Jista' l-Ministru jara l-każ tal-ġuvni li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għalkemm applika għal post alternattiv mal-Awtorità tad-Djar, s'issa għadu bla risposta?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata ma għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34093, jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' kawżi li ilhom pendenti għal iktar minn 50 sena?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qorti Ċivili ta’ Malta:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li quddiem il-Qrati Ċivili hemm kawza waħda biss li ilha aktar minn ħamsin sena u li kienet saret referenza għaliha fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 34093 dik li ilha mis-sena 1931.
Qorti Kriminali:
Quddiem il-Qrati ta’ Gurisdizzjoni Kriminali m’hemm, ebda kawza li ilha aktar minn 50 sena pendenti.
Qorti ta’ Għawdex:
B’referenza ghal-mistoqsija parlamentari tal-Onor. Membru jigi sottomess li quddiem il-Qrati ta’ Għawdex hemm kawza wahda biss li ilha aktar minn ħamsin sena pendenti li kienet preżentata fis-sena 1958.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' applikanti għal residenza alternattiva, madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar kif dawn l-applikazzjonijiet huma maqsuma lokalità lokalità?
Peress li hemm diversi koppji jistennew biex jagħmlu l-kors biex ikunu jistgħu jsiru ġenturi adottivi u fil-fatt ġew infurmati li dawn jistgħu jagħmlu l-kors biss f'Jannar tas-sena 2013, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu li ċertament mhux aċċettabbli u huwa ta' detriment u skoraggiment għal dawk il-koppji kollha li jixtiequ jaddottaw it-tfal?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tim tal-adoption fl-Agenzija Appogg hu maghmul minn hames social workers li jsegwu l-process ta’ l-adozzjoni mill-bidu sa l-ahhar, jigifieri miz-zmien ta’ l-applikazzjoni, t-tahrig, home study reports, jressqu kazijiet quddiem il-bord, jassistu fil-process tal-matching fejn jippreparaw id-dokumentazzjoni kollha mehtiega, kif ukoll jhejju r-rapporti wara li ssir l-adozzjoni.
Matul is-sena 2012, l-Agenzija Appogg ser tkun ghamlet hames korsijiet ghal genituri adottivi. Il-metodu ta’ kif wiehed jinghata data ghal meta jkun jista’ jaghmel dan il-kors jiddependi minn meta wiehed ikun applika.
Dejjem jigi assigurat li meta jibda l-process dan jitkompla bla interruzzjoni.
Ghaddejj process biex nassiguraw li jiqsar z-zmien ta’ stennija ghalkemm fl-ahhar xhur dan diga’ tnaqqas konsiderevolment.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — informazzjoni dwar konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2011 il-Ministeru tal-Ġustizzja l-Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja ma kienx jeżisti.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq dar tal-gvern tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm ħafna umdità u minkejja li l-invdividwu għamel xi xogħlijiet, xorta waħda baqgħa bl-istess problema?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità tad-Djar toffri skemi għal dawn it-tip ta’ xogħlijiet. L-inkwilin huwa mħeġġeġ javviċina l-Customer Care tal-Awtorità sabiex jispjegawlu kif jista’ jibbenefika.
Jista' l-Minsitru jara li l-familja li l-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata housing alternattiv peress li l-fond huwa żgħir u jinsab fi stat umduż? Jista' jgħid jekk tistax issir spezzjoni fl-iqsar żmien possibli?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata ma għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva peress li l-istess applikazzjoni ġiet magħluqa fit-13 ta’ Jannar, 2011.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jridx joħroġ iż-żieda tal-għoli tal-ħajja sħiħa b'effett mis-sena 2008 lil dawk li kienu ġew kostretti jieħdu l-iskema ta' irtirar kmieni mit-tarznari fis-sena 2003? Għaliex qed ikompli joħloq anomalija ma' dawn il-pensjonanti meta kien l-istess Ministru li kien ħabbar fil-budget għas-sena 2008 li se jżid lill-pensjonanti kollha ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja? Għaliex din l-anomalija? Il-provediment li hemm fil-kuntratt privat li jinkorpora din l-iskema ta' irtirar kmieni kien ġie ffirmat fis-sena 2003 meta dak iż-żmien il-gvern kien għadu ma tax iż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti, għaldaqstant, għaliex ma kkerġġiex din l-anomalija fil-kuntest tad-deċiżjoni li ttieħdet wara? Għaliex se jħalli din id-diskriminazzjoni tkompli sseħħ bejn il-pensjonanti Maltin u Għawdxin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li qed tirċievi pensjoni anqas minn persuni oħra li ħadmu miegħu fl-istess grad u rtiraw fl-istess perjodu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar brochure ta' propoganda personali li tqassam fid-djar Għawdxin u jgħid fejn ġie stampat u kemm ġie jiswa? Xi spejjeż oħra kien hemm relatai mal-produzzjoni ta' dan id-dokument? Mil-liema vot tħallas?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-brochure indikat minnu ma thallas mill-ebda vot pubbliku. Il-produzzjoni, l-istampar kif ukoll il-pustagg ma tħallasx minn fondi pubbliċi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34108 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jsir ix-xogħol tant bżonnjuż ta' bdil ta' katusi tal-komun fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, bi tweġiba għall-mistoqsija tiegħu, illi l-Awtorità tad-Djar spezzjonat il-fond fl-10 t’April, 2012, u se tagħmel it-tiswijiet neċessarji f’qasir żmien.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet sabiex inkwilini jixtru l-proprjetà li jgħixu fiha? Jista' jgħid f'liema lokalità jinsabu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ftuh tal-iskema ‘Ninvesti fid-Dar Tiegħi’, li kienet miftuha ghar-residenzi gewwa l-Kottonera fit-2 ta’ Awwissu 2011, l-Awtorita’ tad-Djar irceviet 32 applikazzjoni. L-applikazzjonijiet ġew minn dawn il-lokalitajiet:
· Isla - 15
· Birgu - 12
· Bormla - 05
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33626, jista' l-Ministru jgħid x'alternattiva hemm min naħa tal-Awtorità tad-Djar biex din il-persuna ma tibqax tgħix f'garaxx taħt l-art li jinsab taħt knisja parrokjali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika preferenza li l-applikant wera li jiġi allokat huwa fil-lokalità ta’ San Giljan. L-applikant jikkwalifika għall-post b’kamra tas-sodda waħda u l-Awtorità tad-Djar ma kelliex postijiet adattati għalih f’din il-lokalità. Waqt li l-Awtorità tad-Djar qeghda taghmel minn kollow sabiex tiddentifika post adattat għal dan applikant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinforma lis-Sinjur li f’kaz li huwa jikri post mill-privat l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ toffrilu sussidju fuq il-kera.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat quddiem l-Awtorità tad-Djar biex tbiddel ma' post ieħor tal-gvern?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni joqgħod ġo post tal-Gvern fl-ewwel sular u applika biex ibiddel nhar il-5 ta’ Mejju, 2009. Huwa jixtieq li jiġi allokat post terran, peress li jbati b’qalbu, fil-lokalità ta’ Santa Venera biex ikun qrib il-familjari tiegħu. Mil-lista tat-tpartit m’hemm ħadd interessat biex immur fil-lokalità tal-Kalkara u fil-preżent l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex postijiet fil-pjan terran vakanti fil-lokalità ta’ Santa Venera.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — impjegati nisa bi skala sebgħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
- Kummissarju ghal Vjolenza Domestika – nil
- Kummissarju Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’ – nil
- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg – nil
- Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali – 27 li huma minn skala sebgħa ’l fuq
- Servizzi Socjali – 18-il mara li huma minn skala sebgħa ‘l fuq
- Qrati tal-Gustizzja ta’ Malta – 17-il mara li qegħdin minn skala ta’ Salarju 7 ‘l fuq (3 fuq bażi
part-time
)
- Qorti t’Għawdex – Mara waħda bi skala sebgħa
- Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali – 7 nisa minn skala 7 ‘l fuq
- Kummissarju għat-Tfal – żewġ nisa
- Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji – nil
- Kummissjoni Nazzjonali għal Promozzjoni tal-Ugwaljanza - hemm 4 nisa fi-Skala 7 jew ‘il fuq
- Awtorità tad-Djar – L-skali tal-Awtorità tad-Djar huma differenti minn dawk tal-gvern izda meta mqabbla mas-salarji tal-gvern, l-Awtorità ghandha 15 impjegati nisa u 3 ohra li huma sekondati f’Dipartimenti ohra
- MEUSAC – hemm 3 nisa, waħda hija fi skala 7 u 2 fi skala 4
- MCESD – hemm 2 impjegati nisa minn skala 7 ‘l fuq
Billi f’ħafna appartamenti tal-gvern fejn ġew istallati lifts joqgħodu pensjonanti li bilkemm jistgħu jlaħqu mal-ispejjeż normali tal-ħajja, jista' l-Ministru jara jekk jistax jinstab xi mezz biex dawn ma jibqgħux jiġu charged rati kummerċjali għal provvista tat-3 phase fil-blokki li joqgħodu fihom u dan wara li ssir konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Fil-preżent ma tesisti l-ebda skema taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali li tapplika fil-każ li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Però ħadt nota ta' dan il-każ u qiegħed f'diskussjoni mal-entitajiet konċernati sabiex nesploraw soluzzjonijiet possibli għal każijiet simili.
appartamenti tal-gvern — fondi allokati għal spejjeż ta' maintenance
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħax jinstab xi mezz biex ikun hemm flessibilità akbar meta l-administrators tal-blokki tal-appartamenti tal-gvern jiġu biex jonfqu l-allokazzjoni tas-somma ta’ spejjeż fuq maintenance eżempju f’każijiet fejn tankijiet tal-ilma jkunu taż-żingu u mhux asbestos, l-ammont allokat ikun jista' jmur fuq items oħrajn ġustifikati u marbutin direttament ma' maintenance costs?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-għażla ta’ liema xogħlijiet hemm bżonn isiru tkun tal-kunsilli lokali bi ftehim mal-amministraturi. L-Awtorità tad-Djar timponi ċertu xogħlijiet biss f’każijiet ta’ periklu u urġenza, bħal meta t-tankijiet tal-ilma fuq il-bjut ikunu tal-asbestos jew ikunu qed jagħmlu ħsara strutturali lill-bejt.
Jista' l-Ministru jara l-applikazzjoni ta' persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u peress li ommha għandha 91 sena u din applikat biex tidħol f'Dar il-Kaptan u tkun tista' tibda tattendi kuljum skola jew day centre? Jista' jara l-każ u din il-familja tiġi kkuntatjata?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna b’diżabilità imsemmija applikat għal servizz ta’ matul il-jum mal-Aġenzija Sapport nhar id-9 ta’ Marzu 2012. L-applikazzjoni tagħha qed tiġi kkunsidrata. Ninsabu infurmati wkoll li l-persuna applikat għal servizz ta’ matul il-jum ġewwa Dar il-Kaptan u l-applikazzjoni tagħha qed tiġi kkunsidrata ukoll.
Jista' l-Ministru jara każ ta' ex pulizija li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament u li dan ħarġulu r-relief fuq il-mara li kien jamonta għall-€77.67 fil- ġimgħa? Jista' jara l-każ peress li anke kellu jieħu xi arrettrati u ma ħa xejn?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-peruna koncernata giet infurmata dwar il-każ tagħha.