Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trattamenti għal pazjenti li kellhom bżonn il-kimoterapija Fluorouracil

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew affettwati trattamenti u x’se jsir mit-trattamenti mitlufa, f’pazjenti li kellhom bżonn il-kimoterapija Fluorouracil?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8800.

Ta’ Ġiorni – berġa tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tkun qed topera l-Berġa tas-Saħħa f'Ta’ Ġiorni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejjin taħdidiet mal-Kunsill Lokali sabiex jinstab sit adegwat għal ċentru kominitarju għas-saħħa viċin ta’ Giorni.

Settur pubbliku — infermiera, allied health professionals u tobba li rriżenjaw

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il professjonist fil-qasam tas-saħħa (tobba, infermiera u allied health professionals) irriżenjaw mis-settur pubbliku fis-snin 2021 u 2022 u jgħid x'nazzjonalità kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5283 li għamel hu stess.

Telemediċina

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li rċevew is-servizz ta' tabib mid-dar permezz tat-telemediċina s-sena l-oħra? X’għandu wieħed jagħmel biex jirċievi dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2022 iċ-Ċentru tat-Telemediċina rċieva 85,624-il telefonata għall-parir mediku. Kull min irid jagħmel kuntatt mat-tobba ta’ dan iċ-Ċentru jrid iċempel il-Primary HealthCare Client Support Centre fuq 21231231 jew 21222444.

Taħriġ lill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum (Saħħa Mentali)

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid jekk mis-sena 2021 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija ingħatax taħriġ lill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u dwar xiex ingħata dan it-taħriġ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar diversi taħriġ għal occupational therapists li jaħdmu fil-komunità mil-2022 sal-lum. Parti mit-taħriġ li ngħata huwa: Suicide risk training for all OTs Discourse in Psychiatry and the power of the lived experience Internal CPD – Model of Human Occupation Screening Tool (MOHOST) Scoring Internal CPD - Financial Capability session plans for OTs Internal CPD - Community OT Data collection EU Sponsorship financed by Ministry of Health and IPS – 2 OTs received training in Brussels: Belgian Reform 1 OT received training in Italy: Eating Disorders Belgian Reform internal CPD for all OTs post EU OT training in Brussels - 19 OTs Internal CPD Learning points from HORATIO Congress – Reuniting mental health nurses Community Mental Health Conference organised by the community leadership team in which all teams presented their services, challenges and achievements Malta association of occupational therapy (MAOT) Conference: Recovery Approach Peer Specialists and Co-Production training for South region community mental health teams (as part of Joint Action Implemental, Work Package 5) Study day with Ms Jeanette Allen (foreign OT professional from UK) Introducing the Recovery Approach to support staff

Università ta’ BARTS — studenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7488, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien l-investiment f'BARTS? Kemm hemm studenti jitgħallmu hemm? Xi ftehim sar mal-Isptar Mater Dei biex jintuża s-servizz biex ikunu jistgħu jitgħallmu dawn l-istudenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

Sptar Mater Dei – GU Clinic – servizzi bla ħlas

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min jista' jaċċessa mingħajr ħlas il-Post Exposure Prophylaxis (PEP) u l-Pre-Exposure Prophylaxis (PREP) mill-GU Clinic tal-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-PEP tingħata mingħajr ħlas lil pazjent f’każi fejn ikun hemm l-att sesswali li ma jkunx konsenzwali. Il-PEP jingħata wkoll lill-persunal li jkun ġie espost għal sitwazzjonijiet ta’ riskju waqt ix-xogħol, skont kif jiġi deċiż mill-Infection Control Department.

Kmamar għall-assessjar ta’ sexual assault

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitlestew il-kmamar li fihom se jsir assessjar ta' każijiet ta' sexual assault f'aktar privatezza u kumdità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kmamar li fihom se jsir assessjar ta' każijiet ta' sexual assault huwa ppjanat li jkunu lesti sal-aħħar ta’ din is-sena.

Food handlers licence

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk isirx skrutinju fuq min għandu l-Food Handlers Licence?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jsiru spezzjonijiet mill-Uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali fil-postijiet tal-ikel u jiġi ċċekkjat li kull min jaħdem fil-preparazzjoni tal-ikel għall-konsum irid ikun reġistrat mal-Kummissjoni għas-Sigurtà fl-ikel u jkollu dokument ta’ reġistrazzjoni korrenti.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – ħaddiema

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kemm kien hemm ħaddiema li huma jew kienu direttament impjegati ma’ Steward? Jista' jgħid f’liema gradi kienu dawn il-ħaddiema? Kemm minn dawn il-ħaddiema ġew assimilati mal-Gvern u f’liema gradi ġew assimilati? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-ħaddiema żammewx il-pagi u kundizzjonijiet li kellhom u l-grad li kellhom? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx minn dawn li ġew fuq il-ħaddiema taċ-Ċivil li jaħdmu fl-istess sptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħaddiema kollha tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex żammu posthom wara li l-Gvern ħa lura f’idejh it-tmexxija tal-isptar. Dawk il-ħaddiema li kienu direttament impjegati ma' Steward Healthcare issa rċevew in-notifika ta’ transfer of business.

Protokoll dwar l-użu ta’ sireni mill-ambulanzi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7934, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iStandard Operating Procedure li tindika l-proċedura dwar kif l-ambulanzi jagħmlu użu mis-sireni li saret referenza għaliha fl-istess tweġiba?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iStandard Operating Procedure kif mitlub minnha.

Fibromyalgia u l-Myalgic Encephalomyelitis — Diskussjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar il-possibbiltà li l-Fibromyalgia u l-Myalgic Encephalomyelitis jiġu trattati bħala diżabilità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill Ministeru kkonċernat.

Emergency Ambulance Responders – uniformijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-aħħar inħarġet sejħa pubblika għall-offerti rigward uniformijiet għall-Emergency Ambulance Responders, impjegati mas-settur pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7071.

Kliniċi għal dentisti tal-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm kliniċi għal dentisti tal-Gvern? Kemm hemm dentisti u x'inhu n-numru ta' dentisti li suppost ikun hemm f'dawn il-kliniċi tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 18-il dentist u 4 konsulenti fl-isptarijiet Mater Dei, Gozo General Hospital u St. Vincent de Paul.

Lista ta’ stennija għal servizzi ta’ dentist

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fil-lista ta' stennija għal servizzi ta' dentist? Kemm minnhom huma minuri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti għal servizz ta’ Orthodontics hemm 2,183 waqt li għal Oral Surgery hemm 521 għal proċeduri taħt Local anesthesia u 493 taħt General anesthesia u 228 minn dawn huma minorenni.

Persuni li ddaħħlu l-isptar bi Chronic Obstructive Pulmonary Disease, Occupational Lung Diseases u Pulmonary Hypertension

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar isofru minn Chronic Obstructive Pulmonary Disease (COPD), Occupational Lung Diseases u Pulmonary Hypertension mill-2017 sal-ġurnata li qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-età tagħhom u minn liema reġjun kienu ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Total Number of Discharges 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Jan 2023 Feb 2023 Chronic Obstructive Pulmonary Disease (COPD) 984 999 1103 734 766 904 136 95 Occupational Lung Diseases 7 0 5 3 6 5 1 0 Pulmonary Hypertension 19 12 10 12 12 10 0 1

Kawżi ta’ mwiet f’Malta

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6173 u 6776, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għas-sena 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Mediċina Rivoraxaban

Question

Peress li l-pilloli Rivoraxaban ilhom out of stock għal aktar minn erba' ġimgħat, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta dawn il-pilloli se jkunu disponibbli fil-POYC?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pilloli Rivoraxaban mhux out of stock.

Ingaġġ ta’ persuni għal servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ġewx ingaġġati persuni full-time jew part-time biex joffru servizzi ta' fotografija. Dan ix-xogħol isir mill Coordinating Officer tal-Ministeru.

Festin

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx konxju mill-festin li kien organizzat f’Jannar li għadda mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa, li skont rapporti fil-midja jidher li kien organizzat kontra d-direttiva li tinħareġ mill-Kap taċ-Ċivil, dik li m’għandhomx ikunu organizzati festini, parties u riċevimenti li għalihom jagħmel tajjeb il-baġit taċ-Ċivil? Jekk iva, jista’ jgħid x’passi ħa, u jekk le, jista’ jgħid x’passi ser ikun qed jieħu fil-konfront ta’ dan l-użu ħażin tal-fondi mill-baġit taċ-Ċivil?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7108.