructions" (Istruzzjonijiet Konsolari Komuni Dwar Viżi għall-Missjonijiet Diplomatiċi u Postijiet Konsolari) li jelenka wkoll l-lista konġunta ta' dawk il-pajjii terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma mitluba li jkollhom visa. Dawn il-proċeduri jiġu applikati minn kull Stat membru tal-EU.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin jgħid liema huma l-kummisjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi ma hemmx kummissjonijiet.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajna għall-Mistoqsija numru 7647.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għandhiex iċ-ċittadinanza Maltija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid taħt liema kriterju tali persuna akkwistat tali ċittadinanza?
Response (BORG, TONIO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8036, ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates m'għandu ebda rekords li juru li l-persuna kkonċernata għamlet xi talba għaċ-ċittadinanza Maltija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jara l-każ sabiex jingħata l-permess ta' residenza lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7750, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates li hu l-entita' responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza, m'għandu ebda talba għal tali permess mingħand il-persuna konċernata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament sabiex jingħata VISA ħalli jkun jista' jkompli bil-ħidma tiegħu f'Malta abbażi tar-raġunijiet li qed jingħataw separatament?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7775, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata kellha awtoriżżazzjoni temporanja (interim) sabiex toqgħod Malta sal-15 ta' April 2009 sakemm tiġi eżaminata t-talba tagħha biex tirresjedi f'Malta.
Din il-persuna ma talbitx biex jiġi estiż dan il-permess, għalhekk m'għadhiex awtoriżżata tirrisjedi f'Malta.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — energy efficiency audits
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għadhom ma sarux efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtroritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm daħħal flus il-pajjiż minn kwalsijasi transazzjoni jew użu li jsir mill-area ta' Search and Rescue madwar Malta u minn fejn jidħlu preċiżament dawn l-ammonti ta' flus?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi hemm tlett (3) boards.
(a) It-Tsunami Relief Fund Committee iltaqa' darba;
(b) L-Awtorita Nazzjonali għall-Implementar tal-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi ma ltaqax fil-perjodu msemmi;
(c) Peress li s-segretarju tal-kumitat responsabbli għad-Deprivazzjoni taċ-Ċittadinanza għadu kemm ġie appuntat, ma kienx hemm żmien biex jiltaqa.