B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15309 u 16300, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra x’xogħol sar tul is-sena li għaddiet u kemm intefaq fil-Paola Hub?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2021, mexa sew ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-Paola Hub: tlestew l-eskavazzjonijiet kollha neċessarji, tlestew il-piles biex jiġu ssalvagwardjati s-sejbiet arkeloġiċi, u tela sat-tieni sular fl-istruttura tal-bini nnifsu, apparti xogħol ieħor bħat-taraġ estern, li se jgħaqqad il-binja prinċipali mal-parkeġġ, u l-kostruzzjoni ta’ struttura indipendenti għall-medical gases. Tlestew u ġew approvati ukoll id-disinji strutturali, arkitettoniċi, elettriċi u mekkaniċi għal-livelli kollha b’eċċeżżjonijiet żgħar. In-nefqa totali fuq il-proġett fis-sena 2021 kienet ta’ €5,636,748.08 (VAT eskluża).
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa ħareġ grants ta’ €10,000 fl-2020, u €5,000 fl-2021 lill-Fondazzjoni msemmija minnha separatament, b’konnessjoni mal-events tal-Pink October.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Parlament kemm ambulanzi joperaw fl-Isptar t'Għawdex? Jista' jgħid ukoll min hu l-proprjetarju u jekk hemmx minnhom li huma mikrijin? F'każ li hemm ambulanzi mikrijin, jista' jagħti d-dettalji tal-kirja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex hemm ħames ambulanzi li qed joperaw. Tnejn minn dawn huma propjeta’ ta’ Steward Healthcare u tlieta l-oħra huma mikrija minn kuntrattur privat.
Għawdex — Persuni b’diżabilità li qed jirċievu servizzi ta’ Occupational Therapy, Physiotherapy u Speech Therapy
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Parlament kemm hemm individwi b'diżabilità f'Għawdex li fil-mument qed jirċievu servizzi ta' Occupational Therapy, Physiotherapy u Speech Therapy? Jista' jgħid ukoll għal kull wieħed minn dawn is-servizzi, kemm hemm professjonisti f'Għawdex li qed joffruhom fil-qasam tas-saħħa pubblika? In kwantu Occupational Therapy, jista' jgħid x'sensory integration resources jeżistu f'Għawdex? In kwantu Speech Therapy, ma jidhirlux il-Ministru li s-servizz mhux qed jingħata minn post adekwat għal tfal li jeħtieġuh?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq bażi ta’ outpatients, fl-isptar Ġenerali t’Għawdex hemm 258 individwi b'diżabilità qed jirċievu servizzi ta' Occupational Therapy, 95 Physiotherapy u 205 Speech Therapy li dawn jinkludu ukoll dawk li jirċievu dan is-servizz mill-bereġ u skejjel.
Bħala
Occupational Therapists
li qed joffru servizz f’dan id-Dipartiment, hemm 5, bħala Fiżjoterparisti li qed joffru servizz speċifiku lil individwi b'diżabilità f'Għawdex huwa ta’ 3 u bħala
Speech and Language Therapists
hemm 10.
Bħala Sensory Integration, bħalissa qed isir l-assessjar ta’ tfal u individwi f’dan il-qasam speċjaliżżat. Jingħata wkoll servizz ta’ konsultazzjoni f’dan il-qasam. Dan jinkludi konsultazzjoni mal-ġenituri u l-iskejjel. Individwi li jkollhom bżonn intervent speċjalizzat ta’ Sensory Integration jiġu rreferuti għas-Sensory Integration Centre, fil-Marsa.
Dentistrija – istituzzjonijiet edukattivi – programmi ta’ edukazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il istituzzjoni edukattiva għamlet talbiet mal-Kunsill Mediku sabiex ikunu akkreditati/reġistrati biex joffru programmi ta' edukazzjoni ogħla li jwasslu għall-dottorat jew baċellerat fid-dentistrija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Mediku irċieva applikazzjoni waħda minn istituzzjoni sabiex toffri programmi ta' edukazzjoni ogħla li jwasslu għall-dottorat jew baċellerat fid-dentistrija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu barranin fl-Isptar Mater Dei s-sena l-oħra? Mil-liema pajjiżi kienu ġejjin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-reġistru Nazzjonali tal-iMwiet kien hemm 14 u 23 mewt fis-snin 2020 u 2021 rispettivament, ta’ barranin (mhux residenti f’Malta) li mietu f’Mater Dei. Il-pajjiżi fejn twieldu hija skont it-tabella hawn taħt:
POST TAT-TWELID
2020
2021
Albanija
1
0
Bulgarija
0
1
Eritrea
1
0
Franza
1
0
Germanja
1
1
Ungerija
1
1
Indja
0
1
Irlanda
1
0
Italja
1
4
Libja
0
1
Malasja
0
1
Olanda
1
0
Nigerja
1
0
Polandja
1
0
Filippini
0
1
Sudan
1
0
Sirja
0
1
Turkija
0
1
L-Ingilterra
3
9
Mhux maghrufa
0
1
Total
14
23
L-informazzjoni għas-sena 2021 għadha proviżorja.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex ir-rampa fiċ-Ċimiterju tal-Mosta li hemm fuq in-naħa tal-kappella tal-istess ċimiterju tkun miksija mill-ġdid biex tkun konformi mar-regolamenti stipulati u li b’hekk l-istess rampa tkun tista’ tintuża mill-persuni bil-wheelchairs filwaqt li jitnaqqas il-perikolu li hemm fil-preżent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġiet ippublikata sejħa għall-offerti fis-27 ta’ Diċembru tal-2021 (CFT012-1098/21) sabiex isir xogħol ta’ alterazzjoni ta’ rampa e¿istenti u aċċess aħjar għal persuni li j¿uru ċ-ċimiterju tal-Mosta, wara li l-applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar (DN 01174/21) għall-istess proġett ġiet approvata fit-22 ta’ Settembru tal-2021. L-pjan hu li x-xogħlijiet jibdew fix-xhur li ġejjin.
Peress li fi Triq il-Fjuri u t-toroq tal-madwar fl-Imqabba hemm invażjoni ta' ħamiem salvaġġ li bil-ħmieġ tiegħu, apparti li jista’ jxerred mard relatat fost ir-residenti, qed joħloq inkonvenjent kbir għall-istess residenti kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru ħas-Saħħa jara x'passi jistgħu jittieħdu biex dan il-periklu għas-saħħa ta' dawn ir-residenti jitneħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2021 kien hemm ilment wieħed rigward ħmieġ ikkawżat minn ħamiem salvaġġ fi Triq il-Fjuri, Imqabba. Dan l-ilment ġie investigat minn uffiċjal ta’ dan id-Direttorat u l-inkonvenjent kien tneħħa.
Dan id-Direttorat reġa’ investiga dan l-ilment fit-12 ta’ Jannar ta’ din is-sena u intbagħat avviż lill-Kunsill Lokali biex jerġa jitneħħa l-inkonvinjent. Il-Kunsill ġie nnotifikat li dan l-ilment qiegħed ikun repetut sabiex possibilment tinstab soluzzjoni dejjiema u jiġi kkontrollat in-numru ta’ ħamiem selvaġġ.
L-uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wkoll ser ikomplu jsegwu dan l-ilment sakemm jitneħħa l-inkonvenjent.
Ministeru għas-Saħħa — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Peress illi kuntrarjament għal dak li qal il-Ministru fit-tweġiba parlamentari numru 17169, iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Victoria, Għawdex għadu ma nfetaħx, jista' l-Ministru jgħid għala kien hemm dewmien sabiex jitlesta u jinfetaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Victoria, Għawdex u meta se jitlesta u jinfetaħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wieħed mill-kuntratturi li qed jaħdem fuq dan iċ-ċentru waqa lura fix-xogħol. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi qed tieħu l-passi sabiex jiġu applikati l-penali skont il-kuntratt.
Persuni li ma jistgħux jieħdu l-booster peress li kienu pożittivi għall-COVID
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkjarifika x'ser tkun il-pożizzjoni wara s-17 ta' Jannar 2022 ta' dawk l-individwi li ma jistgħux jieħdu l-booster għax kienu pożittivi għall-Covid? Jista’ ċ-ċertifikat tal-vaċċin jibda jindika li dawn l-individwi rriżultaw infettati u għaldaqstant m'għandhomx bżonn booster sa ċertu żmien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din il-ġimgħa se jkunu qed jiġu ippubblikati standards inkluż dwar l-eżenzjoni temporanja għal dawk li jkunu pożittivi u ma jkunux jistgħu jieħdu l-booster f’dak il-perjodu.
Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis – laqgħa mal-OHSA
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-dati meta l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ltaqgħet mal-uffiċjali tal-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jwaqqaf l-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema laqgħa qed jirreferi.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jibda jitħaddem is-Cyclotron li l-gvern xtara mingħand Steward Health Care? Jista’ jgħid ukoll għala għadu ma bediex jitħaddem dan is-Cyclotron, kemm kienet in-nefqa biex inxtara u taħt liema provvediment tar-regoli dwar ix-xiri pubbliku nxtara dan l-apparat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies f’Malta bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u t-30 ta’ Ġunju 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' persuni residenti f’Malta u Għawdex li mietu matul din is-sena, bejn 1-ta’Jannar u t-30 ta’ Ġunju tal-2021 kien 2127.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies f’Malta bejn l-1 ta’ Lulju 2021 u l-1 ta’ Diċembru 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' persuni residenti f’Malta u Għawdex li mietu matul din is-sena, bejn 1-ta’ Lulju u l-31 t’ Ottubru kien 1279.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jindika kemm hemm anzjani li huma f’xi sptar pubbliku bħal social cases?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isptarijiet ta’ Malta hemm 50 persuna li ħadet l-kura neċessarja u issa ġew ikklasifikati bħala Long term Care patients u li qed jistennew biex jiġu rilokati f’dar residenzjali.
Informazzjoni dwar każijiet soċjali nitolbu jirreferi lill-Ministru kkonċernat.
Trattattivi ma’ Steward Health Care dwar il-konċessjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karen Grech
Question
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23628, jista' Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma dak li stqarr il-Ministru għall-Finanzi, li t-taħdidiet ma' Steward Health Care ilhom li waqfu? Meta saret l-aħħar laqgħa ma' Steward Health Care? X'qed jistenna l-Gvern mingħand Steward Health Care u kif qed isiru l-kuntatti li għamel referenza għalihom fit-tweġiba msemmija? Meta u kif saru dawn il-kuntatti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li mhux qed isiru xi laqgħat dwar xi revizjoni tal-kuntratt ma’ Steward, laqgħat dwar l-operat tal-entitajiet isiru fuq bażi regolari.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif pazjenti jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tat-tobba online jekk ma jkunux jistgħu joħorġu mid-dar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti li ma jkunux jistgħu joħorġu mid-dar jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tat-tobba online billi jċemplu lit-Telemedicine Client Support Centre fuq 21 231 231 jew 21 222 444 u jistaqsu biex ikellmu lit-tabib. Minn hawnhekk t-tabib ikun jista jigwida l-pazjenti skont l-esiġenza.
Infermiera li m’għadhomx jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubblika
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ infermiera li rriżenjaw mis-servizz tas-saħħa pubblika f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja fis-sena ta’ numru ta’ infermiera li rriżenjaw mis-servizz tas-saħħa pubbliku mill-2017 sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2021 kienet 83.