Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Ħamrun — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Ħamrun li hemm pendenti bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Il-Furjana — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Furjana fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Il-Furjana — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Furjana li hemm pendenti bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Mellieħa Bypass – lampi mitfija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li fi Triq Lewis Wettinger (Mellieħa Bypass) matul il-lejl qed jintfew numru ta' lampi li hemm fuq l-arbli fl-istess triq wara lmenti min-numru ta' residenti?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Mellieħa – Triq il-Marfa – konsultazzjoni mas-sidien tan-negozji rigward ix-xogħlijiet fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx konsultazzjoni u allura s-sidien tan-negozji li jinsabu fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa kenux infurmati qabel ma' inbeda x-xogħol fit-triq imsemmija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li Triq il-Marfa, bejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa u l-Bajja tal-Għadira hija waħda mit-toroq li Infrastructure Malta ser tibda tibni mill-ġdid bħala parti mill-investiment bla preċedent ta’ €700 miljun li qed jitwettaq sabiex intejbu l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. F’din it-triq ta’ madwar kilometru u nofs se jsiru diversi servizzi ġodda taħt l-art, se tiġi estiża s-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita u se jibnew mal-erba’ mitt metru f’bankini ġodda. Il-wiċċ tat-triq ser jitħaffer u fejn hemm pedamenti antiki bit-tafal jew materjal ieħor mhux b'saħħtu, se jinbidlu m’oħrajn sodi, biex it-triq ma tibqax iċċedi. Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni kontinwa mal-Kunsill Lokali Mellieħa, u ma’ entitajiet u persuni oħra konċernati, sabiex jiġi żgurat li dan ix-xogħol li tant ilu biex isir, ikun jista’ jitwettaq bl-inqas diffikultajiet possibbli għar-residenti, negozji u dawk kollha li ju¿aw l-istess triq. Fil-fatt, wara diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali, se jsiru arranġamenti ta’ aċċess temporanju kemm għall-karozzi u anke għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jew b’tal-linja sakemm partijiet mit-triq ikunu magħluqin minħabba x-xogħlijiet. L-uffiċċjali ta’ Infrastructure Malta se jkunu wkoll qed isegwu mill-qrib ix-xogħol kollu li se jkunu qed jagħmlu l-kuntratturi tal-bini ta’ din it-triq, sabiex fejn ikun hemm xi diffikultajiet, tittieħed azzjoni minnufih. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Mellieħa – lukandi li kellhom il-permessi għall-estensjoni jew binjiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lukandi (ta' kull tip) li kellhom il-permessi approvati jew pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar f'estensjonijiet jew binjiet ġodda fil-lokalità tal-Mellieħa bejn l-1 ta' Ġunju 2013 u t-18 ta' Marzu 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtoritaà tal-Ippjanar, hemm erba’ applikazzjonijiet għal żidiet jew bini mill-ġdid ta’ lukandi li qed jiġu pproċessati mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-Mellieħa li ġew ippublikati / validati bejn l-1 ta’ Ġunju 2013 u t-18 ta’ Marzu 2019. Fl-istess perjodu, l-Awtorità approvat 9 applikazzjonijiet għall-istess tip ta’ żvilupp. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet relevanti. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp (PA applications) li fid-deskrizzjoni tal-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti: · Hotel · Class 3A · Class 3B Minn dawk l-applikazjonijiet li jaqgħu fi klassi 3A (tal-Use Classes Order) ġew eskluzi hostels, guest houses u akkommodazjoni għat-turisti li ma jaqax taħt id-deskrizzjoni ta’ lukanda.

Naxxar – Ċentru tal-Fieri – applikazzjoni għall-proġett ta’ appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hijiex qed tikkunsidra favorevolment l-applikazzjoni (2284/16) għall-proġett li jikkonsisti f'mijiet ta' appartamenti fiż-żona fejn qabel kien hemm iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar? Jista' jindika wkoll fiex waslet din l-istess applikazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-applikazzjoni PA2284/16 tinsab fuq art li skont il-Pjan Lokali qegħdha indikata għall-iżvilupp u għalhekk Policies li jirregolaw it-tali żoni japplikaw. L-ipproċċessar tal-applikazzjoni preżentament jinsab sospiż jistenna informazzjoni meħtieġa biex b’hekk ikun jista’ jipproċedi għall-ipproċċessar komplut tal-proposta.

Ir-Rabat/Imtarfa – Twessigħ ta’ Triq Buqana – ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fil-proġett tat-twessigħ ta’ Triq Buqana (Rotta 16) li mir-Rabat/Imtarfa tagħti għall-Mosta/Imġarr, il-ħitan tas-sejjieħ li qed jinbnew qed jiġu mibnija tant għolja li qed jgħattu l-veduta tal-għelieqi, tal-Imdina u tal-ambjent sabiħ tal-madwar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tagħmel dan il-proġett b’investiment ta’ madwar €3.6 miljun biex twessa’ u tibni mill-ġdid Triq Buqana, il-konnessjoni ewlenija bejn l-Imtarfa, il-Mosta u l-Imġarr. Permezz ta’ dan il-proġett se tiżdied korsija għall-vetturi mill-Imtarfa lejn il-Mosta u l-Imġarr, u korsija għar-roti ġdida b’tul ta’ 1.8 kilometri, fl-istess direzzjoni. B’hekk, Infrastructure Malta se tkun qed tkompli żżid aktar infrastruttura sigura li tħajjar aktar persuni ju¿aw mezzi ta’ vvjaġġar alternattivi. Fl-istess waqt, qed tkompli tnaqqas id-diffikultajiet li jwasslu għal dewmien fl-ivvjaġġar għal madwar 18,000 persuna li ta’ kuljum jużaw din ir-rotta fi triqithom minn u lejn it-tramuntana tal-gżira, u Għawdex. Bħala parti minn dan il-proġett, ser jinbena mill-ġdid ukoll il-pont ta’ Wied il-Qlejja (Chadwick Lakes) li minn fuqu tgħaddi din it-triq. Bi tħejjija għall-bini tal-korsiji tal-karozzi u r-roti ġodda, kellu jsir skavar wara l-ħitan tal-ġnub tat-triq, u qegħdin isiru wkoll 1.8 kilometri ta’ ħitan bil-ġebel tas-sejjieħ ġodda. Il-ħitan indikati huma meħtieġa biex iżommu l-ħamrija milli tinġarr mir-riħ u bix-xita bil-konsegwenza li tintilef mill-għelieqi billi tisipiċċa fit-triq.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Green Leaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, IAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern. Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern. Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: · tisħiħ tal-Green Public Procurement; · introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli; · Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Fgura — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Fgura fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Fgura — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Fgura li hemm pendenti bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Ix-Xgħajra — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tax-Xgħajra fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Ix-Xgħajra — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tax-Xgħajra li hemm pendenti bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Il-Kalkara — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Kalkara fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Il-Kalkara — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Kalkara li hemm pendenti bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Encroachment — kiosk

Question

Peress li d-detentur tal-encroachment 079313 miet, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kiosk qiegħda titħalla topera ladarba l-encroachment jispiċċa mal-mewt tad-detentur?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, it-talba sabiex jiġġedded l-encroachment tal-kiosk imsemmi saret meta d-detentur kien għadu ħaj. L-Awtorità qegħda fil-proċess li tevalwa t-talba sabiex il-permess ta’ encroachment jingħata f’isem detentur ieħor.

Birkirkara — Triq Fleur De Lys - ftuħ ta' water culverts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9500 u ċjoè: Għalkemm saru ħafna lmenti lill-awtoritajiet, jista’ l-Ministru jgħid meta Infrastructure Malta se terġa’ tiftaħ il-water culverts fi Triq Fleur de Lys, Birkirkara, peress li għal sena oħra r-residenti qed jegħrqu kull darba li tagħmel ix-xita?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interventi meħtieġa fuq il-water culverts fi Triq Fleur de Lys, Birkirkara, diġà kienu ppjanati u se jsiru fil-jiem li ġejjin. Dan bħala parti mix-xogħlijiet li Infrastructure Malta tagħmel kontinwament f’dik li hija manutenzjoni tal-infrastruttura tat-toroq li jinkludu wkoll tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Il-Belt — użu ta’ trasport bil-baħar - parkeġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jsiru servizzi ta’ parkeġġi biex jiffaċilitaw l-użu tat-trasport bil-baħar lejn il-Belt Valletta mill-postijiet minn fejn huwa pprovdut is-servizz tat-trasport bil-baħar lejn il-Belt?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

In-Naxxar — Telgħa t’Alla u Ommu - moviment tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hekk hemmx xi pjan biex fiż-żona fejn taqbad il-bypass li mit-Telgħa t’Alla u Ommu tagħti lejn l-Iklin/Naxxar, isir proġett li jiffaċilità l-moviment tat-traffiku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq ta’ investiment bla preċedent sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Fl-ewwel xhur mit-twaqqif tagħha, fis-sajf 2018, l-aġenzija wettqet ħidma estensiva sabiex ittejjeb għadd ta’ konnessjonijiet fit-toroq arterjali li minnhom jivvjaġġaw eluf ta’ persuni kuljum. Fost dawn kien hemm ir-roundabout tat-Telgħa t’Alla u Ommu, bejn in-Naxxar u Burmarrad. Permezz ta’ dan it-titjib, tneħħa xkiel li kien joħloq dewmien fl-ivvjaġġar minn Burmarrad lejn in-Naxxar, billi t-triq twessgħet b’korsija ġdida f’din id-direzzjoni. Is-sena li għaddiet saru wkoll tiswijiet f’partijiet minn Triq il-Fortizza tal-Mosta, li tingħaqad mar-roundabout imsemmija, sabiex jonqsu d-diffikultajiet għal dawk li jużaw din ir-rotta alternattiva bejn Burmarrad, il-Mosta u n-Naxxar. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta bħalissa għaddejja bil-bini mill-ġdid u t-twessigħ ta’ Triq tal-Balal, li tgħaqqad in-Naxxar ma’ San Ġwann. Wieħed mill-benefiċċji ta’ dan il-proġett, li se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar fl-inħawi b’madwar 30 fil-mija, huwa li se jtaffi d-diffikultajiet ta’ dewmien u konġestjoni fi Triq Margaret A. Murray. Din it-triq tgħaqqad ir-roundabout tat-Telgħa t’Alla u Ommu mar-roundabout fil-bidu ta’ Triq tal-Balal. Fost oħrajn, se jkun hemm bypass lane ġdida li biha dawk li se jkunu qed jivvjaġġaw mit-Telgħa t’Alla u Ommu u Triq Margaret A. Murray ikunu jistgħu jduru għal Triq tal-Balal mingħajr ma jidħlu jduru mar-roundabout. B’hekk ser jonqos il-ħin tal-istennija u d-dewmien anke ma’ Triq Margaret A. Murray u t-Telgħa t’Alla u Ommu. Infrastructure Malta ser tkompli tqis u tanalizza l-andament tal-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar f’dawn l-inħawi, kif ukoll ir-riżultat tax-xogħol li sar fix-xhur li għaddew u li qed isir bħalissa fi Triq tal-Balal, sabiex jekk ikun hemm bżonn aktar titjib fit-toroq arterjali f’dawn l-inħawi, ikun jista’ jsir ukoll.

In-Naxxar u l-Iklin – volum ta’ traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani biex jiġi indirizzat il-volum tat-traffiku miċ-ċentru tal-lokalità tal-Iklin u tan-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq ta’ investiment bla preċedent sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Fl-ewwel xhur mit-twaqqif tagħha, fis-sajf 2018, l-aġenzija wettqet ħidma estensiva sabiex ittejjeb għadd ta’ konnessjonijiet fit-toroq arterjali li minnhom jivvjaġġaw eluf ta’ persuni kuljum. Fost dawn kien hemm ir-roundabout tat-Telgħa t’Alla u Ommu, bejn in-Naxxar u Burmarrad. Permezz ta’ dan it-titjib, tneħħa xkiel li kien joħloq dewmien fl-ivvjaġġar minn Burmarrad lejn in-Naxxar, billi t-triq twessgħet b’korsija ġdida f’din id-direzzjoni. Is-sena li għaddiet saru wkoll tiswijiet f’partijiet minn Triq il-Fortizza tal-Mosta, li tingħaqad mar-roundabout imsemmija, sabiex jonqsu d-diffikultajiet għal dawk li jużaw din ir-rotta alternattiva bejn Burmarrad, il-Mosta u n-Naxxar. Xogħlijiet oħrajn saru fi Triq il-Mosta u Triq il-Kbira li jinsabu fir-rotta bejn il-Mosta, l-Iklin u Ħal Lija, kif ukoll fuq ir-roundabout ta’ Ħal Lija. B’hekk mhux biss tjiebet din il-konnessjoni imma tnaqas il-ħin tal-ivvjaġġar fl-inħawi billi saret bypass lane ġdida mar-roundabout biex ġie mtejjeb l-aċċess għall-bypass ta' Birkirkara. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta bħalissa għaddejja bil-bini mill-ġdid u t-twessigħ ta’ Triq tal-Balal, li tgħaqqad in-Naxxar ma’ San Ġwann. Wieħed mill-benefiċċji ta’ dan il-proġett, li se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar fl-inħawi b’madwar 30 fil-mija, huwa li se jtaffi d-diffikultajiet ta’ dewmien u konġestjoni fi Triq Margaret A. Murray. Din it-triq tgħaqqad ir-roundabout tat-Telgħa t’Alla u Ommu mar-roundabout fil-bidu ta’ Triq tal-Balal. Fost oħrajn, se jkun hemm bypass lane ġdida li biha dawk li se jkunu qed jivvjaġġaw mit-Telgħa t’Alla u Ommu u Triq Margaret A. Murray ikunu jistgħu jduru għal Triq tal-Balal mingħajr ma jidħlu jduru mar-roundabout. B’hekk ser jonqos il-ħin tal-istennija u d-dewmien anke ma’ Triq Margaret A. Murray u t-Telgħa t’Alla u Ommu. Proġett ieħor li wkoll qed isir bħalissa huwa l-bini ta’ roundabout ġdida ħdejn il-Mosta Technopark, biex ittejjeb il-konnessjoni bejn Vjal il-Labour minn u lejn in-Naxxar, Triq Franġisku Pisani, li tagħti lejn l-inħawi ta’ Santa Margerita, il-Mosta, u Triq l-Awstralja, fl-inħawi residenzjali tan-Naxxar. Infrastructure Malta ser tkompli tqis u tanalizza l-andament tal-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar f’dawn l-inħawi, kif ukoll ir-riżultat tax-xogħol li sar fix-xhur li għaddew u li qed isir bħalissa, sabiex jekk ikun hemm bżonn aktar titjib fit-toroq arterjali f’dawn l-inħawi, ikun jista’ jsir ukoll.