Malta Film Commission – linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4337, 4895 u 5648 u ċjoè: Peress li f’Marzu li għadda l-Malta Film Commission ippubblikat linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate, u skont Artiklu 5 ta’ dawn il-Linji Gwida, dawn jidħlu fis-seħħ ġaladarba jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali, għaldaqstant jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż legali li jirregola dawn il-linji gwida u jinforma lill-Kamra meta daħlu fis-seħħ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż legali li jirregola l-linji gwida msemmija.
Malta Film Commission – audited accounts u rapporti annwali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4887 u 5649 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Audited Accounts u r-Rapporti Annwali tal-Malta Film Commission għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021?
Ftehim ma' Manchester United tramite VisitMalta — spiża
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' x'jinkludi l-ftehim li sar minn VisitMalta ma' Manchester United, għal kemm tul ta' żmien u l-ispiża totali għall-Gvern Malti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim huwa kummerċjalment sensittiv, ninfurmah li l-ftehim imsemmi huwa għal ħames snin.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4734 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li kien skada fl-2020 ingħatax wara sejħa pubblika għall-offerti? Jekk iva, jista’ jgħid meta nħarġet din is-sejħa?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4888 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigram preżenti tal-Malta Film Commission u jippubblika lista tal-pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Malta Film Commission, il-paga, allowances u benefiċċji oħra mħallsa għal kull pożizzjoni u jgħid jekk il-persuna f’impjieg għal kull pożizzjoni hijiex f’kuntratt definit jew indefinit?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istruttura preżenti tal-Malta Film Commission hija s-segwenti:
§ Film Commissioner
§ Strategic Planning Manager
§ Marketing Senior Executive
§ Administration Manager
§ Facilities Manager
§ Senior Executive
§ Policy Manager
§ Stakeholder Relations Manger
§ Tank Operators
§ Clerical Officer
Financial Incentives for the Audiovisual Industry — korrispondenza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4340 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tibdil li tħabbar aktar kmieni din is-sena fil-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate? Jista’ jippubblika wkoll l-approvazzjoni li ngħatat mill-Kummissjoni Ewropea?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Financial Incentives for the Audiovisual Industry – għoti ta’ inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4896 u 4339 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Malta Film Commission – linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4895 u 4337 u ċjoè: Peress li f’Marzu li għadda l-Malta Film Commission ippubblikat linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate, u skont Artiklu 5 ta’ dawn il-Linji Gwida, dawn jidħlu fis-seħħ ġaladarba jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali, għaldaqstant jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż legali li jirregola dawn il-linji gwida u jinforma lill-Kamra meta daħlu fis-seħħ?
Proġett tal-Għadira – postijiet ta’ parkeġġ disponibbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet ta’ parkeġġ disponibbli qabel il-proġett tal-Għadira fi Triq il-Marfa u kemm se jkunu disponibbli fuq kompetizzjoni tal-proġett eskluż il-parkeġġ ġdid ħdejn il-lukanda tal-Bajja tal-Mellieħa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara l-interventi li qed isiru fil-proġett ta’ Triq il-Marfa, preċiżament bejn ir-roundabout li tagħti għall-Armier u r-roundabout li tagħti għal ta’ Pennellu, ser ikun hemm infrastruttura li tippermetti spazji ta’ parkeġġi ippjanat mal-ġenb tat-triq man-naħa tar-ramla li ser ikunu iktar siguri. Dan ser isir permezz ta’ parkeġġi skont standards applikabbli u bankini ġodda biex in-nies li jagħmlu użu mill-istess parkeġġi jaslu bil-pass b’mod sigur għall-bajja jew għal destinazzjonijiet oħra fl-inħawi.
Qabel il-proġett kien hemm linja kontinwa bajda li tħalli wisgħat varji ta’asfalt mal-ġenb tat-triq u uħud minnhom mingħajr konnessjonijiet ta’ bankini għan-nies, parkeġġi li ma kienux jilħqu standards applikabbli. Għalhekk jista’ jiġi kkonfermat illi t-triq in kwistjoni ser ikollha parkeġġi ħafna iktar adekwati u fuq kollox iktar siguri għall-pubbliku li ser ikun qed jagħmel użu minnhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet ta’ parkeġġ qabel il-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa u kemm għandhom jibqgħu wara li jitlesta l-proġett fil-pjazza stess?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nikkonferma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' spazji ta' parkeġġ se jibqa’ l-istess.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4043, fejn il-Ministru qal li “l-operant jopera fiż-żona konċessa matul il-ħinijiet stabbiliti”, jista’ l-Ministru jindika fuq site plan liema hija din iż-żona konċessa?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4046, fejn il-Ministru qal li “saret estensjoni temporanja (2022) tal-kuntratti preċedenti”, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-“kuntratti preċedenti”?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – ġbir ta’ skart mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5186, billi l-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ilhom żmien, f'ċertu lokalitajiet, iduru t-toroq u jiġbru dak l-iskart li ma jkunx inġabar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dak il-ġbir issa hux se jieqaf minħabba l-iskeda l-ġdida tal-ġbir tal-iskart?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li s-servizz ta’ ġbir ta’ skart addizzjonali li qed toffri d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni huwa temporanju sakemm tindara l-bidla fl-iskeda l-ġdida ta’ ġbir ta’ skart.
San Pawl il-Baħar – xogħol li se jitwettaq mill-Ministeru għat-Turiżmu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3296 dwar xogħol li se jitwettaq mill-Ministeru għat-Turiżmu f’San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jgħid meta se jinbeda l-Proġett tal-Belveder fi Triq San Publju? Meta hu ppjanat li dan il-proġett jitlesta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif diġà spjegat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3296, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed taħdem ma’ aġenziji oħra fuq dan il-proġett. Kif il-proċessi kollha jkun iffinalizzati, ikun jista’ jibda l-proġett.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – ġbir ta’ skart mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' skart li nġabar mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni b'mod separat għal kull lokalità tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar fl-ewwel għaxart ijiem ta' din is-sena? Jista' jgħid jekk l-iskart ġiex miġbur kollu f'salt inkella separatament skont it-tip ta' skart mormi? Fejn tpoġġa dan l-iskart u min se jħallas għal dan il-ġbir addizzjonali?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-servizz ta’ ġbir ta’ skart addizzjonali li qed toffri d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni huwa temporanju sakemm tindara l-bidla fl-skeda ġdida ta’ ġbir ta’ skart madwar il-pajjiż kollu.
L-iskart li qed jinġabar qed jiġi separat fil-kumpless tad-Diviżjoni ġewwa Kordin.
L-iskart miġbur bejn it-2 u t-12 ta Jannar jammonta għal 148 tunellata u maqsum kif ġej :
· San Pawl il-Baħar – 78% (108 tunellati)
· Naxxar – 7.2% (18-il tunellata)
· Mellieħa – 14.8% (22 tunellata).
L-ispiża ta’ dan is-servizz ser tiġi assorbita mid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4149, jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-ismijiet ta' dawk li ħadu dawn il-biljetti tal-Manchester United, flimkien mas-sezzjoni li fiha ġew ikkategorizzati bħala eleġibbli kif intqal fl-istess risposta, u ċjoè jekk humiex: ġurnalisti, influencers, prize-winners, aġenti tal-ivjaġġar, operaturi turistiċi u organizzaturi ta’ konferenzi barranin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul dawn l-aħħar tliet snin tal-ftehim, il-biljetti ntużaw minn rappreżentanti ta’ operaturi turistiċi barranin, prinċipalment mir-Renju Unit.
Minbarra hekk, għadd ta’ biljetti ntużaw ukoll f’inizjattivi ma’ stazzjonijiet tar-radju Ingliżi sabiex jittellgħu bħala premju għall-kompetizzjonijiet marbuta mal-gżejjer Maltin.
L-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata. Madanakollu, l-Onor. Interpellant, jekk iħoss il-ħtieġa, jingħata l-opportunità li jara hu personalment l-informazzjoni mitluba.