MCCAA – Proċess għar-reġistrazzjoni ta’ suppliment nutrizzjonali
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid x’inhi l-proċedura biex suppliment nutrizzjonali (food supplement) jiġi rreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23951 fejn intqal li t-tagħrif għadu qed jinġabar, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qala’ rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn hemm imniżżel ir-rigali li l-Uffiċċju tiegħi rċieva matul din is-sena.
2025
Rigal
Mingħand min
Team gear
The Malta Knights Rugby
MFA 125 years small flag
Malta Football Assocation
Summit gift pack
European Political Community Summit-Tirana, Albania
Club merchandise set
Ħamrun Spartans
Silver plated plaque
International AEM Malta
Small statute replica
Biennale Malta team
Team gear
Qormi Daiken Hockey Club
Small crystal bowl
European Council
Silver frame
President of the Parliamentary Assembly-Theodoros Rousopoulos
Persuni impjegati minn kuntratturi li jipprovdu servizzi f’Dipartimenti jew Ministeri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28253 u jgħid kemm persuni ġew impjegati mal-kuntratturi li jipprovdu servizzi f’Dipartimenti jew Ministeri bejn l-2020 u l-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali/customer care, messaġġiera, jew cleaners?
Response (ABELA, ROBERT)
Nerġa' ntenni mhux fil-kompitu tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Remote working - teleworking
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29650 u 29793 u jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fis-Servizz Pubbliku kollu hemm 1,555 persuna jaħdmu bir-remote working u 1,565 jaħdmu bl-extended remote working.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li huma fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 121 ħaddiema li jaħdmu permezz ta’ teleworking u 109 ħaddiem li jaħdmu remote working.
MCCAA — Kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20937, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
i. kienx hemm applikanti għall-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u jekk kien hemm kemm kienu; u
ii. jekk sussegwentment kienx hemm xi sejħiet oħra għal din il-kariga, u jekk iva, jgħid jekk kienx hemm applikanti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma l-Onor. Interpellant li kien hemm tlett (3) applikanti li applikaw għas-sejħa li ħarġet għall-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan din l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm total ta' 10 kunsilliera lokali (8 eletti f'isem il-Partit Laburista u 2 eletti f'isem il-Partit Nazzjonalista) li huma impjegati taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li jinkludi is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, is-Segretarju Parlamentari għar-Riforma u l-Ugwaljanza u l-entitajiet li jaqgħu taħthom.
Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku – Kawżi kriminali fil-konfront ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Prim Ministru jispjega l-proċedura li tiġi segwita fil-konfront ta’ dawk il-persuni li jkunu għaddejjin minn kawża kriminali u li jaħdmu fis-settur ċivili kif ukoll fis-settur pubbliku? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-politika uffiċjali f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta uffiċċjal pubbliku jkun għaddej minn proċeduri kriminali, jiġu applikati l-proċeduri tar-Regolamenti tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku 2023 (L.S.Kost.07). Fir-rigward ta’ impjegati fis-settur pubbliku sakemm ma jkunux uffiċjali pubbliċi li jkunu detailed, jiġu eżegwiti l-proċeduri stipulati mill-entità rispettiva, peress li r-Regolamenti tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma japplikawx għalihom.
Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku – Impjegati sospiżi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati full-time u part-time
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23934, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti / servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati fis-sena 2024?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Remote working - teleworking
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29650 u jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Persuni impjegati minn kuntratturi li jipprovdu servizzi f’Dipartimenti jew Ministeri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28253 u jgħid kemm persuni ġew impjegati mal-kuntratturi li jipprovdu servizzi f’Dipartimenti jew Ministeri bejn l-2020 u l-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali/customer care, messaġġiera, jew cleaners?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux fil-kompitu tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għandux konsulenti ingaġġati mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża għall-ingaġġar ta’ konsulenti, xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi, min kienu dawn il-konsulenti, xi kwalifiki għandhom, x’inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għall-kull servizz ta’ konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll kif ingħataw dan ix-xogħol dawn il-konsulenti; jekk hux permezz ta’ direct order jew tender?
Awtoritajiet pubbliċi — Skwalifika ta’ membri ta’ bord
Question
Jista’ l-Prim Ministru jqis li fir-rigward ta’ skwalifika ta’ membru ta’ bord ta’ xi awtorità pubblika, in-normi pertinenti fil-liġi fejn membru jista’ jitneħħa minħabba li jinstab ħati ta’ reat kriminali jkunu uniformi, dan tenut kont tal-fatt li r-reati elenkati jvarjaw skont il-liġi li toħloq l-awtorità kkonċernata bħal pereżempju fl-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Kap 545 membru tal-Bord tar-regolatur jista’ jitneħħa jekk jinstab ħati ta’ imġieba ħażina taħt xi liġi (Art. 3(11) tal-Kap 545) waqt li skont l-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap 510 membru tal-Bord tal-Gvernaturi jista’ jitneħħa limitatament biss ċertu reati (Art 9(5)(a)(v) tal-Kap. 510)?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-membri tal-bordijiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika huma rregolati mill-Kodiċi tal-Etika għal Impjegati Pubbliċi u Membri ta’ Bordijiet hekk kif stabbilit fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap 595). Nuqqas ta’ osservanza tal-Kodiċi, inkluż meta persuna taġixxi b’nuqqas ta’ integrità jew b’imġiba ħażina, iwasslu għat-terminazzjoni tal-ħatra tal-persuna responsabbli. Il-Gvern mhuwiex kontra l-prinċipju tal-uniformità fil-liġijiet li jirregolaw il-ħatriet f’bordijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi. Fl-istess waqt, wieħed jifhem ukoll il-motivazzjonijiet tal-leġiżlatur meta jinkludi raġunijiet speċifiċi li fuq bażi tagħhom persuna jista’ jkollha l-ħatra tagħha fuq bord ta’ awtorità pubblika tterminata.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Remote working - teleworking
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27276 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Imsida? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27277 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ San Ġwann? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.