Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni tas-Servizz tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti b'Pensjoni tas-Servizz tal-Pulizija? Bħalma qed isir fl-aħħar snin fir-rigward ta' min għandu pensjoni tas-servizz biex togħlielu dik kontributorja, jista' jibda jsir ukoll fir-rigward tal-pensjoni tas-servizz tal-Pulizija? Sarux studji biex jiġi magħruf kemm jiġi jiswa dan il-proċess?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ Settembru 2012 ser ikun hemm 1,469 pensjonant b’Pensjoni tas-Servizz tal-Pulizija. Meta pensjonant jiġi ntitolat għal-pensjoni tat-Teżor, din tibqa’ l-istess hekk kif stabbilita u mhix rivedibbli bħal fil-każ tal-Pensjoni kontributorja. Ġaladarba il-Pensjoni tat-Teżor ma tiġix affettwata minn ebda żidiet, m’hemmx lok għal xi studji.

Valletta Rehabilitation Project — Kontijiet tad-dawl u l-Ilma ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26378 u cioè: Jaf il-Ministru li kien sar arranġament mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li kien inkarigat mal-Valletta Rehabilitation Project biex l-appartamenti li nbnew fiż-żona magħrufa bħala Old Slave Prison, liema appartamenti jikkonfinaw ma’ dawn l-erba’ toroq; St Christopher Street, Mediterranean Street, Ursola Street, u St Dominic Street ma jħallsux l-ispejjeż tad-dawl konċernanti, il-liftijiet u l-komun tal-appartament in kwestjoni u dan peress li kien sar xi żvilupp ieħor sovrapost l-arja ta’ dawn l-appartamenti li kien irreka inkonvenjent u preġudizzju konsiderevoli? Jista’ jispjega fid-dawl ta’ dan kollu, għaliex ir-residenti tal-appartamenti ta’ 177 St Christopher Street, qed jirċievu l-kontijiet, nonostante dan l-arranġament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Air Malta — Early Retirement Card

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ħaddiema tal-Air Malta li għażlu l-Voluntary Redundancy Scheme jew l-Early Retirement Scheme ingħataw id-dritt, kif kellu jkun, li jibbenefikaw mill-benefiċċji tal-Early Retirement Card, imma l-istess ħaġa ma ġratx fil-każ ta’ ħaddiema tal-Air Malta li għażlu li jingħataw impjieg alternattiv? Jidhirlu li din il-proċedura ma kenitx ġusta ma’ ħaddiema tal-Air Malta li għażlu li jinstabilhom impjieg alternattiv? Jista' jieħu passi biex huma wkoll jingħataw rikonoxximent tas-snin ta’ servizz li taw lill-Air Malta billi jkollhom aċċess għall-vantaġġi mogħtija mill-Early Retirement Card?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Birkirkara — drenaġġ li jfur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex jirranġa l-problema tad-drenaġġ li dejjem ifur għand in-nies meta tagħmel ix-xita fi Triq il-Kbira, Triq il-Vitorja u biswit il-Kappella ta' Sant'Antnin fl-istess inħawi, ġewwa Birkirkara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Birkirkara — drenaġġ li jfur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex jirranġa l-problema tad-drenaġġ li jfur fit-toroq u saħansitra fid-djar tal-nies u l-ħwienet meta tagħmel ix-xita fi Triq il-Wied u Triq in-Naxxar, ġewwa Birkirkara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Xatt ta' Bormla — kuntrattur - garanzija bankarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35771 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jew jiċħad li l-awtoritajiet kkonċernati ġibdu l-garanziji bankarji tal-kuntrrattur li kien qed jaħdem fil-proġett tax-Xatt ta' Bormla li jammontaw għall-€957,000?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi nġibdu €382,816 mill-garanziji bankarji li pprovda l-kuntrattur Marinelli Costruzioni Spa. L-awtoritajiet għamlu talba biex jinġibdu wkoll €574,224.49 imma l-kuntrattur beda proċeduri legali ġewwa l-Qorti ta’ Padova biex iżomm dan l-ammont ta’ flus milli jgħaddu għal għand il-Gvern Malti. L-awtoritajiet qegħdin isegwu l-proċeduri ġewwa din il-Qorti biex l-interessi tal-Gvern jiġu salvagwardjati.

San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — servizz tad-dawl sospiż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kien sospiż is-servizz tad-dawl f'San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? X'kienu r-raġunijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — każijiet ta' fawran tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' fawran tad-drenaġġ rappurtati li saru matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kellha tnax-il rapport ta’ fawran tad-drenaġġ jew leakages tad-drenaġġ fiż-żona msemmija kif ġej: Burmarrad 1 San Pawl il-Baħar 4 Buġibba 1 Qawra 3 Xemxija 3 Ninsab infurmat ukoll li b’leak tad-drenaġġ inkunu nifhmu kwantita’ żgħira ħafna ta’ runoff madwar it-tappieri tad-drenaġġ.

Malta Enterprise — proġetti approvati

Question

B’referenza għar-rapport annwali tal-Malta Enterprise tat-2011 fejn hemm li mill-proġetti li ġew approvati bejn il-2008 u l-2011, l-Malta Enterprise qed tgħid li kellhom jiġu investiti €320 miljun u jinħolqu 3,200 post ġdid, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ġew investiti, sena b'sena matul dawn is-snin u kemm mit-3200 impjieg ġdid li kellhom jinħolqu fil-fatt ġew maħluqa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 31846.

qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

B'referenza għall-qtugħ fil-provvista ta' dawn bejn Jannar 2011 u l-aħħar ta' Mejju 2012, fil-perjodu imsemmi, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl li kien itwal minn nofs siegħa? Liema nħawi ta' Malta u Għawdex kien jolqot? X'wassal għal dan il-qtugħ? Kemm kien hemm każijiet fejn il-qtugħ tal-provvista tad-dawl ġrat minn ħsarat kawżati waqt xogħlijiet estrani min-naħa ta' kuntratturi? F'każijiet bħal dawn il-kuntratturi jħallsu għall-ħsarat? Il-Korporazzjoni Enemalta kemm sarulha talbiet, jekk sarulha, minn ċittadini privati għal ħsarat f'apparat domestiċi? Tħallsu kumpensi? Jekk iva, kemm? Kien hemm okkazjonijiet fejn il-korporazzjoni ttieħdet il-Qorti abbażi ta' dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Kont tad-dawl fuq Three-Phase

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35176, jista' l-Ministru jara li s-sinjura tiġi kkuntatjatha mill-ħaddiema tal-Arms Ltd peress li għadha ma ġietx ikkuntatjata?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li suċessivament wara li ġiet imressqa l-ewwel domanda parlamentari fuq dan il-każ (PQ 33781), il-konsumatur ġie kkuntatjat fis-16 ta’ April 2012, u fis-6 ta’ Lulju 2012, u ngħata l-informazzjoni kollha relatata mal-każ biex ġiet riżolta t-tilwima.

kunsilli lokali — nefqiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jirċeviex b'mod regolari rapporti dwar in-nefqiet li jkunu qed isiru b'direct order mill-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, kull kemm żmien jiġri dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Uffiċju tal-Prim Ministru.

delegazzjonijiet ministerjali — spejjeż fuq żjarat

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35743, fejn il-Ministru kellha tagħti l-breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta ta’ delegazzjonijiet ministerjali tagħha mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-aħħar ta’ Mejju 2012 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-GA27 u GA27A għal kull safra li saret u peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 35204 ntqal li kien hemm żewġ safriet ministerjali, cioè waħda f’Mejju 2011 fl-Estonja u l-oħra f’Settembru 2011 fid-Danimanrka, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-GA27 u GA27A għal dawn iż-żewġ safriet?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.

San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba — provista tal-ilma sospiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kienet sospiża l-provvista tal-ilma f'San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? X'kienu r-raġunijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Qormi — Triq l-Erba' Qaddisin - leakage ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-leakage tal-ilma fi Triq l-Erba' Qaddisin Ħal Qormi ilu iktar minn madwar ġimagħtejn biex jiġi msewwi mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u sal-lum għad hemm l-ilma ħiereġ fit-triq?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma rċeviet żewġ rapporti fuq dan il-leak, wieħed fis-27 ta’ Ġunju u ieħor fit-28 ta’ Ġunju. Il-leak issewwa fl-1 ta’ Lulju.

qtugħ ta’ dawl estensiv — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33946 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugħ tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija ghal Mistoqsija Parlamentari nru 33946.

Pixxina Nazzjonali — provvista ta' fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien qiegħed jissuplixxi l-fuel lill-Pixxina Nazzjonali? Dan is-servizz ingħata b'direct order? Meta l-gvern bi ħsiebu joħroġ it-tender?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 36141.

Korporazzjoni Enemalta — call for application għal welfare officer

Question

B'referenza għall-call for application għal welfare officermal-Korporazzjoni Enemalta li ħarġet fl-2009, jista' l-Minstru jgħid jekk il-persuna li ngħatat din il-kariga ġabitx id-degree mitluba fil-call u jekk ġabet din id-degree jista' jgħid f'liema speċjalizzazjoni u mil-liema università? Jista' jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-MQRIC jirrikonoxxix din id-degree f'Malta? Jista' jgħid jekk din id-degree għadha ma nbdietx x'passi se jieħu ċ-chief human resources officer f'dan il-każ peress li l-persuna involuta taħdem viċin ħafna tal-uffiċċju tiegħu u iktar tagħmel xogħol ta' segretarja miegħu milli xogħol relatat mal-welfare tal-ħaddiema? Jista' jgħid x'se jiġri jekk din il-persuna għadha ma bdietx din id-degree meta fadal biss sena biex jiskadi t-terminu ta' erba' snin li ntalab fil-call for application li qed jiġi kkwotat kelma b'kelma hawnhekk: "Must be in possession of a degree in Human Resources Management or Psychology. Applications will also be considered from applicants who are in possession of a Diploma in Human Resources Management or Psychology – however if any such applicant is eventually selected for the post, he/she will be placed in the grade of Head and will be required to complete a degree in Human Resources Management or Psychology within the next four (4) years."? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn it-tip ta' call for applications imorru kontra l-benchmarks li soltu juża s-servizz pubbliku meta joħroġ call for applications?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta fl-2009 ħarġet sejħa għall-applikazzjoni ta’ welfare officer bi grad ta’ Assistant Manager. Billi l-persuna magħżula kellha Diploma fil-Psikologija mill-Università ta’ Malta, ingħatat il-ħatra ta’ welfare officer fi grad ta’ Head. Il-persuna msemmija tirrikjedi li tagħmel ħafna xogħol ta’ natura delikata minħabba problemi soċjali li jista’ jkollhom xi ħaddiema tal-Korporazzjoni u għalhekk ikollha tikkordina mal-uffiċċju tar-Riżorsi Umani .

esportazzjoni ta' deheb

Question

Jista' l-Ministru jgħid tinżammx statistika dwar l-ammont ta' deheb esportat minn Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġie esportat deheb minn Malta matul it-tliet snin li għaddew (2009, 2010 u 2011) kull sena separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ deheb li ġie esportat minn Malta matul it-tliet snin li għaddew (2009 sa 2011) huwa dan li ġej: 2009 €12,097,648 2010 €47,159,124 2011 €41,621,554

Gold Cards — renewal fee

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif, dwar jekk ir-renewal feetal-Gold Cards, tneħħitx, u allura, m'għadhiex titħallas? Jekk tneħħiet minn meta, u jekk le meta hu mistenni li titneħħa?

Response (FENECH, TONIO)

Nifhem illi l-Onorevoli Interpellant qed jistaqsi dwar Gold Credit Cards. It-tariffi applikabbli għal dan it-tip ta’ cards huma determinati mill-banek kummerċjali li joffruhom skont il-kriterji kummerċjali rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, l-interpellant jew il-konsumatur irid jivverifika mal-bank rispettiv tiegħu fir-rigward tat-tariffi applikabbli. Il-Ministeru ma jindaħalx f’deċiżjonijiet purament ta’ natura bankarja u kummerċjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għat-taxxa fuq il-credit cards, allura nfakkar li din tneħħiet mill-1 ta’ Jannar 2010.