Jista’ l-Ministru jara li terġa’ titwaħħal lock mal-bieb tad-dħul ta’ binja flats li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatamet, u li r-residenti tagħha talbu li jsir dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-fond ġie spezzjonat fis-7 ta’ Jannar 2011 fuq talba ta’ waħda mill-inkwilini. Ġie kkonstatat illi s-serratura inqalgħet mill-inkwilini stess u għaldaqstant hija responsabbiltà tagħhom li jaraw li din terġa’ titwaħħal f’postha. L-inkwilina li għamlet ir-rapport ġiet mgħarrfa b’dan fl-24 ta’ Frar, 2011 minn wieħed mill-uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar.
Tista' l-Ministru tara il-kaz ta' individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li għandu problema fuq il-work permit għax xi għoxrin sena ilu kellu problema mal-pulizija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ dan l-aħħar reġgħet ħarġet il-permess tax-xogħol biex din il-persuna tkun tista’ taħdem f’Malta. Il-korporazzjoni infurmat lill-entità kkonċernata li l-permess jista’ jinġabar malli tiġi ppreżentata insurance medika privata tal-individwu għall-perjodu tal-permess.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bħala parti mill-Istudji Socjali kienx ġie introdott sillabu ta’ l-isports ? Jekk fin-negattiv, huwa l-ħsieb tal-Gvern li jsir dan ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Sillabu tal-isports ma ġiex introdott bħala parti mill-Istudji Soċjali u lanqas hemm il-ħsieb li dan isir.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu allokati l-appartamenti f'Balzunetta, il-Furjana? Lil-liema kategorija ta' applikanti se jiġi allokat kull appartament, wieħed, wieħed? Peress li n-numru ta' punti li jingħataw ivarja tant minn kategorija għal oħra, jistgħu l-ewwel 100 numru ta' referenza tal-waiting list jitpoġġew skont il-kategorija u skewed skont il-potenzjal ta' punti massimi li jista' jkollu applikant f'kategoriji diversi? Tista' titpoġġa lista aġġornata llum għat-tweġiba li kienet ingħatat f'Marzu għall-mistoqsija parlamentari 24310?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-appartamenti ġewwa l-Furjana ser jiġu allokati fix-xhur li ġejjin. Lista aġġornata ta’ numru tal-applikazzjonijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Awtorità tad-Djar ser tqassam dawn l-appartamenti skont il-prinċipji soċjali u l-vulnerabilta tal-applikanti.
Belt — Triq Merkanti - allokazzjoni ta' appartamenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu allokati l-appartamenti fi Triq Merkanti, il-Belt? Peress li dawn huma ristretti biss għall-anzjani, tista' titpoġġa lista aġġornata llum tal-ewwel 10 numri ta' referenza tal-waiting list fil-kategorija ta' anzjani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-appartamenti fi Triq il-Merkanti, il-Belt se jiġu allokati fix-xhur li ġejjin. Minħabba d-data protection l-Awtorità tad-Djar tħoss li mhux opportun li tgħaddi din l-informazzjoni. L-Awtorità tad-Djar se tagħmel l-almu tagħha sabiex dawn l-appartamenti jitqassmu skont il-prinċipju soċjali u l-vulnerabiltà tal-applikanti.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema skejjel saru xogħlijiet dan is-sajf mill-Ministeru u l-FTS? Fuq liema kriterji ntagħżlu dawn l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul dan is-sajf il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada għamlet xogħlijiet f’dawn l-iskejjel:
· fl-iskola primarja ta’ Marsascala fejn sar xogħol ta’ estenzjoni;
· fl-iskola sekondarja tas-Subien, Naxxar fejn sar xogħol estensiv ta’
upgrad
ing
ta’ żewġ blokki eżistenti;
· fl-iskola sekondarja tal-Bniet tal-Mosta (Lily of the Valley) fejn inbnew xi klassijiet ġodda, librerija ġdida u sar lift ġdid;
· fil-Kulleġġ San Benedettu Skola Sekondarja Subien, Kirkop fejn sar xogħol ta’ bini ta’ link fuq tliet sulari sabiex jgħaqqad il-blokka ta’ kreativita mal-kumplament tal-iskola;
· fl-iskola sekondarja ġdida tas-subien fir-Rabat Għawdex fejn qed jitkompla x-xogħol fuq il
-car park
u l-faċilitajiet sportivi biswiet l-iskola l-ġdida;
· fl-iskola sekondarja subien fil-Mosta (Żokrija) fejn tkompla x- xogħol biex jitlestew il-faċilitajiet sportivi kif ukoll il-
canopy
;
· fl-iskola ġdida sekondarja tal-bniet f’Ħal Qormi (Ħandaq) fejn qed isir ix-xogħol ta’ kostruzzjoni;
· il-Kampus tal-MCAST fejn beda ix-xogħol tal-ewwel fazi tal- kostruzzjoni;
· fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żabbar fejn sar xogħol ta’ bdil ta’ aperturi kemm dawk interni kif ukoll dawk esterni;
· fl-iskola primarja tal-Isla fejn sar xogħol ta’ tqegħid ta’ madum ikkulurit tal-lastiku;
· fl-iskola primarja ta’ Ħal Qormi (San Bastjan) sar xogħol fil-bitħa tal-iskola u bdil ta’ aperturi;
· fl-iskola sekondarja Adelaide Cini Ħamrun fejn sar xogħol ta’ alterazzjonijiet;
· fl-iskola primarja tal-Ħamrun fejn sar xogħol ta’ bdil ta’ aperturi ta’ ġewwa;
· fl-iskola Carlo Diacono fiż-Żejtun fejn sar xogħol ta’ upgrading tas-sistema tal-elettriku u tal-IT;
· fil-Kulleġġ Maria Regina Skola Sekondarja Subien Naxxar fejn sar xogħol ta’ refurbishment u upgrading fil-food technology kif ukoll fir-resistant material; u
· xogħlijiet f’
child care centres
li jinkludu Child Care Centre ġdid u Unit Għożża f’Ħal Qormi u Child Care Centre fil-Furjana.
Dawn ix-xogħolijiet saru fuq id-direzzjoni tad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi wara konsultazzjoni mal-Prinċipali u l-Kapijiet tal-iskejjel skont lista ta’ prioritajiet.
Tista' l-Ministru tgħid mindu daħlet is-sistema ta’ kulleggi f’liema kulleggi nbnew kindergarten, skejjel primarji u skejjel sekondarji ġodda u f’liema kulleggi ma nbena xejn minn dawn? Għaliex il-bini ta’ skejjel ġodda mhux qed isir b’mod ekwu mal-kulleġġi kollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada bniet dawn l-iskejjel:
Kindergarten u skola primarja fil-Kulleġġ Santa Klara Pembroke;
· Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ San Benedittu ta’ Ħal Kirkop;
· Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ San Ignazju f’Ħal Qormi (Ħandaq)
· Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ Santa Margerita f’Cospicua (Verdala)
· Skola Sekondarja tas-Subien fil Kulleġġ t’Għawdex fir-Rabat; u
· Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ Maria Reġina fil-Mosta (Żokrija).
B’hekk inbnew sitt skejjel f’sitt Kulleġġi differenti. Hemm ippjanat li jinbnew skejjel ġodda jew estensjonijiet fi tliet kulleġġi oħra. Fl-għaxar kulleġġ (Kulleġġ San Ġorġ Preca) m’hemmx bżonn bini ta’ skejjel sekondarji peres li dawk li hemm illum huma tajbin biex iservu bħala skejjel (il-Liceo u Blata l-Bajda). Diskussjonijiet dwar il-bini ta’ skejjel ġodda dejjem għaddejjin.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tan-national benchmarking exercise li sar fi tmiem is-sena skolastika 2010-2011 għat-transizzjoni tal-istudenti bejn il-primarja u s-sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sillabi li se jkunu qed jaħdmu tfal fl-ewwel sena tal-primarja
Question
Fuq liema tip ta’ sillabi se jkunu qed jaħdmu t-tfal fl-ewwel sena tal-primarja statali, l-istess tfal li bdew ir-riforma fil-Kinder I u allura mhux se jkun hemm kontinwita` tar-riforma jekk se jkunu qed jaħdmu fuq sillabi antiki?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-qafas tal-kurrikulu nazzjonali 2011 qed joffri framework għas-snin bikrin. Dan hu dokument li qiegħed f’fażi ta’ konsultazzjoni
Mill-2009 ‘l hawn l-iskejjel kollha tal-Istat qed jaħdmu biex jimplimentaw l-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Kompetenzi Bażiċi, bid-direzzjoni u l-appoġġ tad-DQSE. Din l-istrateġija titlob li t-tfal kollha li jindikaw li jista’ jkollhom problemi biex jaħkmu l-ħiliet bażiċi meta suppost, isirilhom assessjar attent li jwassal għal ħidma speċifika kif jindika l-għalliem skont il-bżonnijiet tagħhom. Din il-ħidma tibda mill-Year 1. Mill-2009 bdiet il-ħidma b’risq il-ħiliet bażiċi fil-litteriżmu. Fl-2010 beda x-xogħol preparatorju biex fl-2012 din il-ħidma tiġi estiża b’mod gradat għan-numeriżmu wkoll. Il-ħidma b’risq il-ħiliet bażiċi fl-
elearning
qed issir fi ħdan l-istrateġija nazzjonali tal-
elearning
.
Tista' l-Ministru tgħid x’sens jagħmel li l-qafas kurrikulari nazzjonali għada se ssir il-konsultazzjoni fuqu waqt li s-sillabi l-ġodda se jkunu diga` ddaħħlu fil-form tal-iskejjel sekondarji statali meta messu sar bil-maqlub, l-ewwel jitlesta l-qafas fi żmien u mbagħad is-sillabi jinbnew fuqu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dokument Konsultattiv 4 Appendiċi 1 tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali tal-2011 jispjega l-istrateġija proposta għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Qafas Pedagoġiku għall-Kurrikulu Malti.
Il-qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali fl-istess dokument 4 jindika li tul is-sena skolastika li ġejja l-esperjenzi u l-fehim żviluppati mill-kwistjonijiet prinċipali mal-Form 1 (is-seba’ sena) se jipprovdu l-isfond għal kif wieħed jimxi ‘l quddiem għas-snin l-oħra kollha b’fiduċja akbar.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir bħalissa fl-iskejjel primarji u sekondarji biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jitgħallmu l-ħiliet biex jagħtu l-ewwel għajnuna f'każ ta' bzonn u jservu biex isalvaw ħajjiet ta' nies li jkunu f'diffikulta` u jispiċċaw imutu? Jistgħu jittieħdu inizjattivi biex ikun hemm iżjed tagħrif u żvilupp ta' ħiliet fost l-istudenti f'dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskejjel Primarji, grupp ta’ għalliema (Health and Safety Teachers) fi ħdan il-Health and Safety Unit tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jgħallmu ħiliet bażiċi ta’ kif wieħed għandu jagħti l-ewwel ghajnuna. Dan it-tagħlim jinkludi kemm dak li huwa First Aid kif ukoll tagħlim ta’ kif wieħed jista’ jevita li hu jew ħaddieħor ikun involut f’inċident evitabbli u juża eżempji minn xenarji li t-tfal l-aktar iweġġgħu fihom eż. id-dar, it-triq, waqt ir-rikreazzjoni u fejn il-baħar. Dan it-taħrig jingħata lill-istudenti kollha fl-iskejjel tal-istat fir-raba, il-ħames u s-sitt sena.
Dawn l-għalliema rċievew taħriġ kemm lokalment mis-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar kif ukoll bi programm Grundtvig ta’ l-Unjoni Ewropea. Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar niedet ċertifikat imfassal speċifikament għall-għalliema li jgħallmu l-‘First Aid’ lit-tfal u l-għalliema kollha li jgħallmu dan is-suġġett fl-iskejjel ta’ l-istat ġew mistiedna jattendu għal dan il-kors.
Fl-iskejjel Sekondarji, il-‘Health and Safety Unit’ jorganizza programm għall-istudenti tal-5 sena kollha fejn dawn jiġu mistiedna jsegwu kors bażiku fl-ewwel għajnuna. Ċertifikat għal dan il-kors joħrog mis-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar u huwa ċertifikat rikonoxxut mill-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol. Inizjattivi oħrajn varji jiġu organizzati kemm fuq livell ta’ skola, kulleġġ jew mill-‘Health and Safety Unit’, bħal per eżempju il-‘Health and Safety EXPO’ li tiġi organizzata b’mod regolari.
Perjodikament, id-Direttrat għal Servizzi Edukattivi joffri korsijiet tal-ewwel għajnuna lill-għalliema kollha tal-‘Health and Safety’. Saru tlett korsijiet bejn Lulju u Settembru 2010, u ċ-ċertifikat ta’ dan il-kors huwa validu għal tlett snin.
Il-Health and Safety Unit toffri wkoll korsijiet ta’ tagħrif fuq l-ewwel għajnuna lill-għalliema u ħaddiema oħra fl-iskejjel kif ukoll lill-ġenituri ta’ l-istudenti.
Tista' l-Ministru tgħid f’liema stajdu wasal il-proċess biex il-liġi tagħna tiġi konformi mal-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal u x’liġijiet u amendi biħsiebu jressaq il-gvern sal-aħħar ta’ din is-sena biex jiġu indirizzati l-akuni legali li għandna fil-liġi tagħna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Minstru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x’parteċipazzjoni kien hemm ta’ delegazzjonijiet minn pajjiżna għall-konferenza barra minn Malta in konnessjoni mal-familja, tfal u diżabilità? Tista' tgħid x’kienu dawn il-konferenzi u fejn saru? Min attenda u tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti relattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
ħin allokat fil-kurrikolu għall-eżerċizzju fl-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħin allokat fil-kurrikolu għall-eżerċizzju fl-iskejjel kemm primarji kif ukoll sekondarji u kemm hemm għalliema f’kull skola tal-eżerċizzju fiżiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' kopja li għandha żewġt itfal fostered u wieħed minnhom, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, għandu bżonn is-servizz ta' facilitator, fil-fatt dan kellu wieħed, inbidel u issa għandu oħra, imma l-missier jixtieq li jkollu l-ewwel facilitator għax it-tifel kien aktar kuntent u kienu qed jaraw progress fih? Jista' xi ħadd mid-Dipartiment tad-Edukazzjoni jkellem lil din il-koppja biex naraw kif nistgħu ngħinu lil dan it-tifel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hija proċedura regolari tad-Dipartiment li learning support assistants (LSA) tagħmel sentejn biss ma’ student.
Din il-proċedura hija importanti ħafna għall-ġid tal-istudenti biex dawn jidraw jaħdmu ma’ għalliema u LSAs differenti biex nippreparawhom għall-ħajja adulta.